Ahna Lilkom July-August

Page 1

NEWSPAPER POST

Ġużeppi De Piro Missjunarju 4

Lulju/Awwissu 2017 / Għadd 526

Ġ. De Piro waqqaf Soċjetà għall-missjonijiet ad gentes (ii) B’risposta għall-ittra li Mons, De Piro kien kiteb lil Mons Pietru La Fontaine1 fit-30 ta’ Ġunju 1916

W

aħda mill-attivitajiet li jsiru fil-parroċċa tagħna ta’ St. Bernardette’s North Sunshine, fl-Awstralja, hija ż-żjarat fil-ħabs. Fr. John Taliana, il-kappillan, ilu jagħti dan is-servizz għal dawn l-aħħar tlettax-il sena. Jgħidilna Fr. John, li ħafna mir-residenti huma nisa żgħażagħ, spiss mifruda mit-tfal żgħar tagħhom. Kull meta jmur ikollu mumenti sbieħ u oħrajn ta’ qsim il-qalb. Per eżempju, f’Jum l-Omm iħoss ħafna għal dawn l-ommijiet meta jarahom kollha bid-dmugħ f’għajnejhom. Hemm imbagħad mumenti ta’ ferħ, meta dawn in-nisa, forsi wara tant żmien, jerġgħu jirċievu s-sagrament talqrar u tarahom ferħanin, jew meta xi waħda minnhom ikun wasal iż-żmien biex toħroġ. Fil-ħabs għandhom drawwa li kulħadd flimkien mal-Father, ipoġġu jdejhom fuq ras il-persuna li tkun skuntat is-sentenza bħala sinjal ta’ barka mill-Mulej. Dak il-ħin għajnejn kulħadd jibdew idemmgħu. Dan huwa wieħed mis-servizzi li l-missjunarji tagħna jwettqu fil-parroċċi tagħhom fl-Awstralja.

L

a Fontaine wieġbu kważi xahar wara. Tah diversi pariri siewja.

De Piro ta każ ta’ dawn il-pariri fosthom li jikteb lill-Papa direttament. Fil-fatt il-Fundatur kiteb lil Benedittu XV fit-22 ta’ Awissu tal-istess sena. Fost l-oħrajn De Piro qallu hekk lill-Papa: “…hu (De Piro) jissogra josserva, li meta jgħid ‘l-ewwel għall-Maltin’, hu ma jifhimx li jeskludi lil ħaddieħor, u għalkemm il-ħidma fost l-infidili hija ħidma mixtieqa mill-Istitut, fl-istess ħin iħoss li jekk isemmiha jkun qiegħed jażżarda wisq.” Din l-istess ittra ta’ De Piro lil Benedettu XV kienet rakkomandata mill-Arċisqof Mawru Caruana. L-Eċċellenza Tiegħu wkoll wera li hu kien qiegħed jifhem li s-Soċjetà ta’ De Piro ma kellhiex il-ħsieb li teskludi l-pajjiżi ad gentes: “Waqt li naf bil-fatti l-ġid li qiegħda tagħmel bħalissa l-Kumpanija ta’ San Pawl imwaqqfa sitt snin ilu fid-Djoċesi tiegħi u li tagħha l-fundatur u r-rettur preżenti hu Mons Dun Ġużepp De Piro, is-segretarju tiegħi, u għax ma niddubitax li fil-futur hi żgur għad tagħmel ħafna ġid fost il-Maltin imbiegħda minn pajjiżhom u wkoll fost fidili oħra fejn għad tibgħathom is-Santa Sede …” (tissokta) Fr. Tony Sciberras mssp

Kulħadd huwa persważ mill-bżonn tat-talb Għalhekk qed nistiednek li tingħaqad mal-Grupp ta’ Talb MSSP. Dan mhux grupp li jorganizza laqgħat. Min ikun membru sempliċiment jieħu sehem fil-quddies, talb, sagrifiċċji, xogħol u suffraġi, fil-ħajja u wara l-mewt, li jsiru mill-membri kollha tas-Soċjetà. Ikun mitlub ukoll li joffri kuljum il-quddiesa, it-tqarbina, ir-rużarju u jgħid it-talba speċjali tal-Grupp ta’ Talb MSSP. Min jixtieq ikun membru ta’ dan il-grupp jinfurmana u nibagħtulu t-talba u d-diploma ta’ sħubija. newspaper post

Aħna Lilkom • 4

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Jiltaqgħu s-Superjuri Reġjonali MSSP fl-Awstralja

I

s-Superjuri Reġjonali tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl iltaqgħu flimkien għal laqgħa ta’ ġimgħatejn li saret fid-Dar tas-Soċjetà f’Wantirna, Melbourne, fl-Awstralja. Dawk li ħadu sehem kienu Frankie Cini għar-Reġjun ta’ Malta u membru tal-Kunsill Ġenerali, Giovanni Cefai għar-Reġjun tal-Perù, Ivano Burdian għarReġjun tal-Awstralja, Hector Attard għar-Reġjun tal-Filippini, Gerard Bonello għar-Reġjun tal-Pakistan u sintendi s-Superjur Ġenerali Fr. Mark Grima u Frs. Mario Micallef u Martin Galea membri tal-Kunsill Ġenerali. Huma ltaqgħu ma’ mistiedna li tkellmu fuq aspetti diversi tat-tmexxija fil-ħajja reliġjuża. Fost l-oħrajn kellna żjara fil-monasteru Trappista ta’ Tarawwara, ftit ‘il barra minn Melbourne, u laqgħat ma’ Fr. Frank Doloney u Mrs. Joan Jennings, lajka li taħdem ħafna qrib tagħna fil-missjoni talAwstralja, u l-Isqof Awżiljarju ta’ Melbourne, l-Eċċ. Tiegħu Mark Edwards OMI.

Wara dawn il-laqgħat saret evalwazzjoni ta’ kull reġjun li fih hija preżenti s-Soċjetà. Permezz ta’ dan l-eżerċizzju, il-membri setgħu jifhmu aħjar ir-realtajiet li fihom topera s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl illum. Fost l-oħrajn tkellimna fuq ilmissjoni l-ġdida f’Kuba, l-iżviluppi fil-Formazzjoni fil-Filippini, l-irtirar ta’ membri anzjani, il-ħamsin anniversarju tal-ftuħ tal-missjoni tal-Perù u suġġetti oħra ta’ interess komuni. Din l-opportunità serviet ukoll biex is-Superjuri tar-Reġjuni flimkien mal-Kunsill Ġenerali jibdew jippreparaw xi temi u proposti għall-Kapitlu Ġenerali tas-Soċjetà li ser jiġi ċċelebrat fil-Perù f’Mejju 2018. Il-Kapitlu Ġenerali huwa l-ogħla organu tas-Soċjetà li fih, barra l-elezzjoni tasSuperjur Ġenerali u l-Kunsill tiegħu għas-sitt snin li ġejjin, tevalwa l-istat tas-Soċjetà u l-pjanijiet tagħha għall-futur. It-tema tal-Kapitlu Ġenerali 2018 ser tkun: Il-Ħajja Reliġjuża: Profezija Radikali.

Fr. Frankie Cini mssp Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Aħbarijiet L-Awstralja

Nhar is-17 ta’ Ġunju li għadda, Fr Claude Borg MSSP ingħaqad mal-Mulej wara ħajja ta’ 91 sena. F’Diċembru li għadda iċċelebra s-sittin sena saċerdozju. Huwa twieled il-Belt Valletta fis-27 ta’ Frar 1926. Daħal mas-Soċjetà tagħna fl-1938. Hu għamel l-istudji tiegħu fis-Seminarju u fl-Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot f’Malta fit-22 ta’ Diċembru 1951. L-ewwel ħidma saċerdotali tiegħu wettaqha għal erba’ snin fl-Oratorju f’B’Kara. Fl-1956 intbagħat l-Awstralja. F’Melbourne huwa kien kappillan tal-Maltin. Imma fis-sena 1965 ġie nominat bħala l-ewwel kappillan tal-parroċċa Our Lady of Victories Parish, Horsley Park Sydney. Wara sitt snin ħtieġlu jiġi Malta bħala membru tal-Kunsill Ġenerali. Fl-1980 irritorna lura l-Awstralja fil-parroċċa ta’ Rozelle ġewwa NSW. Għaxar snin wara ngħaqad mal-komunità MSSP fil-ħidma tagħha fiċ-Ċentru Malti ta’ La Valette, fi Blacktown. Minħabba saħħtu u ż-żmien, ħtieġlu jidħol f’Dar tal-Anzjani. Biss huwa baqa’ jagħti servizzi ta’ quddies u jmexxi l-kor li kien waqqaf hu żmien ilu. Dun Klawdju jibqa’ magħruf għall-ħeġġa li kellu, it-tbissima u l-imħabba lejn Alla u l-qadi lillkomunità f’kull post li ħadem fih. Huwa kellu quddiesa presente cadavere filparroċċa ta’ Horsly Park, fejn kien kappillan. Imbagħad, ħamest ijiem wara ġie trasferit fid-Dar

Kuba

Horsly Park

f’Parkville fejn qabel id-difna fil-qabar tas-Soċjetà, kellu quddiesa oħra fil-kappella tad-Dar fejn ħadem għal bosta snin. F’Mejju li għadda, fil-Maltese Community Council ta’ Melbourne u tas-Suberbers, li huwa biċċa mid-Dar tagħna ta’ Parkville, saret ċerimonja sabiħa tal-għoti tal-Awards lill-membri li jkunu spikkaw fix-xogħol tagħhom fis-sena ta’ qabel. Fost dawn, il-president l-Avukat Victor Borg, ħass li għandu jagħti dan irrikonoxximent lil Fr. Edwin Agius mssp, għax-xogħol kontinwu li jagħti speċjalment lill-komunità Maltija. Fil-kelmtejn li għamel tal-okkażjoni, Fr. Edwin qal li dan l-Award qed jirċevih mhux għalih personali imma f’isem sħabu li lkoll jagħmlu ħilithom ħalli jagħtu servizz lil kull min ikollu bżonn.

Fil-parroċċa tagħna f’Kuba, iddedikata lill-Madonna tal-Karmnu, il-kappillan Fr. Nilton mssp għażel 30 mara u raġel biex jgħinuh billi jduru d-djar tal-parruċċani bi preparazzjoni għall-festa tas-16 ta’ Lulju. Qabel bagħathom libbishom il-labtu tal-Madonna tal Karmnu. Forsi fl-ambjent Malti, din hija ħaġa sempliċi. Imma meta tikkonsidra li s-saċerdoti tagħna ilhom hemm biss minn Frar, u dawn in-nies kienu għal żmien twil taħt il-komunisti, naħseb li huwa ġest ta’ minn japprezzah.

Malta u Għawdex

Fr Claude Borg

Parkville

Fr Edwin Agius

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Fil-25 ta’ Ġunju fid-Dar tal-Irtiri Stella Maris, saret laqgħa għall-benefatturi Għawdxin li kienu waqqfu xi fondazzjoni. Wara ħin ta’ talb flimkien filkappella, ġew imdawra mad-Dar, ħalli jkunu midħla mas-servizz li tagħti. Imbagħad inġabru fis-sala tal-konferenzi biex isegwu video fuq ix-xogħol tasSoċjetà f’Malta u fil-missjonijiet. Il-laqgħa spiċċat bil-kxif tal-pittura ġdida tal-Fundatur. Fit-30 ta’ Ġunju, il-fathers kollha li jinsabu f’Malta nġabru madwar Frs. Tarcisio Micallef, Denis newspaper post

Carabott, Victor Shields u Joe Barbara fid-Dar ta’ Sant’Agata, għal quddiesa konċelebrata bħala ringrazzjament lil Alla għal 50 sena saċerdozju ta’ dawn ħutna. Fil-15 ta Lulju, grupp ta’ ex-studenti talKulleġġ Missjunarju, li spiċċaw erbgħin sena ilu, xtaqu jfakkru dan l-avveniment b’quddiesa u ikla flimkien, biex iġeddu l-ħbiberija bejniethom. Magħhom ingħaqdu xi fathers li kienu jgħallmuhom. Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.