NEWSPAPER POST
Ġunju 2018 / Għadd 536
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Mill-Kanada Nhar il-Ħadd 29 ta’ April, il-parroċċa ta’ San Pawl, f’Toronto il-Kanada, iċċelebrat il-festa ta’ San Ġorġ. Huma kienu onorati bil-preżenza tal-Eċċellenza Tagħha l-President ta’ Malta Marie Loiuse Coleiro Preca u żewġha s-Sur Edgar Preca, il-Ministru Abela u l-kontinġent Malti. Huma attendew il-quddiesa tal-festa. Wara l-quddiesa, il-President akkompanjata minn Fr. Emmanuel Parnis mssp, il-Kappillan tal-parroċċa,
żaret il-mużew tal-parroċċa fejn għandna żewġ vażuni sbieħ li kienu ta’ San Ġorġ Preca. Wara niżlu fis-sala ghal riċeviment . Il-President u l-Ministru Abela, offrew żewġ rigali sibnieh għall-mużew. Fr. Paris, f’isem il-parruċċani ta lill-President ktieb bil-firem tal-parruċċani, ktieb dwar it-tisjir magħmul mill-Maltin t’hemm u midalja ta’ San Pawl Appostlu.
Ġużeppi De Piro Missjunarju 5 Spiritwalità missjunarja (ii) Il-Kariżma missjunarja fit-twemmin ta’ De Piro Jidher li l-qalba tal-ambjent għat-tkabbir talispirtu missjunarju f’De Piro kienet l-esperjenza tal-imħabba ta’ Alla għalih. Meta kien qiegħed itella’ u jniżżel dwar il-vokazzjoni tiegħu, hu kiteb tnax-il raġuni għax kellu jingħata lil Alla fissaċerdozju. Waħda minnhom kienet li, “Alla bata bosta għad-dnubiet tiegħi”. Din l-imhabbat’Alla ghalih baqghet hajja Għadda iż-żmien, imma l-esperjenza ta’ mħabbet Alla għalih baqgħet ħajja fih. FlAlmanakk ta’1924 kiteb hekk: “…Ġesu li xerred iddemm … tiegħu u saħansitra ħalla ħajtu fuq is-salib għall-imħabba tal-ulied tiegħu”.
OĦLOQ TBISSIMA NEWSPAPER POST
Fil-bidu tal-1898, Alessandro, missieru, miet waqt btala f’Italja. Kellu biss 49 sena. Ħalla warajh lil martu armla u disa’ wliedu orfni. Dik is-sena xi tliet xhur wara li wasal Ruma, biex jibda l-Filosofija, Ġużeppi kiteb lil ommu dwar iddiżgrazzja li messet il-familja: “Skont kif niġġudikaw aħna, is-sena li għaddiet kienet għalina waħda ta’ xorti ħażina. Ngħid li skont kif narawha aħna, għaliex Alla ma jagħmel xejn li ma jkunx perfett, u l-għemejjel tiegħu ma jistgħux ma jkunux tajbin ħafna. F’dik l-okkażjoni kellna faraġ tant kbir b’mod li ngħid, bla biża li niżbalja, li l-konsolazzjoni li ġarrabna kienet akbar min-niket talisfortuna”. Minn meta kien ghadu jistufja Ruma kien wera lill-Isqof Pace li wara li jqaddes, u jirritorna Malta kien jixtieq li jgħix fl-Istitut ta’ San Ġużepp, għax kien jiġi x’jgħidlu li minn dak l-Istitut kellha tinbeda Soċjetà taħt il-patroċinju ta’ San Pawl. Biss gara li marad, u flok ma rritorna Malta kellu jmur għal tmintax-il xahar f’Davos, l-Isvizzera .Hemm Dun Ġużepp għex il-fidi u t-tama fil-Mulej. Ma seta’ jagħmel xejn dwar is-Soċjetà, imma jitlob seta’. U dan għamlu bis-sħiħ.
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Fr. Mark Grima MSSP elett Superjur Ġenerali 2018-2024
I
l-kostituzzjonijiet tas-Soċjetà tagħna jitolbu li kull sitt snin isir il-Kapitlu Ġenerali elettiv. Propju matul dan ix-xahar ta’ Ġunju, ġie ċċelebrat id-disa’ wieħed fil-parroċċa ta’ Buenos Aires, Arequipa fil-Perù. Il-bidu tiegħu kien nhar il-Pentekoste, bil-quddiesa tal-Ispirtu s-Santu. Dan il-kapitlu ser jibqa’ mmarkat fl-istorja tas-Soċjetà għal żewġ raġunijiet: l-ewwel peress li sar fil-Perù, fejn qed infakkru l-ħamsin sena minn meta s-Soċjetà tagħna bdiet il-missjoni tagħha f’dal-pajjiż. Barra dan, kienet l-ewwel darba li f’Kapitlu Ġenerali ħadu sehem erba’ lajċi li huma ħafna qrib tal-MSSP. Għal dan il kapitlu attendew b’kollox 27 persuna: il-membri ex-ufficio, il-membri delegati minn kull reġjun fejn tinsab taħdem is-Soċjetà bħalissa, u l-lajċi u l-facilitators mistiedna, żewġ ex Superjuri Ġenerali, u segretarju.
FR TONY SCIBERRAS MSSP Ikompli.
maratona ta’ 60 siegħa xandir ġbir ta’ fondi għall-missjonijiet MSSP
20, 21, 22 ta’ Lulju 2018 mid-Dar ta’ San Ġużepp, Sta. Venera
Aħna Lilkom • 4
Frs. M.Cila, M. Grima (Sup. Ġen.), F. Cini u M. Galea
Fr. Mark Grima MSSP
L-elezzjoni kanonika saret nhar il-11 ta’ Ġunju, fejn reġa’ ġie elett Fr. Mark Grima bħala Superjur Ġenerali għas-sitt snin li ġejjin. Fr. Mark Grima huwa minn Ħat-Tarxien. Twieled fil-25 ta’ Lulju 1969. Huwa għamel l-aħħar voti tiegħu fis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fit-22 ta’ Ottubru 1995 u ġie ordnat saċerdot fis-26 ta’ Ġunju 1998. Wara l-ordinazzjoni studja l-formazzjoni f’Ruma u wara kien assenjat għall-missjoni tal-Filippini fejn kien involut fil-formazzjoni u fit-twaqqif tad-Dar Internazzjonali tal-Formazzjoni f’Manila. F’Ġunju 2012, kien ġie elett Superjur Ġenerali. Fl-istess kapitlu ġew eletti t-tlett kunsilliera biex jassistu lis-Superjur Ġenerali fil-ħidma tiegħu. Dawn huma Fr. Martin Galea, Fr. Frankie Cini u Fr. Martin Cilia.
L-EDITUR
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Fr. Hector Attard u Fr. Victor Zammit
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
F
tit taż-żmien ilu kien hawn Malta Fr. Hector Attard, Superjur Reġjonali tal-Filippini u Fr. Victor Zammit, Kappillan tal-Parroċċa tas-Salib Imqaddes, f’Aerequipa, il-Perù. Għalhekk ħadt l-okkażjoni u għamiltilhom din l-intervista.
Fr. Hector (ir-raba' mix-xellug) mal-membri fil-formazzjoni.
Fr. Hector, int miż-Żejtun. Kif ġejt f’kuntatt mas-Soċjetà tagħna? L-ewwelnett huwa minnu li jien miż-Żejtun imma għandi għeruq ukoll ir-Rabat. Fil-fatt il-familja ta’ missieri kollha huma Rabtin. Jien ukoll, sakemm kelli erba’ snin konna noqogħdu r-Rabat, imbagħad morna noqogħdu ż-Żejtun fir-raħal tal-mamà tiegħi. Biss ħija l-kbir kien jattendi l-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl. Meta wasalt fl-età tas-sekondarja xtaqt li mmur il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl minħabba li kien ir-Rabat u minħabba li ħija l-kbir kien jattendi hemmhekk. B’hekk jiena ġejt f’kuntatt mas-Soċjetà Missjunarju ta’ San Pawl.
Tispjega ftit ix-xogħol tiegħek u għaliex is-Soċjetà għandha din id-dar fil-Filippini? Fil-kapitlu tal-2006 s-Soċjetà kienet ħadet iddeċiżjoni li tiftaħ dar internazzjonali ta’ formazzjoni ġewwa Manila, fil-Filippini biex dawk li jkunu qed jistudjaw it-Teoloġija jitħejjew għall-ħajja missjunarja sa mill-formazzjoni stess billi jibdew jgħixu ma’ brothers ta’ nazzjonalità oħra. Wara sitt snin li din id-dar twaqqfet, Fr Mark Grima, li kien l-ewwel moderatur tal-istudenti fiha, ġie magħżul bħala Superjur Ġenerali. Kien għalhekk li l-Kunsill Ġenerali għażel lili biex immexxi f’din id-dar. B’hekk jien sirt moderatur tal-istudenti ġewwa Manila. Minn dak iż-żmien fid-Dar żdiedu l-fażijiet tal-formazzjoni u allura lqajna mhux biss studenti tat-Teoloġija imma wkoll novizzi u postulanti minn diversi pajjiżi. Fl-2013 jien ukoll intlabt biex inkun l-inkarigat tal-missjoni tagħna tal-Filippini wara li Fr. Lonnie Borg MSSP ġie assenjat fl-Awstralja.
Qabel ma mort fil-Filippini int kont f’xi missjoni oħra tas-Soċjetà? Iva, l-ewwel missjoni tiegħi, ftit wara li ġejt ordnat saċerdot, kienet fil-Pakistan. Fil-fatt fl-2002 bdejt inservi ġewwa d-dar li kellna Karaċi. Wara l-kapitlu Ġenerali tal-2006 għaddejt għall-missjoni tal-Perù u għamilt hemm mill-2007 sa l-2010. Bejn l-2010 u l-2012 għaddejt żmien Malta u mbagħad fi Frar tal2012 mort il-Filippini. Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Fr. Victor, inti minn Għawdex, allura kif dħalt mas-Soċjetà tagħna? Jiena dħalt mas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, għax fir-raħal tagħna taż-Żebbuġ, kont nara eżempji sbieħ minn diversi novizzi u fathers, li kienu joqogħdu f’Dar Stella Maris u dawn ħajruni nħaddan dan l-ideal. Issa kemm ilek fil-missjoni tal-Perù? Ilni ftit aktar minn ħmistax-il sena fil-missjoni. Din is-sena qed ngħixu avveniment tassew sabiħ, il-ħamsin sena mill-wasla tal-ewwel missjunarji ta s-Soċjetà tagħna fil-Perù. Għall-grazzja t’Alla, minn dak iż-żmien ’l hawn, din il-missjoni kibret. Bħalissa għandna ħames parroċċi f’Arequipa, u oħra f’Lima. Għandna wkoll ċentru għat-tfal bi bżonnijiet speċjali u ta’ pariri għall-familji. Kif qed tħarsu lejn din il-missjoni għall-futur? Għall-grazzja t’Alla l-futur jidher sabiħ. Bħalissa qeghdin erbatax-il saċerdot, seba’ Maltin u seba’ Peruvjani. Tnejn mill-Peruvjani fetħu missjoni ġdida f’Kuba. Barra dan, għandna tnejn li ser jibdew in-novizzjat fil-Filippini, ħamsa bdew issentejn tal-formazzjoni f’Lima u ħamsa oħra li huma fi żmien ta’ dixxerniment hawn f’Arequipa. Fr. Zammit, x’jitlob minnek ix-xogħol ta’ kappillan fil missjoni? Allura barra dak li hu mitlub minni bħala kappillan rigward il-ħajja sagramentali tal-parruċċani, irrid naħseb għal mitt ħaġa oħra. L-ewwel ħaġa fil-parroċċa joqogħdu 20 elf persuna. Dawn kollha bi bżonnijiet differenti. Għandi ċentru għal NEWSPAPER POST
matul il-jum għat-tfal, fejn barra li ngħallimhom id-duttrina, naħsbilhom ghall-ikel u ġieli għallilbies ukoll. Iż-żgħażagħ ngħinhom isibu xogħol ħalli jdaħħlu xi ħaġa għall-futur. L-anzjani, li ħafna minnhom ikunu jgħixu weħedhom, immur inżurhom u nqassmilhom il-mediċina, ikel u xi ħwejjeġ Barra dan, fil-parroċċa għandi diversi knejjes u kappelli li fihom barra l-quddies, għandi ċentri fejn nilqa’ lin-nies ħalli ngħinhom fil-bżonnijiet tagħhom. Nagħmel ħilti biex immur inżur il-morda fid-djar tagħhom fejn barra kelma ta’ faraġ, inqassmilhom xi ħaġa tal-ikel. Din hija l-missjoni fil-Perù li qed issir flimkien bejnkom il-benefatturi u aħna. Ma ninsewx li “ilmissjoni hija l-ikbar vokazzjoni li għandha l-Knisja”. Aħna Lilkom • 3