Ahna lilkom January 2015

Page 1

NEwSpApER

Il-Fathers li ħadu sehem

Jannar 2015 / Għadd 498

Fr. Norbert ma’ żewġ Old Boys tal-Kulleġġ

Laqgħat għal Gruppi Speċifiċi Kultant żmien l-MSSp torganizza laqgħat għal gruppi speċifiċi tas-Soċjetà tagħna. Hekk, per eżempju, ġieli saru laqgħat għas-Superjuri Reġjonali, għal dawk li qegħdin fil-formazzjoni u għas-saċerdoti ġodda tas-Soċjetà. Dan l-aħħar saret laqgħa oħra bħal dawn għal grupp ta’ membri li kienu daħlu fis-Soċjetà bejn l-1978 u l-1983. Membri li kienu bdew il-formazzjoni flimkien ġewwa Sant’Agata, ir-Rabat, li għexu flimkien l-ewwel snin talħajja reliġjuża tagħhom, u maż-żmien spiċċaw imxerrdin mal-erbat irjieħ tad-dinja! Dan isseminar ta’ erbat ijiem, li sar il-Mellieħa, kien immexxi minn Jean Guy Goulet u Christine Hanssens, koppja miżżewġa li jaħdmu ħafna fuq id-dinamika ta’ gruppi. Tul dawn l-erbat ijiem, il-membri kellhom ċans isiru jafu aħjar l-istejjer ta’ xulxin kif ukoll jagħrfu kif jistgħu jkunu ta’ servizz dejjem aħjar kemm lis-Soċjetà tagħna kif ukoll lin-nies li naħdmu magħhom.

Ftakar fina fit-testment Is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, Dar Sant’Agata ir-Rabat NEwSpApER pOST

pOST

Br. Carlos u Br. Leo

Aħna Lilkom

Għeżież benefatturi

Aħna Lilkom

ĦOLqA bEJN IL-ĦbIEb

Għall-grazzja t’Alla rġajna bdejna sena oħra. Kull ġurnata hija rigal tal-Mulej. Meta nħares lejn is-sena li għaddiet, inħoss li għandna għax nirringrazzjaw lil Alla għal tant okkażjonijiet sbieħ li kellna fis-Soċjetà. Fost l-oħrajn jiġu f’moħħi l-għoti tal-ministerji lil żewġ studenti, wieħed mill-Perù u l-ieħor mill-Filippini. Tajjeb li ngħidu li għall-grazzja t’Alla għandna numru sabiħ ta’ studenti Filippini fil-formazzjoni u mexjin lejn issaċerdozju. Kellna l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ Fr. Clinton, l-anniversarju tal-50 sena mit-twaqqif talKulleġġ tagħna fil-Rabat, u oħrajn. Jiena żgur li dawn il-mumenti mlew bil-ferħ mhux lilna biss imma lilkom ukoll. Għax naf kemm aħna qegħdin f’qalbkom. Din is-sena wkoll, għall-grazzja t’Alla, hemm avvenimenti oħra, li żgur sejrin tieħdu pjaċir bihom. Biss nixtieq inħallikom bil-kurżità għalihom. Kif tafu, jiena għadni noħroġ inżur lill-benefatturi. Biss, mhux possibli li niġi spiss, għaliex jiena ndur lokalità waħda wara l-oħra. Allura jkun hemm min inkun ilni li mort għandu. Imma żgur li ndur lil kullħadd. Nixtieq ħaġa mingħandkom - meta niġi d-dar u ma nsibkomx, jien inħalli nota biex tkunu tafu li ġejt. Meta jiġri hekk, napprezza li tgħiduli li sibtuha. Nieħu din l-okkażjoni biex nerġa’ nirringrazzjakom għall-għajnuna li tibagħtulna matul is-sena u talli tħajru lil ħaddieħor jagħmel bħalkom. L-għajnuna tagħkom hija ferm apprezzata. Ibqgħu żguri mit-talb tal-membri tas-Soċjetà tagħna. FR. NORbERT bONAvIA MSSp Delegat għall-benefatturi Aħna Lilkom • 4

Editur: Fr Norbert bonavia MSSp M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com

Nibdew is-sena b’aħbar sabiħa L-GĦOTI TAL-MINISTERI TAL-AKKOLITAT U LETTORAT

F

it-tħejjija tagħhom biex jirċievu l-ministeru tas-saċerdozju, ilkandidati li jkunu qegħdin jitħejjew għall-ordni sagri jibdew jirċievu ministeri li jħejjuhom biex `il quddiem ikunu jistgħu jkunu rgħajja tal-poplu t’Alla. Fost il-ministeri tal-presbiteru hemm dak li jipproklama u jfisser il-Kelma t’Alla waqt il-liturġija. Dawk li jkunu qed jiffurmaw irwieħhom biex isiru qassisin, jirċievu dak li jissejjaħ il-ministeru tal-Lettorat. B’dan il-ministeru huma jiġu maħtura uffiċjalment u liturġikament bħala qarrejja tal-Kelma t’Alla waqt il-liturġija. Br Leo Estanislao mill-Filippini huwa wieħed mill-brothers tagħna li bħalissa qed jitħejja fl-istudji teoloġiċi u li dan l-aħħar irċieva l-ministeru. Minbarra t-tħabbira tal-kelma, il-kandidati għas-saċerdozju jirċievu l-ministeru tal-akkolitat. B’dan il-ministeru huma jsiru qaddejja tal-mejda Ewkaristika waqt iċ-ċelebrazzjoni. Dan ilministeru jagħmluh ordinarjament l-abbatini imma permezz tal-ministeru dawk magħżula bħala akkolti jsiru ministri talEwkaristija uffiċjalment u allura mhux biss iħejju l-mejda talartal imma wkoll ikunu jistgħu jqarbnu lill-ġemgħa. Br Carlos Pacherres MSSP li huwa mill-Peru u li issa temm l-istudji tatTeoloġija ġewwa l-Filippini, ingħata l-ministeru tal-akkolitat propju f’Novembru li għadda. Iċ-ċerimonja tal-għoti taż-żewġ ministeri lil Br Leo u Br Carlos saret f’quddiesa li ġiet iċċelebrata fil-kappella tad-Dar tal-Formazzjoni ġewwa Manila, il-Filippini, nhar l-10 ta’ Novembru li għadda. Għal din il-quddiesa kien hemm preżenti aħna s-saċerdoti, il-brothers u l-prenovizzi tal-MSSP kif ukoll xi ħbieb ta’ Br Carlos u Br Leo u ħbieb tal-komunità. Nitolbu għal Br Leo u Br Carlos ħalli l-Mulej ikompli jmexxihom `il quddiem fil-formazzjoni tagħhom lejn il-presbiterat biex hekk ikunu jistgħu jaqdu b’żelu u fedeltà l-komunità nisranija. Minn qalbi nirringrazzja lil dawk kollha li qed jgħinu bilkontribuzzjoni u bit-talb tagħhom lil dawn ħutna.

Fr. Hector AttArd mssp, Superjur Reġjonali fil-Filippini Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


No. 1

F

Esperjenzi tal-Milied Jiktbulna żewġ missjunarji fuq l-esperjenza tagħhom f’dan il-Milied. Fr. bernard Mangion mill-pakistan u Fr. Stephen Mifsud mill-Filippini

I

l-Milied bdejtu ftit jiem qabel għax mort f’diversi postijiet fejn m’hemmx knisja, jew fejn innies għandhom ‘il bogħod biex jiġu f’xi knisja u magħhom iċċelebrajt il-Milied antiċipat. Kull darba l-quddiesa saret f’xi dar (iġifieri kamra waħda li sservi ta’ kamra tas-sodda, salott u kċina). Flimkien ma’ xi 40 ruħ imkeffnin u mgeddsin f’din il-kamra minħabba l-kesħa, iċċelebrajt il-Milied b’sempliċità kbira imma f’atmosfera ta’ mħabba u ferħ. Nhar il-lejl tal-Milied, fil-knisja parrokkjali bdejna bil-purċissjoni tal-Bambin bil-carols u s-salmi bil-Punġabi. Wara ttella’ dramm tal-Milied mill-grupp taż-żgħażagħ tal-parroċċa, li kienu xi erbgħin. Imbagħad iċċelebrajna l-quddiesa. Minkejja l-kesħa kbira li għamlet, kien hemm folla ġmielha. L-atmosfera kienet ta’ ferħ kbir u fl-istess ħin ta’ niket meta fakkarna l-mewt kiefra ta’ 142 ruħ, fosthom 132 tfal, maqtula mit-terroristi f’Peshawar ftit jiem qabel. Wara l-quddiesa tajna kikkra te u biċċa kejk lil kulħadd. Fil-għodwa tal-Milied mort f’Markazar Colony. Hawn iċ-ċelebrazzjoni għamilniha taħt tinda kbira,

il-milied filgħodu taħt tinda għax il-knisja tal-periferija żgħira

Aħna Lilkom

lejlet il-milied f’zona tal-parocca.

għax il-knisja hi żgħira. In-nies imlew kull rokna tattinda u anki barra mit-tinda. In-nies verament jifirħu b’dak kollu li norganizzawlhom. Imbagħad mort f’post ieħor jismu Asif Town No.2. Il-quddiesa saret fil-bitħa tal-iskola tal-parroċċa. Il-folla qabżet l-elfejn ruħ. Għattejna l-art bit-twapet u n-nies qagħdu fuqhom - kulħadd imkeffen tajjeb minħabba l-kesħa. Is-sehem attiv tan-nies, ngħid għalija, jimlieni b’ħafna ferħ u entużjażmu. Ilkoll ikantaw minn qalbhom. Xena li ma ninsiha qatt kienet meta n-nies taw il-paċi lil xulxin. Kulħadd jieħu b’idejn xulxin, mhux ma dawk ta’ ħdejhom biss, imma jekk jista’ jkun ma’ kull min kien preżenti. Din x-xena damet xi ftit għaddejja, sakemm in-nies reġgħu nġabru biex inkomplu bilquddiesa. Wara l-quddiesa, bil-mod il-mod, in-nies bdew sejrin lejn djarhom, imma mhux qabel ma awguraw il-Milied it-Tajjeb lil xulxin mill-ġdid. Hawn in-nies iħobbu wkoll iżejnu t-toroq u speċjalment il-knejjes bit-tinsels ilellxu, bżieżaq u kuluri. Kollox jesprimi l-ferħ. Fil-parroċċa ma naqasx il-presepju kbir u sabiħ. Minn qalbi nsellmilkom, għeżież benefatturi tagħna.

il-Filippini l-Milied hi waħda mill-festi l-iktar importanti. Nażżarda ngħid li jiċċelebrawha iktar minn Malta. Jibdew jippreparaw mill-ewwel ta’ Settembru. Fin-novena tal-Milied in-nies kuljum tmur bi ħġarha għall-quddiesa kmieni filgħodu, fl4.30 a.m. Il-quddiesa tkun b’ħafna kant, qisha bħal tal-Milied. Dis-sena għall-Milied kelli x-xorti li mmur Bataan, fil-parroċċa tagħna, biex ngħin lil Fr. Joe Cremona. Hawn jitqaddsu erba’ quddisiet kuljum u oħra fuq il-muntanji ta’ ħdejna. Jiena kont inqaddes kuljum fuq il-muntanja, u oħra f’waħda mill-kappelli tal-parroċċa. Kienu jiġu miegħi l-prenovizzi u xi tfal biex idoqqu u jkantaw. Id-distanza hi twila u u t-triq imħarbta, allura n-nies ma jiġux bil-gzuz. Imma xorta kont inħoss paċi kbir u sens li l-Mulej qiegħed hemm għal dawn in-nies imwarrbin middinja. Ġesù lil nies bħalhom għażel, ir-rgħajja, biex juri lilu nnifsu l-ewwel. Ovvjament f’dawn l-inħawi, il-quddiesa u l-prietka ta’ kuljum tkun bit-Tagalog (lingwa Filippina) u teħodli enerġija mhux ħażin biex nippreparaha. Biss in-nies japprezzaw ħafna l-isforz tagħna l-missjunarji. Fil-lejl tal-Milied qaddisna kollha flimkien filknisja parrokjali. Konna ħames qassisin tal-MSSP u l-brothers kollha u n-nies mid-diversi kappelli tal-parroċċa. Kien mument sabiħ ta’ komunjoni u xhieda ta’ għaqda għal kulħadd. Wara l-quddiesa qassamna l-boroż tal-ħelu lit-tfal. Rajt tifel jibki bid-dmugħ iġelben ma’ wiċċu, b’idejh imdawrin m’ommu. Jien ħsibt li ħadulu l-ħelu, jew li nsejna ntuh il-borża. Meta ħarist lejn ommu biex

FR. bERNARD MANGION MSSp

party ghat tfal u adoloxxenti fil-Parrocca ta’ Bataan.

wieħed mill-prenovizzi jaqsam ħsieb waqt il quddiesa tal-milied f’Batchawan

nistaqsiha xi ġralu, naraha bid-dmugħ f’għajnejha. It-tifel tkellem u qal “... għax missieri mhux qiegħed hawn!” Sirt naf li missieru marad u li qiegħed jagħmel id-dijaliżi tad-demm fiċ-ċentru tal-belt darbtejn fil-ġimgħa. Tħassartu għax l-ebda ħelu u kliem ma setgħu jtaffulu s-swied ta’ qalb li kien qed iħoss bil-firda ta’ missieru. Għedt f’qalbi, “Ġesù għal nies bħal dawn ġie fostna. Ġie biex iġib il-paċi fil-qlub, biex jagħti tama lil dawk li qed jaraw biss dlam.” Organizzajna wkoll parties għat-tfal kemm f’Manila kif ukoll f’Bataan. Ovvjament it-tfal jiġu kollha bi ħġarhom biex jilagħbu, jieklu u jieħdu r-rigali. It-tbissima fuq wiċċhom hija wkoll grazzi li l-Mulej jagħtina f’għeluq il-ġurnata. U min-naħa tagħna nirringrazzjawH tal-opportunità li niltaqgħu miegħU fil-fqar u n-nies sempliċi.

FR. STEpHEN MIFSUD

lejlet il-milied f’zona oħra tal-parocca

group photo ta’ dawk li attendew ghal quddiesa tal-milied f’Batchawan

Soċjetà Missjunarja tà San pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

NEwSpApER pOST

quddiesa tal-milied f’raħal f’Batchawan

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.