Ahna lilkom January 2017

Page 1

NEWSPAPER POST

January2017 / Għadd 520

Ġużeppi De Piro Missjunarju 1

Żjara mill-President ta’ Malta

N

har il-Ħadd, is-27 ta’ Diċembru 2016, fid-Dar Stella Maris kellna żjara mill-Eċċ. Tagħha l-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca u s-Sur Preca. Il-President kienet qed iżżur il-parroċċi ta’ Għawdex, bħala parti mill-ħidma tagħha għallIstrina. Meta ġiet iż-Żebbuġ, riedet tiġi għandna. Dakinhar konna qed norganizzaw il-get together, li jsir darba fis sena biex jinġabru fondi għad-Dar. Fid-diskors tagħha, esprimiet l-ammirazzjoni tagħha lejn is-Soċjetà Missjunarja ta' San Pawl. Kienet għadha kif laqgħet għandha l-Ambaxxatriċi tal-Perù għas-Santa Sede, li kellha kliem ta’ tifħir u apprezzament għal dak li l-membri tal-MSSP qed iwettqu fil-Perù. Il-President kompliet tgħid kemm isir xogħol ta’ solidarjetà fil-moħbi u fis-skiet, li ma jixxandarx pubblikament. Fl-aħħar nett appellat lin-nies preżenti għarrispett lejn xulxin, u biex inkomplu nfittxu dak li jgħaqqadna bħala poplu wieħed, ġeneruż u ta' qalb kbira. Ħadet l-opportunità ssellem personalment lin-nies preżenti fid-Dar Stella Maris, u wkoll żaret il-faċilitajiet li toffri din id-Dar għallirtiri, seminars u konferenzi. Din iż-żjara kienet apprezzata ħafna minn dawk preżenti li kellhom l-opportunità jiltaqgħu mal-President.

Malta Missjunarja: l-ambjent fejn twieled u trabba Ġ. De Piro (i) Il-Missjonarjeta ta' Pajjiżna Fl-1927 ċertu Parti Anġelo Mizzi, missjunarju Kapuċċin fl-Abbissinja, ippublika ktejjeb bl-isem ta’ Malta Missjunarja. F’dan il-ktieb ċkejken Mizzi ppreżenta lil Malta bħala pajjiż nisrani li kien igħix verament irresponsabbiltà missjunarja tiegħu. Għaxar snin wara Parti Anġelo Mizzi li ħareg dan il-ktejjeb l-istess Parti Anġ kiteb xogħol ferm itwal, magħmul minn żewġ volumi, L’Apostolato Maltese nei Secoli Passati. F’parti minn dan it-tieni xogħol tiegħu dan il-Kapuċċin spjega għaliex fil-ktejjeb tiegħu hu kien irrefera għal Malta bħala missjunarja:

Fil-qalb tal-Maltin dejjem hemm post għal dawk il-bnedmin oħra li jgħixu ’l bogħod u qed ibatu ’xi mod jew ieħor.”

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Lettorat u Akkolitat fil-Filippini

F

il-mixja tagħhom lejn is-saċerdozju dawk li qed jiġu mħejjija għall-ordni sagri jingħataw minn qabel il-ministeri tal-lettorat u l-akkolitat. Dawn ifissru li l-brothers ikunu jistgħu jaqdu l-ministeru tal-qari tal-kelma t’Alla permezz tal-lettorat u t-tqassim tal-Ewkaristija permezz tal-akkolitat waqt iċ-ċelebrazzjoni liturġika.

Tnejn mill-brothers tagħna, Br. Alex Zammit u Br. Giovann Tabone ingħataw il-ministeru tal-lettorat ġewwa d-Dar Internazzjonali ta’ Formazzjoni f’Manila, il-Filippini nhar il-Ħadd, it-23 t’Ottubru f’ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Missjoni. Ftit ġimgħat wara, propju nhar il-Ħadd, l-4 ta’ Diċembru l-istess Br. Alex u Br. Giovann flimkien ma’ Br. Leo Estanislao, li huwa mill-Filippini, ingħataw il-ministeru talakkolitat. Iċ-ċelebrazzjoni tmexxiet minn Fr. Hector Attard, Superjur Reġjonali.

Għalhekk ejjew inżommu fit-talb tagħna lil Brs. Giovann u Alex biex jaqdu fedelment dan il-ministeru ħalli l-Kelma t’Alla tkompli titlaħħam fihom iktar u jgħixu ħajjithom mibnija fuq l-Ewkaristija u jsiru ħobż li jinqasam għal ħuthom. Nitolbu wkoll biex il-Mulej ikompli jżommhom sħaħ fir-rieda tagħhom lil dawn ħutna huma u jersqu lejn l-ordinazzjoni tagħhom.

Fr. Hector Attard mssP

Mizzi pprova dan billi għamel analisi tal-attività missjunarja li titwettaq mill-Maltin, kemm hawn Malta stess, kif ukoll ’il bogħod minn pajjiżna. (jisokta) Fr. Tony Sciberras mssp

Trid min jitlob għalik issa u wara mewtek? Mela waqqaf Fondazzjoni ta’ Talb għalik, billi toffri s-somma ta’ €200 darba biss. Agħżel ġurnata fis-sena u għal 25 sena, l-istudenti tagħna joffru t-talb u l-opri tajba li jagħmlu matul dik il-ġurnata, skont l-intenzjoni tiegħek.

newspaper post Aħna Lilkom • 4

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Ir-rinovament fis-Sala tal-Konferenzi f’Dar Stella Maris F

’kull dar ta’ familja, min jgħammar fiha dejjem jara x’jista’ jagħmel biex isebbaħha u biex jagħmilha aktar komda għaż-żminijiet ta’ llum. Hekk għamilna fis-Sala tal-Konferenzi fid-Dar tal-Irtiri li s-Soċjetà tagħna għandha fiż-Żebbuġ, Għawdex. Fuq il-bieb tas-sala, tqiegħdet pittura talMadonna bil-Bambin f’idejha, xogħol tas-Sinjura Sandrina England. Id-disinn tas-sala u l-biċċiet talarti ġewwa s-sala saru mill-artist Mario Cassar. Is-sala minn ġewwa

Id-daħla tas-sala

Meta tidħol fis-sala jolqtok mill-ewwel il-kulur abjad, li jgħin biex joħloq atmosfera ta’ spazju, kif ukoll il-purtieri ta’ lewn aħdar safrani, il-parquette, il-projector, il-mejda fin-nofs, u s-siġġijiet li joħolqu unità u atmosfera multi sensorjali li tqanqlek. Minħabba f'hekk is-sala l-ġdida trid tinqara f'saffi differenti ta' ħsibijiet u tifsiriet. Hemm tifsiriet li jinqraw malajr, oħrajn li jqanqluk biex taħseb u tiskoprihom. Hemm oħrajn li jibqgħu mistura f'moħħ l-artist. F’dak kollu li tara, tinduna li l-artist ħalla l-ambjent tal-proġett ikellmu u allura ħoloq xogħol addattat u relevanti għall-istess post. F'dan is-sens l-arti li jipproduċi hija kollha oriġinali u maħluqa speċifikament għall-post. Hekk f’din is-sala wieħed jinnota li għandha bħala tema l-pedament tasSoċjetà: il-ħidma missjunarja ta' Mons. Ġużeppi De Piro, it-tema tal-qaddis protettur San Pawl, isSalvazzjoni ta' Ġesù Kurċifiss, ir-ruħ għatxana għallMulej u r-rabta mal-isem tad-Dar (Stella Maris).

Il-Madonna Kewkba tal-Baħar

Barra dan, wieħed jinnota r-rabta li hemm fixxogħol kollu maż-żminijiet ta’ llum. Allura hemm l-aspett medjatiku ta' kif it-traġedji ta' żmienna, l-aktar it-traġedji tal-immigranti jintrabtu ma' temi aktar fundamentali speċjalment mal-fidi tagħna. Għalhekk insibu l-Madonna Kewkba tal-Baħar li tinżel f'qiegħ il-baħar, aktarx mitlufa mal-erwieħ li qed jintilfu fil-Mediterran u ssir l-ankra taddisperazzjoni tagħhom f’xena kommoventi ta' jdejn

Ġesù Kurċifiss

Dawn is-suġġetti jinħarġu mill-artist permezz ta' installazzjonijiet bi skulturi magħmulin minn ġlud, perspex, metall u pittura u l-użu tipiku talkliem u ta' testi mill-Bibbja li l-artist huwa magħruf għalihom Xi kultant il-kliem jinqara ċar, xi kultant ma jinqarax. Dan għaliex it-testi li jdaħħal l-artist flarti tiegħu huma intenzjonati mhux biss biex iservu esklussivament bħala test imma wkoll li jkunu parti mill-estetika u mill-kompożizzjonijiet li hu joħloq. Is-sala l-ġdida se tidħol fl-iżvilupp tal-arti sagra Maltija li għandha tradizzjoni twila. F’dan ix-xogħol l-artist bena mal-arti tal-passat f'dik li hi skultura figurattiva, però jeħodha f'livelli ġodda, l-aktar f'dak ta' arti konċettwali u l-arti kontemporanja. Hu jrid jassigura li raħal twelidu jkompli jieħu postu fixxena artistika ta' pajjiżna wara li artisti kbar sebbħu l-parroċċa taż-Żebbuġ, fosthom Envin Cremona, li xogħol tiegħu li kien ġie rifjutat, qed jipproduċih fis-sala. Huwa għażel propju d-Dar tas-Soċjetà flistess raħal, li għalih dejjem kienet simbolu ta' nifs ġdid ta' spiritwalità, biex joħloq dan il-proġett.

li qed jegħrqu u ta’ dgħajjes mimlijin nies. L-artist jaqsam id-dieqa tiegħu ma’ dawn it-traġedji u jorbothom ma' siltiet mill-Bibbja li jitkellmu dwar il-qawwa tal-fidi fl-avversita'. Hekk id-dgħajjes mimlija bl-erwieħ titqabbel mal-ġifen ta' Pawlu, l-ewwel immigrant klandestin li ġie Malta. Missier li ġie ttimbrat bħala qattiel, li però ġab is-salvazzjoni għal pajjiżna. Waqt il-ftuħ tas-Sala

Min hu l-artist?

Mario Cassar ilu jipproduċi xogħolijiet tal-arti għal dawn l-aħħar 20 sena. Beda jistudja ġewwa l-Iskola tal-Arti f'Għawdex u wara fl-Università ta' Malta fejn għamel korsijiet ≠flistorja tal-arti, fil-kultura tal-Mediterran u fit-tagħlim tal-arti f'livell ta' Masters. Beda jmexxi s-sezzjoni tal-Arti Viżiva ġewwa s-Sixth Form t'Għawdex fl-1996, kariga li għadu jżomm sa llum. Ħafna mill-istudenti tiegħu huma artisti, għalliema tal-arti, storiċi tal-arti, disinjaturi u periti. Cassar għandu xogħolijiet importanti pubbliċi u privati kemm f’Malta kif ukoll f'diversi pajjiżi fosthom il-Kanada fejn ħadem f'diversi knejjes u fejn esebixxa bosta drabi. Rebaħ għadd ta’ kompetizzjonijiet fosthom dik ta' "Public Art in Gozo" fejn ġie kummissjonat mill-gvern Malti biex jaħdem l-iskultura fl-azzar li tinsab fit-triq prinċipali tal-Belt Victoria. Qaddis protettur San Pawl

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

newspaper post Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.