Aħna Lilkom
NEWSPAPER POST
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
Tliet pilastri Meta wieħed jipprova jfittex l-ideat li kellu l-Fundatur fuq il-ħajja reliġjuża, ftit li xejn isib. Dan m’ għandux inaqqas il-merti ta’ dak li għamel. Hu ħa l-ideat ta’ żmienu u wara li fittex u għarbel bir-reqqa dawn l-ideat, wasal għad-deċiżjonijiet tiegħu u addottahom għall-membri tiegħu. Biss huwa ried li s-segwaċi tiegħu jkollhom l-identità u l-missjoni speċjali tagħhom għax hu kien imħeġġeġ mis-sejħa personali ta’ Alla biex jaqsam maloħrajn dak li hu esperjenza. Kien hemm tliet aspetti li mbuttawh biex jibda’ s-Soċjetà. L-ewwel waħda kienet il-konvinzjoni talimħabba t’Alla għall-umanità. It-tieni kienu l-għarfien
No 44
u l-urġenza li l-Aħbar it-Tajba tiġi mħabbra lil dawk li qatt ma kellhom din l-esperjenza. It-tielet kienet il-konvinzjoni li missjoni bħal din tista’ biss tiġi mwettqa minn dawk li jkunu mibgħuta u li jgħixu f’ħajja komuni u jkollhom viżjoni waħda u spirtu wieħed. Huwa fehem li jrid jagħti sehmu għax hu kien iħoss li kien mibgħut fid-dinja minn Alla b’konvinzjoni li, “Jekk Alla ma jibnix id-dar, għalxejn jitħabtu l-bennejja.” L-esperjenza tiegħu t’Alla kienet waħda missjunarja, għax għalih tkun missjunarju mhux għax titlaq minn pajjiżek imma hi l-ewwel u qabel kollox attitudni tal-qalb. Dak li jifforma missjunarju hija l-iva mill-ewwel tas-sejħa personali t’Alla. Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb Found among Sinners miktub minn Fr Martin Cilia mssp
Kunsilli Reġjonali oħra Fl-Awstralja
Fil-Perù
Fr. Victor Zammit, Fr. Alomon Cruzado, Fr. Giovann Cefai, Fr. Alex Busuttil
Il-missjoni tagħna fil-Perù bdiet fid-9 ta’ Awissu 1968, minn tliet membri li bdew il-ħidma tagħhom fil-parroċċa ta’ San Pietru f’Aplao. F’din il-missjoni bħalissa hemm erbatax-il saċerdot, sebgħa Maltin u sebgħa Peruvjani. Huma qed jieħdu ħsieb seba’ parroċċi. Ħamsa minnhom qegħdin f´Arequipa, oħra ġewwa Aplao u parroċċa oħra fil-belt ta´ Lima. Ma’ dawn il-parroċċi għandhom ukoll tlett idjar tal-irtiri, żewġ kulleġġi fejn jattendu ´l fuq minn 800 student u istitut għat-tfal b´diffikultajiet fil-familji tagħhom. Hemm ukoll ċentru ta’ għajnuna spiritwali u psikoloġika għall-familji, fejn nies professjonali jgħinu lil familji u individwi b´diffikultajiet. Il-tmexxija għat-tliet snin li ġejjin fir-reġjun tal-Perù se tkun f’idejn Fr. Giovanni Cefai (Superjur Reġjonali), Fr. Alex Busuttil (Vigarju) flimkien ma’ Fr. Victor Zammit u Fr. Salomon Cruzado. newspaper post
Din il-missjoni bdiet fl-1948 minn Dun Wistin Grech. Huwa kien siefer fuq il-vapur Strathnaver ma’ 445 emigrant. Wara ftit taż-żmien bdew jingħaqdu miegħu membri oħra, li malajr bdew jaħdmu f’parroċċi diversi, sakemm inħass ilbżonn li jkollhom id-Dar Ċentrali tas-Soċjetà. Bħalissa f’Melbourne għandna Chaplaincy Maltija, iċĊentru Malti u żewġ parroċċi li fihom, minbarra l-Maltin, hemm nies li jitkellmu b’lingwi differenti. F’Sydney, imbagħad, għandna żewġ Chaplaincies Maltin. It-tmexxija l-ġdida għal dawn it-tliet snin li ġejjin fir-Reġjun tal-Awstralja huma Fr. Ivano Burdian (Vigarju Regjonali), Fr. John Taliana u Fr. Jude Pirotta.
Fr. John Taliana, Fr. Ivano Burdian, Fr. Jude Pirotta
Aħna Lilkom • 4
Ġunju 2016 / Għadd 514
Aħna Lilkom
Ħolqa Bejn il-Ħbieb
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Il-Kapitlu Reġjonali
I
l-kelma ‘kapitlu’ tintuża għal bosta sitwazzjonijiet differenti. Hemm fost l-oħrajn il-Kapitlu tal-Kanoniċi, il-Kapitlu tal-Katidral u wkoll il-kapitli ta’ reliġjużi rġiel jew nisa li jiltaqgħu biex flimkien jirriflettu fuq il-ħajja tal-komunità u l-pastorali tagħhom. Nistgħu hawnhekk insemmu l-kapitlu ġenerali, li normalment jitlaqqa’ kull sitt snin, fejn il-membri tal-ordni jew kongregazzjoni mhux biss jagħmlu l-istudju li semmejt imma wkoll jagħżlu s-superjur maġġur biex imexxi għas-sitt snin li jkunu ġejjin. Hemm ukoll il-kapitlu provinċjali jew reġjonali. F’dan il-kapitlu l-membri ta’ dik il-provinċja jew reġjun, barra li jagħmlu l-istudju meħtieġ, jagħżlu l-provinċjal il-ġdid għat-tliet snin li ġejjin. Il-Kapitlu Reġjonali tal-MSSP tar-reġjun ta’ Malta sar bejn is-6 u l-10 ta’ Ġunju li għadda flOratorju MSSP f’Birkirkara. Għal dan il-Kapitlu saru diversi laqgħat bi preparazzjoni. Barra l-laqgħat u s-seminars li saru bejn il-membri, tlabna wkoll lil ħutna l-lajċi li huma qrib tagħna biex jgħinuna niddixxernu. Inqara r-rapport ġenerali li sar misSuperjur Reġjonali, li kien responsabbli għall-aħħar tliet snin li għaddew u saru r-riflessjonijiet fuqu. Aħna l-membri għarbilna erba’ prijoritajiet li ħarġu matul il-preparazzjonijiet ta’ qabel. Dawn kienu l-ħidma vokazzjonali, l-evanġelizzazzjoni, l-attenzjoni għall-membri anzjani u s-sehem tal-lajċi fil-kariżma tagħna.
Fi tmiem il-kapitlu ġie magħżul is-Superjur Reġjonali u ż-żewġ kunsilliera tiegħu għat-tliet snin li ġejjin. Dawn huma Fr. Frankie Cini (Superjur Reġjonali), Fr. Martin Cilia (vigarju) u Fr. Louis Mallia. Niftakru biex inżommuhom fit-talb tagħna. L-Editur
Fr. Louis Mallia, Fr. Frankie Cini u Fr. Martin Cilia
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Oħloq Tbissima
O
ħloq Tbissima – il-maratona ta’ 60 siegħa sejra ssir bejn il-15 u s-17 ta’ Lulju b’risq ilmissjonijiet MSSP fil-Perù, fil-Pakistan, fil-Filippini u għat-tfal fid-Dar ta’ San Ġużepp, Santa Venera. Waslet l-14-il edizzjoni ta’ Oħloq Tbissima, ilmaratona li issa saret parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet tas-sajf għall-Maltin u l-Għawdxin, ippakkjata b’filmati dejjem ġodda li juru l-ħidma tal-patrijiet Maltin fid-diversi missjonijiet diffiċli li qed jaħdmu fihom. Is-sena l-oħra Fr Louis Mallia mssp, jiena u sittax-il persuna oħra morna l-Perù fejn qattajna erba’ ġimgħat naħdmu mal-fqar. Kultant issibhom jgħixu taħt saqaf taż-żingu, mingħajr aċċess għallilma u l-elettriku. Wieħed ma jistax jimmaġina x’jagħmlu dawn in-nies fix-xitwa li tkun qalila ħafna iktar minn ta’ Malta. Is-sitwazzjoni hija simili fil-Pakistan u l-Filippini, fejn ħafna nies fqar jgħixu kif kienet Malta daqs 150 sena ilu. Aħna llum lanqas biss naħsbu li ma jkollniex ilma fil-vit jew elettriku fi djarna. Iżda dawn ma għandhom kważi xejn. Jgħixu taħt saqaf talbambù u meta tinżel ix-xita, li fil-Filippini tagħmel ħafna, l-ilma jgħarraq il-kamra jew tnejn li jiffurmaw djarhom. Hu għalhekk li t-tim tal-maratona Oħloq Tbissima jagħmel minn kollox biex jiġbor fondi għal dawn il-fqar. Jagħmel programm televiżiv ta’ 60 siegħa li jixxandar fuq TVM2, One u Net f’ħinijiet differenti tal-ġurnata u anke matul il-lejl.
Il-programm din is-sena jinkludi attivitajiet għat-tfal b’sessjonijiet ta’ kraft u face painting, kantanti żgħar, magicians, kumpaniji taż-żfin, korijiet tat-tfal, logħob ma’ atturi ta’ teleserje differenti u tant aktar. Ikun hemm ukoll bejgħ ta’ ikel u xorb. Id-diskussjonijiet ser imexxihom Peppi Azzopardi. Filgħaxijiet ikollna l-aqwa talent Malti ta’ kant u żfin. Ma jonqsux it-talb, il-quddies u l-breakfast shows fl-għodwiet kmieni. Għadd ta’ preżentaturi magħrufa sejrin jippreżentaw id-diversi rkejjen tal-programm. Bħal snin oħra, il-President ta’ Malta u Mons. Arċisqof sejrin jinawguraw il-maratona, imdawrin b’kor tat-tfal minn La Voix Academy u Fr. Karm Debattista li ħejja kanzunetta differenti minn dik użata fit-13-il edizzjoni li kellna s’issa. Is-Sibt ukoll għall-ħabta tal-10.30am ser iżuruna l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni biex jimlew xi kaxxi u jagħmlu d-diskorsi tagħhom.
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Parti mill-ġbir se jmur għad-Dar ta’ San Gużepp biex jagħti dehra ġdida lit-taqsima tal-mezzanin li joqogħdu t-tfal fih. Kienet ilha tinħass il-ħtieġa li l-post jingħata dehra aktar sabiħa u moderna, biex it-tfal ikollhom l-opportunità li jgħixu f’ambjent sabiħ u komdu. Nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-ħafna nies li jiġu u jqattgħu s-sigħat hawn jaħdmu u jgħinu, lill-persuni u negozji li jgħinuna finanzjarjament, u lil Alla li dejjem jgħinna nitfgħu l-enerġija kollha tagħna biex nuru lin-nies il-ħidma fejjieda u importanti li qed jagħmlu l-patrijiet MSSP mal-fqar. Dan nistgħu u qed nagħmluh permezz talfilmati li Fr. Louis Mallia mssp jieħu meta jżur dawn il-pajjiżi. Il-Maltin jieħdu gost jaraw x’qed isir bil-flus li joffru, hu ta’ sodisfazzjon għalihom u b’hekk jitħeġġu biex jgħinu u jikkontribwixxu aktar. Inti flimkien mal-familja tiegħek mistieden iżżur id-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera, fit-tlett ijiem tal-maratona bejn il-15 u s-17 ta’ Lulju, sabiex tgawdi l-attivitajiet kontinwi u tagħti d-donazzjoni tiegħek.
Aħna Lilkom
Marthese Brincat Ass. Direttriċi taċ-ĊAM Productions Int.
newspaper post
Aħna Lilkom • 3