Ahna lilkom January 2016

Page 1

Aħna Lilkom

NEWSPAPER POST

Aħna Lilkom

No 40

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

L-istatwa ta’ Sant’Agata fil-kappella ddedikata lilha fir-Rabat

Quddiesa għall-morda bil-kanċer tas-sider Forsi ftit jafu li fil-Kappella tad-Dar ta’ Sant’Agata, ir-Rabat, kull sena qrib il-festa tal-qaddisa, issir quddiesa għal dawk in-nisa li huma jew kienu morda bil-kanċer tas-sider. Dan għaliex wieħed mill-martirji li sofriet din ilqaddisa kien propju l-qtugħ ta’ sidirha. Il-quddiesa issa ilha ssir għal dawn l-aħħar 15il sena. Man-numru sabiħ ta’devoti li jattendu biex jirringrazzjaw jew jitolbu lil Sant’Agata għall-fejqan minn din il-marda, ta’ kull sena tattendi wkoll il-mara tal-Prim Ministru, li hi chairperson tal-Breast Cancer Support Group. Din is-sena, il-quddiesa ser issir il-Ġimgħa, 5 ta’ Frar 2016 fid-9.30 a.m. Riflessjonijiet spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Waqqaf Fondazzjoni

ta’ “Ġurnata Studenti”. B’hekk tibqa’ tagħmel il-ġid, ikollok min jibqa’ jitlob għalik, u ma tintesiex wara mewtek. Dan tagħmlu billi toffri darba biss €200 li bl-imgħax tagħhom inkunu nistgħu nżommu l-istudenti għal ġurnata. Dan jibqa’ jsir kull sena, għal ħamsa u għoxrin sena, filġurnata li tagħżel int.

newspaper post

Spiritwalità li tixprunak

M

in jitkellem jew jikteb fuq Mons. De Piro mingħajr ma jkun sar jafu sew mill-qrib, faċilment li jieħu jew jagħti dehra żbaljata tiegħu. Jekk tqis ħajtu skont il-ħidmiet kollha li wettaq, u l-inizjattivi kollha li kien involut fihom, u li xi wħud minnhom bdihom hu stess, allura jkollok raġun biex tbigħ jekk tarah bħala bniedem li qatt m’għandu kwiet, li kważi x-xogħol għalih sar vizzju, bniedem dejjem jiġri minn post għall-ieħor, li qatt m’għandu ħin biżżejjed, u li rari ssibu meta tridu. Imma din mhix stampa reali tiegħu, u hi ferm `il bogħod mill-verità. Inkunu qed naqgħu f’kontradizzjoni jekk ngħidu li De Piro ma kienx bniedem attiv għal kollox. Imma ma dan irridu nżidu ngħidu kemm kien bniedem mogħti għall-ministeru saċerdotali u ta’ servizz tal-proxxmu. Ma kienx se joqgħod bi kwietu jekk kien iħoss id-dmir li jagħmel xi ħaġa, u rari ħa l-mistrieħ tiegħu. Imma meta wieħed jaqbad f’idejh il-kitbiet u r-riflessjonijiet tiegħu, jiskopri qassis li għex il-ministeru saċerdotali bil-fedeltà kollha. Hu kien persważ mill-fatt li fejn ma hemmx l-għeruq ma hemmx frott, u fejn ma hemmx it-talb ma jeżistix ministeru saċerdotali tajjeb. Id-dokumenti tal-Konċilju Vatikan II u li ħarġu wara, jisħqu li l-ordnijiet reliġjużi għandhom ifittxu l-għeruq tal-fundaturi tagħhom. Din m’għandhiex tkun limitata għat-tfittxija fl-arkivji, imma għallveru spirtu tal-Fundaturi. Fil-kas ta’ De Piro, wieħed jiskopri li l-ispiritwalità missjunarja tiegħu għadha tixprunana sa llum. Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb Found among Sinners miktub minn Fr Martin Cilia mssp

Aħna Lilkom • 4

Jannar 2016 / Għadd 509

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Il-Ħamsa u Għoxrin ta’ Jannar

J

ekk wieħed iqalleb l-Almanakk San Pawl, li l-fundatur kien joħroġ regolarment, insibu ħafna drabi kemm kien jagħti titli sbieħ lil San Pawl, bħall-Appostlu tal-Ġnus, il-Kbir Appostlu Pawlu u oħrajn. Imma l-aktar frażi għal qalbu kienet “l-ewwel missjunarju”. Għalhekk kien bir-raġun kollu li l-Fundatur għażel lil San Pawl biex ikun il-patrun tas-Soċjetà Missjunarja li hu waqqaf. Ma ninsewx ukoll ir-raġuni l-oħra li kellu f’moħħu l-Fundatur, li San Pawl ġabilna l-fidi f’Malta, ħaġa li huwa xtaq li jagħmlu l-membri tas-Soċjetà barra minn xtutna. Fil-prietki tiegħu De Piro għamel ħafna referenzi għall-Ittri Pawlini. Lill-membri tas-Soċjetà tiegħu De Piro kien iħeġġiġhom biex isiru midħla ta’ San Pawl. Anzi hu kien jgħidilhom biex jitgħallmu l-Ittri tiegħu bl-amment. Imma qabel ma qal dan lill-membri, jidher ċar li hu nnifsu kien familjari sewwa ma’ dawn il-kitbiet. Meta tistudja l-prietki tiegħu, issib li hu għamel riferiment għal għaxra mill-erbatax-il ittra tal-Appostlu. F’San Pawl, De Piro ra l-mudell ta’ dawk li jimxu wara l-Mulej fil-ħajja missjunarja. F’San Pawl, De Piro ra bniedem li għalih Kristu sar ħajtu u mħabbtu. Irrifletta fuq l-esperjenza ta’ Pawlu fit-triq ta’ Damasku u fuq iż-żewġ mistoqsijiet li għamel l-Appostlu tal-Ġnus, li saru għalih programm ta’ ħajtu kollha: Min int Mulej? u Xi trid minni? Jgħid li għan-nisrani dawn il-mistoqsijiet għandhom ikunu fundamentali għax fihom wieħed jagħraf il-wisa’, il-

fond u l-għoli tal-imħabba ta’ Kristu u r-rieda tiegħu f’ħajjitna li jsir ikel għal kuljum għal min jemmen. F’din il-festa itolbu magħna ħalli bl-interċessjoni tal-Qaddej t’Alla Mons. De Piro, il-Mulej iħeġġeġ aktar żgħażagħ jgħidu iva bħal San Pawl.

L-Editur

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Aħna Lilkom

Niltaqgħu mas-saċerdoti ġubilari - 4 Fr Bernard Mangion MSSP

F

r. Bernard twieled il-Mosta. Huwa t-tieni wild minn familja ta’ disgħa. Sa minn ċkunitu kien midħla tal-Oratorju tal-Qalb ta’ Ġesù, fejn għamel il-preċett u l-griżma. Kien ukoll membru talAzzjoni Kattolika. Ħa l-edukazzjoni primarja fl-iskola tal-gvern ġewwa raħal twelidu. Minn ċkunitu ħass ix-xewqa li jsir saċerdot missjunarju. Il-Mulej laqqgħu mas-Soċjetà tagħna, u f’Ottubru tal-1953, ingħaqad mal-aspiranti li dak iż-żmien kellha s-Soċjetà u għamel l-istudji sekondarji fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, B’Kara. Fit-28 ta’ Settembru 1958 huwa beda n-novizzjat fid-Dar tagħna ta’ Sant’Agata. Studja l-Filosofija u t-Teoloġija fl-Università Rjali ta’ Malta u fit-3 ta’ April 1965 ġie ordnat saċerdot. Wara l-ordinazzjoni, huwa kien għalliem u viċirettur fil-Kulleġġ tar-Rabat, fejn wara sar rettur għal bosta snin. Barra dan huwa kien attiv f’ħidma pastorali f’diversi parroċċi u mal-għaqdiet reliġjużi. Kemm dam Malta, serva wkoll għal sitt snin bħala kunsillier ġenerali u Superjur tad-Dar ta’ Sant’Agata għal madwar seba’ snin. Ix-xewqa tiegħu li jmur il-missjoni waslet fl1984. Mar fil-missjoni tagħna tal-Pakistan. Għal diversi snin wettaq il-ħidma pastorali tiegħu f’post jismu Chak Jhumra. Matul dan iż-żmien kien jgħallem fis-seminarju minuri tad-djoċesi ta’ Faisalabad u kien jagħti wkoll konferenzi u rtiri

Waqt quddiesa taħt tinda li sservi flok knisja

L-għoti tal-unur ‘Ġieħ il-Mosta’

Fr Bernard fil-Pakistan mal-isqof meta ċċelebra l-50 sena saċerdotali tiegħu

lil diversi soċjetajiet reliġjużi. Wara mbagħad sar l-ewwel kappillan ta’ parroċċa ġdida li bdiet isSoċjetà, f’post jismu Sath Chak, fil-Punjwar. Minn hemm mar Karaċi fejn kien jieħu ħsieb innovizzi u l-istudenti tal-MSSP ġewwa s-Seminarju ta’ Kristu Re, fejn kien ukoll għalliem. Wara sar is-superjur reġjonali tal-missjoni u kompla jagħmel ħidma pastorali għal darb’oħra ġewwa Chak Jhumra. Il-Konferenza Episkopali tal-Pakistan iddeċidiet li tiftaħ Seminarju interdjoċesan għall-istudju tal-Filosofija u Spiritwalità fil-belt ta’ Lahore taħt l-awspiċju tal-Kongregazzjoni tal-Evanġelizzazzjoni tal-Ġnus. Fr Bernard ġie magħżul bħala l-ewwel Rettur tiegħu, bl-inkarigu li jieħu ħsieb il-bini tas-seminarju ġdid u jifforma l-istatut tiegħu. F’Awwissu tal-1994 is-seminarju laqa’ l-ewwel grupp ta’ seminaristi li ġew mill-provinċji kollha talPakistan. Is-seminarju ssemma’ għal San Franġisk Saverju u jinsab f’Yuhannabad, fil-periferija ta’ Lahore. Barra dan, Fr Bernard kien jagħti servizz ta’ rtiri u konferenzi lill-kleru u lir-reliġjużi.

Waqt waħda miż-żjarat regolari lill-familji

Ma’ wħud mill-parruċċani tiegħu

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Fr Bernard, flimkien mal-istaff tas-seminarju, ħadem ħafna biex dan is-seminarju jkun istituzzjoni serja u li tagħti formazzjoni olistika lil dawk li `l quddiem għandhom ikunu s-saċerdoti tal-Knisja fil-Pakistan. Fi żmienu s-seminarju ġie affiljat malUniversitas Pontificia Urbaniana ta’Ruma u b’hekk is-seminaristi setgħu jieħdu l-lawrja (B.A.) filfilosofija u allura `l quddiem ikunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom f’xi università f’Ruma. Fr Bernard, f’Lulju tas-sena 2000, ġie magħżul superjur ġenerali tas-Soċjetà fejn serva f’dan l-uffiċċju darbtejn. Fl-2012 imbagħad irritorna fil-missjoni tas-Soċjetà fil-Pakistan. Hawn huwa wieħed mis-saċerdoti assistenti fil-parroċċa ddedikata lill-Konverżjoni ta’ San Pawl. Barra l-ħidma pastorali fil-parroċċa hu jgħallem ukoll fis-seminarju San Franġisk Saverju u jgħallem ukoll fil-kors li jsir regolarment għall-junior sisters minn kongregazzjonijiet reliġjużi differenti. Ħidma li hi partikularment għal qalbu, għax jara l-ħtieġa tagħha u l-ġid spiritwali li joħroġ minnha, hija li jżur il-familji u jagħmel sforz biex idur kull familja tal-parroċċa almenu darba fis-sena. Ħafna

Mal-ġenituri tiegħu dakinhar tal-ewwel quddiesa tiegħu newspaper post

Waqt Jum il-Premjazzjoni fiż-żmien li fih kien rettur tal-Kulleġġ

drabi jżur il-familji f’okkażjonijiet speċjali kemm ta’ ferħ kif ukoll ta’ niket. Wieħed mix-xogħolijiet li fih għamel suċċess hu fid-disinjar ta’ knejjes, kunventi u skejjel fost l-oħrajn. L-ikbar żewġ xogħolijiet f’dan ilqasam huma l_Arooj-e-Mariam Renewal Centre u s-seminarju San Franġisk Saverju, ġewwa Yuhannabad. Arooj-e-Mariam hu ċentru ta’ tiġdid spiritwali u jista’ jakkomoda mal-140 ruħ bilfaċilitajiet kollha meħtieġa biex jilħaq l-għan tiegħu. Hu ċentru sabiħ u funzjonali, imfittex matul is-sena kollha. Fih saru wkoll laqgħat ta’ aġġornament minn gruppi anke minn barra l-Pakistan. Ftit `il bogħod minn dan iċ-Ċentru hemm ukoll il-bini tasSeminarju San Franġisk Saverju li kif diġà għidna kien l-ewwel rettur tiegħu. Il-Missjoni hija ferm għal qalbu u jipprova jserviha b’kull mod li jista’.

Ma’ erbgħa minn ħutu fi żminijiet aktar reċenti

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.