Ahna Lilkom June 2015

Page 1

Aħna Lilkom

NEWSPAPER

POST

Ġunju 2015 / Għadd 503 No 34

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Il-Providenza t’Alla

M

S.P.M.C.

Esperjenza volontarja fil-Perù

2015 Aplao - Peru

Din is-sena skolastika, il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl qed jiċċelebra l-50 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. B’apprezzament ta’ dak kollu li ngħata lillKulleġġ, u ta’ dak kollu li l-Kulleġġ ta lil aktar minn 2000 student u familja, ġew organizzati diversi mumenti speċjali. Fosthom ser ikun hemm esperjenza missjunarja ta’ xahar fil-Perù, minn grupp ta’ ġenituri u ħbieb oħra mmexxijaa minn Fr Silvio Bezzina, Rettur. L-aktar post li ser inkunu fih hu l-parroċċa ta’ Aplao ma’ Fr Kola Schembri mssp, b’mod speċjali fil-Kulleġġ San Tarcisio, u ma’ nies fil-bżonn permezz ta’ proġetti soċjali u ta’ evanġelizzar. Fl-istess waqt il-grupp sejjer jesperjenza mill-qrib il-ħajja talmissjunarju, bis-sabiħ u t-tbatijiet tagħha. Nawguraw lill-parteċipanti kollha esperjenza millaqwa ta’ mħabba fil-prattika f’art missjunarja. newspaper post

ons De Piro kien jemmen u jistrieħ fuq ilprovidenza t’Alla għal kull ma kellu bżonn. Imma l-fidi li kellu f’Alla, għenitu jħares lejn naħa oħra tal-providenza t’Alla, dik li fi kliemu, “tħalli lil Alla jmexxik Hu fil-ħajja”. Kienet tidher fih dik li nghidulha passività attiva, jiġifieri kien dejjem lest li jmidd għonqu għaxxogħol, imma dejjem imdawwal mir-rieda Alla. Tant kien jgħix dan l-istil ta’ ħajja, li darba stqarr, “Nistgħu ngħidu li x-xogħol li sar (minnu) fit-twaqqif tas-Soċjetà kien ġej u mmexxi millprovidenza t’Alla”. Dak kollu li kien jgħaddi minn għalih, qatt ma ħares lejh bħala xi ħaġa li seħħet b’“kumbinazzjoni, imma kienet il-kbira providenza t’Alla li fdat dan ix-xogħol lill-missjunarji tas-Soċjetà”. Tant kien konvint mit-tmexxija t’Alla f’ħajtu, sa wasal biex jargumenta li: “il-missjoni għandha l-bidu tagħha mill-qalb t’Alla. Imbagħad hu għandu l-privileġġ li qed jieħu sehem fiha.” Iċ-ċokon tas-Soċjetà fil-bidu tagħha, qatt ma qatgħelu qalbu; għall-kuntrarju, hu ħares lejn il-bidu umli tas-Soċjetà b’xebh ma’ dak li hemm fil-Vanġelu. Il-parabbola tad-drakma l-mitlufa, u l-fatt li Ġesù tema’ eluf ta nies b’ħames ħutiet u ftit ħobż, ġegħluh iħares ‹il quddiem. Il-qawwa t’Alla li għamel kollox mix-xejn dejjem kienet hemm biex tqawwih Għalih, il-missjoni ma kinitx tiddependi minn kemm ikollok nies, imma kemm dawn ikunu mimlija bl-entużjażmu tal-imħabba t’Alla.

Dan it-tagħrif insibuh fi-ktieb Found among Sinners miktub minn Fr Martin Cilia mssp

Aħna Lilkom • 4

Aħna Lilkom

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

Jiktbilna Fr. Kola Schembri mill-Perù missjunarja tagħna fil-Perù titlob Il-ħidma minna ħafna enerġija.

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com

Biss biss, jien u Fr. Teo nieħdu ħsieb 25 raħal. Dawn qegħdin imxerrdin f’art kbira daqs Malta u Għawdex. Imma għall-grazzja t’Alla ninsabu kuntenti f’dan ix-xogħol. Biex nagħtik ħjiel tal-ħidma li nwettqu, insemmi ftit mill-attivitajiet li kellna għall-Milied u l-Ġimgħa l-Kbira li għaddew. Fit-8 ta’ Diċembru kellna l-preċett. Tieħu gost tara mitejn tifel u tifla jirċievu lil Ġesù għall-ewwel darba. Il-jum ta’ qabel kont għammidt sebgħin xebba u ġuvni. Imbagħad fl-14 tal-istess xahar ġiet il-Griżma tal-Isqof li tajniha lil 130 adoloxxenti. Wara dawn waslet il-festa kbira tal-Milied. Kellna l-parties għat-tfal li jiġu l-katekiżmu. Nhar il-Milied organizzajna ikla għal 30 fost l-ifqar persuni li għandna fil-parroċċa. Fil-Kulleġġ tal-parroċċa li jismu San Tarċisju, l-istudenti ppreżentaw il-ġrajja tal-Milied, fost il-ferħ u l-għors tan-nies miġbura biex jarawhom. Imbagħad ġiet il-Ġimgħa Mqaddsa, li tiġbed ħafna nies. Fuq xewqa tal-Papa, il-katekisti marru fil-periferiji u ċċelebraw ilfunzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira fi tlettax-il raħal. Ma xtaqtx inħalli barra esperjenza kerha li kellna. Għamlet ix-xita! Dan hu avveniment storiku għalina f’Aplao. Kienet ilha ma tinżel xita ħamsin sena. Imma ħej, ħolqot biża’ kbir. Mar id-dawl kullimkien u bdew neżlin biċċiet tal-ġebel kbir minn fuq il-muntanji. Ix-xmara kienet ser tkaxkar magħha l-villaġġ ta’ Cosos. Ħafna soqfa taddjar li huma magħmula mit-tajn u mill-qasab inħallu. Diversi djar inġarru mal-kurrent tal-ilma. Knisja li għandna f’Ongoro, fi Buenos Aires, spiċċat bi 30ċm tajn. In-nies u t-tfal li kienu fil-periklu kellna neħduhom ‹il bogħod kemm stajna. Meta x-xita hediet, mort indur ilfamilji biex inqawwilhom qalbhom u nara l-bżonnijiet tagħhom. Imma fost dan kollu tara l-id t’Alla miegħek. Insellmilkom. Fr. Kola Schembri mssp Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Aħna Lilkom

Niltaqgħu mas-saċerdoti ġubilari - 1 Fr. Vincent Magro mssp

Fr. Vince, li hu miż-Żejtun, qatt ma ried isir qassis djoċesan, għax minn dejjem ried imur il-missjoni. Sa ma kellu dsatax-il sena kien soċju tal-mużew, floqsma taż-Żejtun u ta’ Ħal-Għaxaq. Huwa ħadem it-tarzna għal sitt snin bħala ship fitter. Hemm kellu ħabib, illum ukoll saċerdot, Fr. Frank Zammit, li ħajru biex imur miegħu Sant’Agata. Ma damux wisq jitilgħu għal-laqgħat ta’ formazzjoni, għax it-tnejn li huma bdew in-novizzjat fis-sena 1956. Għal xi żmien iffrekwenta l-Kulleġġ ta San Alwiġi, imbagħad għall-istudji superjuri mar fil-Kulleġġ San Mark tal-Agostinjani fir-Rabat. Wara li ġie ordnat saċerdot fl-1965, għamel tliet snin fl-Istitut ta San Ġużepp, fejn kien responsabbli mit-tagħlim tas-snajja. Ix–xewqa tiegħu li jmur il-missjoni nqatgħet meta s-Superjuri ddeċidew li barra l-ħidma malemigranti, jibdew iħarsu lejn artijiet oħra. Infatti Fr. Vince flimkien ma’ tnejn oħra, ġie mibgħut il-Perù. Għal tmien snin Fr Vince ħadem fil-parroċċa ta’ Aplao, fil-Prelatura tal-Isqof Malti Redent Gauci. Minn hemm huwa mar jaħdem fil-periferija ta’ Arequipa, belt ta’ miljun ruħ. Hawn kellu jħabbat

Iċ-Ċentru tal–Komunità Maltija filVictoria fl-Awstralja

wiċċu ma’ ħafna setet protestanti, li joffru l-flus linnies biex imorru magħhom. Din kien biċċa wġigħ ta’ ras kbira għalih. Minn hemm huwa mar f’diversi parroċċi oħra li għandna fil-Perù sakemm reġa’ sab ruħu kappillan f’Arequipa għat-tieni darba. Minn hemm għadda għal post ieħor jismu Alto Cayma, fejn ħadem fost il-fqar, nies bla xogħol u familji kbar. Hawn ntefa’ biex jara kif jibni kappella, skola, klinika, kindergarten u mitt ħaġa oħra. Hawn dam sas-sena 2010. Fr. Magro jħossu sodisfatt li għadda 42 sena jaħdem f’dan il-kontinent, għax stinka ħafna għat-tkattir tal-katekiżmu, għat-tfal u l-kbar, irtiri, għaqdiet reliġjużi bħal-Leġjun ta’ Marija u oħrajn. Il-lum jinsab Malta imma għadu sejjer bl-attività tiegħu saċerdotali.

Ftit snin wara li l-membri tas-Soċjetà tagħna bdew il-ħidma pastorali tagħhom fil-Victoria, inħass ilbżonn li l-klabbs tal-Maltin imxerrdin mal-Victoria, jingħaqdu taħt umbrella waħda. Din il-ħolma saret realtà għax fis-6 ta Lulju 1958, rappreżentanti ta’ wħud mill-klabbs, iltaqgħu għallewwel darba fid-dar fejn kienu joqogħdu l-Fathers tagħna, fis-St. Mary’s Mission House ġewwa Parkville. Għal din il-laqgħa storika, kien preżenti l-Kummissarju Għoli għal Malta, il-Kaptan George Stivala. Ta’ min isemmi li kien Fr. Onorat Galea mssp li ħadem biex jingħaqdu l-assoċjazzjonijiet kollha tal-Victoria. Minn dak iż-żmien ‹il hawn, il-Fathers tagħna dejjem kienu membri fil-kumitat. Matul is-snin il-membri taċ-ċentru bdew jiżdiedu u l-post beda jsir żgħir. Għalhekk Fr. George Xerri, dak iż-żmien Superjur tal-MSSP, ħabbar lill-kumitat illi s-Soċjetà kienet ser toffri parti mill-propjetà tagħha biex jinbena ċ-Ċentru tal-Komunità Maltija. Is-Soċjetà żammet parti żgħira għaliha, fejn inbnew kappella u residenza għall-Fathers tagħha. Żewġ avvenimenti importanti ta’ dan iċ-Ċentru Malti tal-Victoria seħħew f’Settembru 1983. Flewwel data l-Isqof Kelly bierek l-ewwel ġebla talistess ċentru. Intużat ġebla li ntbagħtet minn Malta wara li nħadmet mill-iskultur Marco Montebello, u fl-20 ta’ Diċembru tal-istess sena, meta sar il-ftuħ uffiċjali mill-Prim Ministru għal Victoria Mr. John Cain. Hekk il-komunità Maltija tal-Victoria kellha ċentru li fih inġabru l-assoċjazzjonijiet kollha, fejn isiru laqgħat kulturali u rikreattivi.

Fr George Xerri

Aktar tard fl-1976 twaqqaf il-Ladies Auxiliary taċ-ċentru. L-għan prinċipali tiegħu hu l-ġbir talfondi għall-istess ċentru. Dan kien isir billi mhux biss jorganizzaw attivitajiet huma stess, imma l-aktar billi jagħtu daqqa t’id fil-fiera annwali. Barra dan, b’sens ta’ ġenerożità, bdew jagħtu kull għajnuna lillanzjani. Din il-ħidma għadha ssir sa llum. Iċ-Ċentru huwa mgħammar b’librerija ta’ eluf ta kotba, audio tapes, videos u kotba ta’ referenza. Huwa jgawdi wkoll minn għarfien mill-gvern ta’ Victoria.

Fr O. Galea (L-ewwel mill-lemin)

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

newspaper post

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.