NEWS PAPER POST
Jannar 2014 / G˙add 487 Óolqa Bejn il-Óbieb
No 20
Tislima lil Fr Robert Cini
Fit-12 ta’ Novembru li għadda, Alla għoġbu jsejjaħ għallpremju tas-sema lil Fr. Robert Cini, fl-età sabiħa ta’ 86 sena. Fr. Robert, wara li spiċċa l-istudji sekondarji fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, beda n-novizzjat f’Ottubru tas-sena 1946. Huwa kompla l-istudji tiegħu tal-Filosofija fis-Seminarju u tat-Teoloġija fl-Università ta’Malta. Ġie ordnat saċerdot minn Mons.Isqof Emm. Galea fit-2 ta’Awwissu 1953. Wara l-ordinazzjoni għamel tliet snin Sant’Agata, u għamel ukoll sitt xhur fl-Oratorju ta’ Birkirkara. Fis-16 ta’ Ottubru 1956 intbagħat l-Awstralja, fejn ħadem f’diversi parroċċi kemm f’Melbourne kif ukoll f’Western Australia. Bejn l-1968 u l-1971 kien Superjur (Vigarju) tal-missjoni fl-Awstralja. Fl-1977 ġie mibgħut Detroit, fl-Istati Uniti tal-Amerika, fejn kien kappillan tal-Maltin u responsabbli minn parroċċa, fejn baqa’ kważi sal-aħħar ta’ ħajtu.
Fl-okkażjoni tal-Festa Pawlina 2014
Is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl tixtieq tistieden lill-qraba, benefatturi u ħbieb għal mawra fl-Imdina nhar il-Ħadd, 26 ta’ Jannar, 2014. Ser inżuru diversi postijiet relatati mal-fundatur tagħna, u permezz t’hekk insiru nafu iktar mill-qrib lil Ġużeppi De Piro. Niltaqgħu fil-Katidral ta’ l-Imdina fis-2pm.
Filwaqt li nirringrazzja lil kull min bagħat xi donazzjoni għall-Milied, infakkar li l-posta, kif tafu, għoliet sew. Minn 12 il-ċenteżmu saret 18. Għalhekk nitlobkom biex ma tinsewniex.
AÓna lilkom
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
Id-Dixxerniment: ir-rigla ta’ ħajtu
Waħda mill-karatteristiċi li ffurmaw il-ħajja talfundatur tagħna żgur li hija d-dixxerniment.
Monsinjur De Piro trabba taħt l-influenza talĠiżwiti. Allura għodda li tgħallem minn għandhom li mexxietu tul ħajtu kollha, kienet id-dixxerniment għad-deċiżjonijiet importanti kollha ta’ ħajtu. Hekk per eżempju, meta kien qed jiddixxerni l-vokazzjoni, kiteb fuq biċċa karta dak li ħassu jimbuttah għas-saċerdozju u dak li qed ibeżżgħu u jinkwetah. Meta ġie biex jiddeċiedi fejn ser joqgħod, wasal għall-konklużjoni li “jekk ngħix mal-familja, inkun ittentat li tikber fija l-ġibda għall-affarijiet tad-dinja. Anke jekk mhux ħafna, imma l-flus u r-rikkezzi jibdew jeħduli ħafna ħin, u jkolli nagħtihom l-importanza f’ħajti”. B’hekk għażel li jgħix mal-orfni, il-fqar ta’ dak iż-żmien. Tant kien jaraha ta’ valur din l-għodda tad-dixxerniment, li għalih l-aktar ħaġa importanti kienet li jkollu l-paċi f’qalbu għax kien iħoss li qed jagħmel dak li jrid Alla minnu. Effett ieħor tad-dixxerniment kien l-ispirazzjoni li kien iħoss f’qalbu. Dawn kien isejħilhom “it-tieqa li tagħraf ir-rieda t’Alla”. F’waħda mill-kitbiet tiegħu nsibu, “Alla jurina r-rieda tiegħu mhux biss b’sinjali esterni, imma wkoll permezz tal-ispirazzjonijiet li nħossu f’qalbna.” Tant kien konvint minn din il-ħaġa, li f’kitba oħra nsibu dan il-kliem, “Bħala kristjan, f’kull azzjoni wieħed irid jikkopja lil Ġesù. Irid jimitah flinnoċenza, allura jevita kull azzjoni ħażina,...irid jimita lil Ġesù fl-umiltà, allura jevita l-ftaħir. Fuq kollox ħadd ma għandu japprofitta ruħu mill-istat soċjali tiegħu, u lanqas jistrieħ fuq il-ftaħir li jagħtuh l-oħrajn.”
4 Aħna Lilkom
Óolqa Bejn il-Óbieb
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Knisja Ġdida f’Kareem Park, il-Pakistan Il-parroċċa tagħna ddedikata lill-Konverżjoni ta’ San Pawl, tinsab fit-tarf tan-naħa t’isfel ta’ Lahore. Għalkemm mhix waħda mill-ikbar parroċċi, hi però vasta mhux ħażin u fiha medda ta’ 20 kilometru. Fid-diversi rħula jkun hemm gruppi ta’ familji nsara. Hu ferm importanti li dawn il-gruppi jkollhom il-knisja tagħhom anke jekk żgħira, biex ikollhom fejn jitolbu u jirċievu s-sagramenti. Fil-knisja jaraw ukoll simbolu li jgħaqqadhom u li jagħtihom identità. Dan hu importanti meta tiftakar li l-insara huma biss 3% tal-popolazzjoni. Għalhekk wieħed mill-isforzi pastorali tagħna hu li nippruvaw biex kull fejn hemm komunità ta’ madwar mitejn ruħ, nipprovdulha kappella. F’Kareem Park hemm madwar sittin familja kattolika. Il-bżonn li jkollhom knisja għalihom ilu jinħass. Għalhekk, flimkien mal-komunità nisranija ta’ din iż-żona, iddeċidejna li nibnu knisja żgħira. Bilgħajnuna tal-benefatturi, irnexxielna. Issa għandhom knisja sabiħa u attraenti li tagħmilhom tassew kburin u kuntenti biha. Fiha diġà qed isiru ħafna attivitajiet fosthom il-quddiesa tal-Ħadd, it-talb ta’ filgħodu u r-rużarju ta kuljum, Via Sagra darba fix-xahar, kor u katekeżi għat-tfal nhar ta’ Ħadd għal madwar ħamsin tifel u tifla.
Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb, “Found among Sinners”
miktub minn Fr Martin Cilia mssp
Knisja oħra qiegħda tinbena f’Asif Town #2. Din il-knisja qiegħda f’żona li fiha hemm ħafna iżjed insara. Il-familji kattoliċi issa saru jgħoddu ‘l fuq minn 300. Huma komunità ferventi ħafna. Diġà kien hawn knisja iżda issa saret żgħira ħafna għallkomunità u allura ddeċidejna li nibnu knisja akbar. Kull nhar ta’ Ħadd ħafna nies qed ikollhom joqogħdu barra fis-sħana tas-sajf u l-kesħa tax-xitwa. Issa l-knisja twaqqgħet u l-ġdida, li se tkun tesa’ mat-800 ruħ, tiela’ b’ritmu mgħaġġel. Hawn ukoll jeżisti ħafna entużjażmu fost in-nies. Nittamaw li tkun lesta, għalkemm mhux mgħammra, sal-Għid. Nirringrazzjaw minn qalbna lill-benefatturi ta’ dawn iż-żewġ knejjes, li huma minn Malta, l-Awstralja u wkoll fil-faqar tagħhom, mill-parruċċani tagħna. Fr. Bernard Mangion mssp
Newspaper post
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Intervista ma’... Fr. Norbert Bonavia
Qegħdin ma’ num inlaqqgħukom ru m tagħna ill-membri minister f’diversi i tagħho m
Óolqa Bejn il-Óbieb
Fr. Norbert Bonavia qed jagħmel intervisti lil diversi membri tas-Soċjetà. Jiena ħsibt li issa jonqos li nagħmel waħda lilu.
Waqt żjara għand il-benefatturi
Mal-Arċisqof P. Cremona
Marthese Brincat
1. Diversi nies jafuk bħala ċ-ċerimonier tal-Arċisqof. Kemm ilek u fiex jikkonsisti dan il-ministeru? F’Lulju nagħlaq tmintax-il sena – tnax-il sena malArċisqof Ġ. Mercieca u sitt snin mal-Arċisqof Mons. P. Cremona. Jien qiegħed ħafna għal qalbi, għax hekk spiss inkun qrib l-artal tas-sagrifiċċju. Dan il-ministeru jitlob preparazzjoni minn qabel ta’ kull fejn ser imur l-Arċisqof bħala funzjoni. Meta l-funzjoni tkun ftit kbira, allura qabel isiru wkoll il-provi. 2. Liema kienu dawk l-okkażjonijiet li ma tinsihomx? Bla dubju ta’ xejn, il-visti tal-Papiet! Meta ġie l-ewwel darba Ġwanni Pawlu II ma kontx ċerimonier imma talbuni biex ngħin u kelli x-xorti li nitqarben minn idejh. It-tieni darba kont fuq it-tribuna u kont ħafna qrib tiegħu. Imbagħad meta ġie l-Papa Benedittu, barra li kont ħafna qribu kelli x-xorti nbus idejh. Assistejt ukoll diversi ordinazzjonijiet episkopali, li dawn lanqas ma ninsihom. 3. Dan ir-rwol hu fid-Djoċesi. Imma fl-MSSP int għandek ministeru ieħor. Tgħidli ftit fuq hekk? Iva, jien bħala membru tal-MSSP naqdi l-ministeru ta’ Delegat tas-Superjur Reġjonali għal mal-benefatturi
Xi wħud mill-helpers, huma u jwaħħlu l-indirizzi
tagħna. F’Novembru li għadda għalaqt 17-il sena f’din ilkariga. Aħna ngħixu biss minn dak li jidħol kuljum millprovidenza t’Alla. Allura, jien kważi kuljum, kull filgħodu mmur nagħmel vista lill-benefatturi tagħna. Immur kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex u ndur raħal raħal. Jien immur biex insiru nafu lil xulxin, u nkun nista’ ngħid grazzi talgħajnuna li jkunu tawna. Barra li jeħodlok ħafna ħin, mhux dejjem hu xogħol faċli, għax daqqa nagħmlu fix-xita u daqqa fix-xemx. Dawn il-visti jieħdu gost ħafna bihom ilbenefatturi, speċjalment l-anzjani u mhux l-ewwel darba li nispiċċa nqarar. Jiena wkoll l-editur tal-fuljett Aħna Lilkom u tal- kalendarju li joħroġ fl-aħħar tas-sena. Permezz talfuljett inżommu l-kuntatt tagħna ta’ kull xahar mal-familjari tagħna, mal-benefatturi u l-ħbieb. 4. Semmejt il-fuljett Aħna Lilkom u l-kalendarju. Nimmaġina li jeħdulek ftit ħin mhux ħażin. Bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja trid il-ħin, il-paċenzja u d-dedikazzjoni. Bħala regola jien nippjana l-Aħna Lilkom għal sena sħiħa. Kif forsi ndunajtu, fil- faċċata ta’ quddiem, dejjem ikun hemm xi avveniment importanti li ma jkunx ilu li sar. Fil-paġni ta’ ġewwa, din is-sena qed inkompli l-intervisti mas-saċerdoti tagħna, fid-diversi postijiet u ministeri tagħhom. B’hekk intom il-benefatturi ssiru tafu aktar fuq
L-istampar tal-fuljett għand Best Print
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Wara waħda mill-ordinazzjonijiet episkopali
ix-xogħol tal-membri tal-MSSP. Fl-aħħar paġna qed inġib sintesi tal-ktieb ta’ Fr. Martin Cilia mssp, “Found among sinners”, biex jikber aktar it-tagħrif spiritwali tal-fundatur tagħna. Allura, jien nikkuntattja lil diversi membri biex jibagħtuli l-materjal. Wara nibgħat it-text kollu għallkorrezzjoni tal-ortografija. Imbagħad nibgħat kollox lil Outlook Coop ta’ Ħal Qormi, l-ewwel biex isir iddisinn grafiku, imbagħad meta jkun lest, tintbagħat lill-istamperija Best Print fil-Qrendi għall-istampar. Hawn nixtieq nirringrazzja pubblikament lil Outlook Coop li kull xahar sena wara sena, jieħdu paċenzja bija u dan jagħmluh bla ħlas. Finalment ikun jonqos it-twaħħil tal-indirizzi fuq 4500 kopja. Wara noħduhom il-posta. Għal din il-biċċa xogħol nirringrazzja lil grupp ta nisa u rġiel li jiġu jgħinuni kull xahar.
Il-graphic designer qed taħdem fuq il-fuljett
5.Meta tgħid benefatturi, għal minn tkun qed tirreferi? Kif għidt qabel, aħna ngħixu bil-providenza t’Alla. Din l-għajnuna tasal permezz ta’ diversi nies li jagħtu xi tip ta’ donazzjoni. Hemm min joffri għajnuna biex wieħed millistudenti tagħna jsir qassis, permezz ta’ Borża ta’ Studju. Dawn ikunu offrew €600 darba biss. Hemm oħrajn li jsiru Fundaturi tal-Librerija. Dawn joffru s-somma ta’ €200. Hemm benefatturi oħra li jagħżlu ġurnata fis-sena biex bl-għajnuna tagħhom inkunu nistgħu nżommu l-istudenti. Din il-kwalità ta’ għajnuna nsejħulha Ġurnata Studenti, dawn ikunu offrew €235, darba biss. Min-naħa tagħhom, l-istudenti joffru l-quddiesa u t-talb u l-istudju, għal dik il-persuna li għażlet dik il-ġurnata, u dan għal 25 sena. Hemm ukoll diversi kwalitajiet oħra ta’ benefatturi. 6 Inti għidtli x’tagħmel għall-benefatturi. Tixtieq xi ħaġa min-naħa tal-benefatturi? Nixtieq żewġ affarijiet. L-ewwel ħaġa, nixtieqhom iċempluli biex jgħiduli li sabu n-nota li nkun ħallejtilhom meta ma nsibhomx id-dar. Għax jien dejjem inħallilhom nota li mort u ma sibthomx. It-tieni ħaġa hija din - huma jafu xi tfisser tkun benefattur tal-MSSP. Għalhekk nixtieqhom li jgħidu lil ħaddieħor x’għamlu. Mhux biex jiftaħru, imma għax ikun hemm min ma jafx kif jista’ jgħinna u int tkun tista’ turih x’għandu jagħmel.
Il-fuljetti jinġarru għall-posta
3 Aħna Lilkom