Ahna Lilkom June 2017

Page 1

Ġużeppi De Piro Missjunarju 3

NEWSPAPER POST

Ġunju 2017 / Għadd 525

Ġ. De Piro waqqaf Soċjetà għall-missjonijiet ad gentes (i)

D

Xena mill-musical ta' din is-sena

Jum il-Premjazzjoni fil-Kulleġġ

N

har is-Sibt 11 ta’ Marzu 2017, il-Kulleġġ iċċelebra Jum il-Premjazzjoni. Permezz ta’ din l-attività, aħna nagħrfu l-ħidma u l-impenn tal-istudenti favur l-edukazzjoni tagħhom akkademika u f’oqsma oħra. Il-mistieden distint din is-sena kien Dr. Mario Cardona, ex-student talKulleġġ u llum Direttur tal-Early School Leavers and Adult Learners fi ħdan id-Dipartiment talEdukazzjoni. Wara l-merħba u l-kant tal-istudenti tas-Senior 1, ir-Rettur Fr. Silvio għamel id-diskors tiegħu íntitolat ‘Insaħħu l-Edukazzjoni tal-Ulied’, riflessjoni ibbażata fuq il-Kapitlu 7 ta’ Amoris Letitiae talPapa Franġisku. Kulħadd jistenna l-Musical u din is-sena l-istudenti ppreżentaw tant tajjeb Beowulf, taħt id-direzzjoni tal-għalliema Victor Debono u Carmen Deguara. Prosit tassew u grazzi lil kull min ta s-sehem tiegħu għal din l-okkażjoni memorabbli.

an l-istess intopp (jekk hux kongregazzjoni għall-missjonijiet ad gentes jew inkella għallemigranti Maltin) wassal lill-Qaddej ta’ Alla biex juri b’mod dejjem aktar ċar il-fehma tiegħu. Hekk kiteb lil Mons Pietru La Fontaine1 fit-30 ta’ Ġunju 1916: “Meta jien għidt ‘qabel kulħadd’, bl-ebda mod ma ridt nagħmel dik l-esklużjoni li fehmet is-Sagra Kongregazzjoni (tal-Evanġelizzazzjoni). Jalla jseħħ li dan l-Istitut ċkejken ta’ Malta jkollu l-ġieħ li jibgħat missjunarji qalb l-infidili, u fiddinja kollha kemm hi! Imma, kif l-Eċċellenza Tiegħek tifhem tajjeb, min-naħa tagħna nkunu qed nagħmluha ta’ prużuntużi żżejjed jekk biss nixxennqu għal dan. Barra minn hekk jien xtaqt li t-titlu tal-Ordinazzjoni jkun dak tal-missjoni (dan kien iż-żmien meta Ġwanni Vella kien beda joqrob biex jiġi ordnat suddjaknu u mbagħad bħala l-ewwel saċerdot tas-Soċjetà) sabiex, fil-moħħ u l-qalb talmembri żgħażagħ jien nonqox dejjem iżjed l-idea missjunarja. Inti, li taf xi ħaġa fuq Malta, tifhem tajjeb kemm il-Malti hu marbut ma’ art twelidu. Inti tifhem ukoll li l-idea tal-missjonijiet barranin, billi ma ssibx fejn taqbad, ikollha bżonn titrawwem”. Fr Tony Sciberras mssp Dan Mons La Fountaine kien Malta fl-1909 bhala Viżitatur Appostoliku (jissokta)

ĠURNATA STUDENTI • Trid tibqa’ tagħmel il-ġid għal dejjem? • Trid ikollok min jibqa’ jitlob għalik wara mewtek? • Trid ma tintesiex wara mewtek? Dan jista’ jseħħ billi twaqqaf FONDAZZJONI STUDENTI billi toffri €200, li bl-imgħax tagħhom inkunu nistgħu nżommu l-istudenti għal ġurnata. Dan jibqa’ jsir kull sena, għal ħamsa u għoxrin sena, fil-ġurnata li tagħżel int. L-istudenti joffru l-quddiesa li jisimgħu, it-talb u s-sagrifiċċji kollha ta’ matul il-ġurnata, għalik jew għal min trid int.

newspaper post

Aħna Lilkom • 4

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

“Dan hu jum storiku għall-MSSP.” D

an il-kliem qalu l-E.T. Mons Honesto Ongtioco DD, l-Isqof ta’ Cubao fl-omelija tiegħu flordinazzjoni taż-żewġ djakni tagħna, Bro. Alex Zammit mill-Mosta u Bro. Giovann Tabone minNadur Għawdex, li saret ġewwa l-Katidral ta’ Cubao, Manila. Dan huwa jum storiku għalina, għax din kienet l-ewwel ordinazzjoni li qatt saret fil-Filippini ta’ membri fl-MSSP. Rev. Alex u Giovann, wara li spiċċaw l-istudji tal-filosofija fl-Università ta’ Malta, għamlu sentejn maġisteru. Imbagħad fl-2014 marru l-Filippini fid-Dar tal-Formazzjoni Internazzjonali li s-Soċjetà għandha f’Manila. Għal dawn l-aħħar tliet snin segwew il-kors tat-teoloġija fil-fakultà tal-Università Ateneo De Manila, immexxija mill-Ġiżwiti. Għall-Ordinazzjoni kien hemm is-Superjur Ġenerali Fr. Mark Grima u l-Kunsill Ġenerali, Fr. Hector Attard, li hu s-Superjur Reġjonali u l-moderatur tal-istudenti, saċerdoti tagħna li qed jaħdmu f’din il-missjoni u l-istudenti mssp. Kienu preżenti wkoll xi għalliema tal-Università li jgħallmuhom it-Teoloġija. Ħaġa sabiħa wkoll kienet il-preżenza ta’ komunitajiet li dawn iż-żewġ studenti kienu jaħdmu magħhom fosthom miċ-Chaplaincy tal-Università PUP, ICPE, Imanuel Community, Fondacio, CFM, Ligaya u membri ta’ diversi kongregazzjonijiet reliġjużi. Xejn inqas il-lajċi li huma ħafna qrib tagħna u ħbieb tas-Soċjetà.

Bro. Alex Zammit, l-E.T. Mons. Honesto Ongtioco, u Bro. Giovann Tabone.

Wara l-ordinazzjoni kulħadd kien mistieden għal riċeviment li sar fil-Kurja ta Cubao, fejn kien hemm parti mill-orkestra tal-parroċċa ta’ Santa Katerina f’Bataan, immexxija minn Fr. Joe Cremona mssp, li kompliet tferraħ l-okkażjoni. Lil Fr. Alex u lil Fr. Giovann nixtiqulhom minn qalbna l-barka t’Alla, u jekk Alla jrid narawhom saċerdoti f’Malta s-sena d-dieħla. L-Editur

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Oħloq Tbissima (14 - 16 ta’ Lulju 2017)

X

’inhuma l-akbar bżonnijiet li għandu l-bniedem, hu min hu u jinsab fejn jinsab? Dawn huma l-ikel, ix-xorb, post fejn ipoġġi rasu biex jorqod u fejn jistkenn u x-xogħol biex imantni l-familja tiegħu. Imma mill-esperjenza tiegħi, għalkemm dawn huma kollha bżonnijiet, l-akbar bżonnijiet li għandu l-bniedem huma l-imħabba, il-gratitudni, ir-rispett, id-dinjità u l-ħbiberija. Mhux faċli li wieħed ikollu dawn kollha f’daqqa imma meta żżur il-missjonijiet tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, tintebaħ li l-patrijiet Maltin tal-MSSP qed jipprovaw ituhom dawn kollha. Hija ħaġa sabiħa ħafna u meraviljuża, li aħna l-Maltin qed ikollna sehem minn dan kollu. Qed ngħid hekk għax permezz tal-flus li inti tagħi waqt il-Maratona OĦLOQ TBISSIMA, tkun litteralment qed tagħti l-ikel, ix-xorb, il-kmamar fejn jistkennu u mħabba kbira lil nies verament fqar, sew jekk

Fr. Nilton f'Kuba

Fr. Carlos fil-Peru

Fr. Bernard fil-Pakistan

Fr. Joe fil-Filippini

Għalhekk aħna dejjem nisħqu mal-Maltin u l-Għawdxin biex kull sena jibqgħu jagħmlu l-kontribuzzjonijiet tagħhom biex nibqgħu ngħinu lit-tfal Maltin u lill-familji fqar fil-Peru, il-Pakistan u l-Filippini. Tista’ tagħti d-donazzjoni tiegħek minn issa billi ċċempel 5160 2004 għal donazzjoni ta’ €10, 51702007 għal donazzjoni ta’ €15 jew 51802009 għal donazzjoni ta’ €25. Tista’ wkoll tibgħat sms fuq 50618099 u tagħti kontribuzzjoni ta’ €4.66. Jekk trid tagħti aktar, ibgħat ċekk indirizzat lil OĦLOQ TBISSIMA, Dar Ta’ San Ġużepp, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera SVR1010 Fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja lilek li naf żgur li anke din is-sena ser tkun ġeneruż/a mal-patrijiet tasSoċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.

Marthese Brincat -????????????????

Fr. Kola fil-Peru

Fr. Giovann fil-Peru

huma anzjani, kbar, żgħażagħ jew tfal. Permezz tad-donazzjoni tiegħek, tkun qed tgħin nies li inti ma tafx fil-Peru, fil-Pakistan u anke fil-Filippini. Ilpatrijiet mssp dejjem għandhom bżonn il-finanzi biex ikomplu jgħinu lil dawn in-nies li huma tant iħobbu u jirrispettaw. Meta kont hemm fl-2015 ma’ 25 persuna oħra, irrealizzajt kemm dawn in-nies huma grati lejn il-patrijiet, kemm iħobbuhom huma wkoll għax jafu li huma telqu lill-familja tagħhom, u lil ħuthom il-patrijiet l-oħra, biex jgħinuhom. Huma grati ħafna għax li kieku dawn il-patrijiet Maltin ma jgħinuhomx, jibqgħu fqar f’kull sens tal-kelma. Kemm hi ħaġa sabiħa li nafu li bis-sehem anke jekk żgħir tagħna, qed nagħtu dinjità, ferħ u fuq kollox għajnuna materjali lin-nies, li għax inzertaw jgħixu f’pajjiżi fejn ma hemmx servizzi soċjali, fejn m’hemm xejn b’xejn, la mediċina jew sptarijiet u lanqas edukazzjoni, ilpatrijiet Maltin qed jgħinuhom biex jgħixu b’dinjità.

Il-missjoni tal-Peru s-sena d-dieħla tagħlaq 50 sena, jiġifieri 50 sena ta’ qadi, ta’ sfidi, ta’ sodisfazzjoni li qed jgħinu mill-aħjar li jistgħu lil ħafna u ħafna nies. Għalhekk inkomplu nagħmlu u naħdmu biex nagħmlu maratona li tkun okkażjoni ta’ ġbir ta’ fondi. Għalhekk intellgħu maratona ta’ livell għoli, biex min isegwiha fuq it-televiżjoni jew fid-Dar ta’ San Ġużepp, ikollu programm varjat u japprezza l-ħidma ta’ dawk kollha nvoluti, minn dawk li jippreparaw sal-parteċipanti kollha li jiġu u jagħtu s-sehem tagħhom mingħajr interessi. Nixtieq ngħid ukoll li l-fondi jmorru wkoll għattfal ta’ din id-dar fejn in-nies li jieħdu ħsiebhom, jagħtuhom imħabba u dak kollu li jkollhom bżonn. Huma tfal li għalkemm ma jistgħux jibqgħu jgħixu fil-familji tagħhom, hawnhekk isibu dak kollu li jeħtieġu.

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

newspaper post

Fr. Beto fil-Peru

Fr. Alex fil-Peru

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.