Ahna Lilkom July 2016

Page 1

Aħna Lilkom

NEWSPAPER POST No 45

Aħna Lilkom

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro Fr.Matin waqt id-diskors fl-okkazzjoni tal-Konsagrazjoni tal-Artal

Il-Konsagrazzjoni tal-Artal fl-Oratorju MSSP f’Birkirkara Il-konsagrazzjoni tal-altar fil-Kappella tal-Oratorju MSSP f’Birkirkara ġab fi tmiemu l-proċess ta’ tiġdid li sar f’din il-Kappella u li diġà ktibna fuqu f’ħarġa oħra tal-Aħna Lilkom. Il-konsagrazzjoni tmexxiet mill- Arċisqof ta’ Malta l-Eċċ. Tiegħu Mons Charles J. Scicluna, nhar it-28 ta’ Mejju 2016 u fil-preżenza tad- Direttur tal-Oratorju Fr. Martin Cilia mssp u s-Superjur Reġjonali Fr. Frankie Cini mssp, diversi membri fl-MSSP, il-Prepostu ta’ Birkirkara Mons Vinċent Cachia u ħafna lajċi li jattendu f’dan il-post. Fl-omelija l-Arċisqof tenna li, “aħna u nikkonsagraw l-artal illum, nikkonsagraw ukoll lilna nfusna u nġeddu l-wegħdiet tal-magħmudija…aħna u nikkonsagraw dan l-artal magħmul mill-materja li tagħtina n-natura u mill-inġenju tal-bniedem, qegħdin ukoll inġeddu l-konsagrazzjoni tad-dinja lill-Mulej. Qegħdin nikkonsagraw il-laqgħat tagħna għax kif turi b’mod sabiħ l-arkitettura rinovata ta’ din il-knisja, aħna ninġabru madwar l-artal….. minn hemmhekk aħna nieħdu l-ikel li jmantnina fil-pellegrinaġġ tagħna, għax għandna bżonnu minħabba d-dgħufija tagħna. F’ġest simboliku qawwi wara l-omelija, l-Arċisqof dilek biż-żejt imqaddes kull rokna ta’ wiċċ l-altar bħala att ta’ konsagrazzjoni biex l-altar ikun il-post ċentrali fejn il-komunità tiltaqa’ mal-Mulej fl-Ewkaristija. Wara l-quddiesa l-Arċisqof qagħad għal ftit ħin mal-komunità fejn ġie spjegat lilu fil-qosor il-ħidma pastorali li ssir minn dan il-post.

Xi tfisser tkun missjunarju? No.1 Il-missjoni skont Mons. De Piro għandha l-bidu tagħha fil-qalb ta’ Alla. Li tkun missjunarju titlob attitudni ta’ fidi miftuħa għall-ġdid u għall-misteru ta’ Alla. ‘Il barra minn din il-mixja nisranija, il-missjoni titlef il-valur tagħha. Minn dan joħroġ ċar li l-ispiritwalita’ ta’ De Piro mhix mibnija fuq l-azzjoni bħal tagħlim, prietki, tmexxija ta parroċċi, formazzjoni ta’ komunitajiet u s-safar f’artijiet imbiegħda, biex titħabbar il-bxara t-tajba. Imma I-qofol talmissjoni hi li tgħin lin-nies jagħrfu l-imħabba t’Alla, li hu nnifsu rċieva u esperjenza. Hu dejjem emmen li l-missjoni trid dejjem twassal għallpreżenza ta’ Kristu. Hu għex l-ispiritwalità tiegħu fis-sempliċità u fl-ordinarju bla ebda pretensjonijiet. Il-fiduċja li kellu f’Alla wasslitu biex isib lil Alla fil-ħwejjeġ żgħar ta’ matul il-jum. Huwa ra l-vokazzjoni tiegħu bħal ħmira li ttella’ l-għaġna. B’ħajtu wera kif l-istqarrija vera tal-evanġelju trid tkun dejjem immarkata b’attitudni ta’ umilta’ u servizz. Ilmissjoni għalih kienet t’Alla u mhux tiegħu. Kif jgħid hu stess, “Alla li fih poġġejt il-fiduċja tiegħi, ried jużani biex nibda din is-Soċjetà.” Il-konvinzjoni tiegħu kienet li l-veru fundatur kien l-Ispirtu s-Santu u li qabel kull xandir talmessaġġ, irid ikun hemm esperjenza tal-Ispirtu. Din ir-realtà tiġbor fiha l-ħajja u l-qdusija talmixja spiritwali tiegħu.

Borża ta’ Studju Sentejn oħra Brs. Alex u Giovann isiru saċerdoti. Għall-grazzja t’Alla għandna studenti oħrajn fil-formazzjoni, kif hemm fir-ritratt. Tixtieq tgħin wieħed minnhom isir saċerdot? Waqqaf Borża ta’ Studju billi toffri €600 darba biss. Ċempel 79265968 għal aktar tagħrif. newspaper post Aħna Lilkom • 4

Lulju/Awwissu 2016 / Għadd 515

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Il-Professjoni Perpetwa ta’ Br. Giovann Tabone u Br. Alex Zammit Nhar id-19 ta’ Ġunju 2016, fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina, Br. Giovann Tabone min-Nadur, Għawdex, u Br. Alexander Zammit mill-Mosta, għamlu l-Professjoni Perpetwa tagħhom fi ħdan is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Il-Professjoni Perpetwa hija l-mument fejn il-membri MSSP jieħdu l-voti reliġjużi tagħhom għal ħajjithom kollha. Fis-snin ta’ qabel, Brs. Alex u Giovann kienu professi b’mod temporanju, waqt li bil-Professjoni Perpetwa wegħdu li josservaw il-voti tal-faqar, kastità, u ubbidjenza u servizz fil-missjoni għal ħajjithom kollha. Din il-professjoni saret waqt konċelebrazzjoni solenni mmexxija mis-Superjur Ġenerali tas-Soċjetà, Fr. Mark Grima mssp u l-membri tas-Soċjetà, membri tal-kleru u fil-preżenza tal-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech. Fl-omelija tiegħu, Fr. Frankie Ċini, Superjur Reġjonali, stieden lil dawn il-membri ġodda biex jaraw fil-voti reliġjużi mhux rabta, imma ċavetta għall-ħelsien veru tagħhom biex isiru xhieda tal-imħabba ta’ Alla. Fil-professjoni, wara l-kant tal-litanija tal-qaddisin, il-qofol intlaħaq meta ż-żewġ Brothers qraw il-formola tal-professjoni miktuba b’idejhom f’idejn is-Superjur Ġenerali tas-Soċjetà. Wara huma ngħataw kurċifiss li jissimbolizza l-qawwa ta’ Kristu mislub fil-missjoni tagħhom bħala membri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.

Brs. Alex u Giovann b’hekk isiru membri sħaħ tas-Soċjetà. It-tnejn li huma għadhom għaddejjin ukoll bil-proċess formattiv li jwassal għallordinazzjoni saċerdotali. Dawn l-aħħar sentejn kienu l-Filippini jistudjaw it-teoloġija fl-Atheneo ta’ Manila, waqt li jgħixu fil-komunità internazzjonali li s-Soċjetà għandha f’dan il-pajjiż. Bħala parti minn din l-esperjenza kellhom ukoll esperjenzi pastorali mal-foqra fil-parroċċa tagħna f’Bataan, `il barra minn Manila, u anke permezz tal-Edukazzjoni Klinikali Pastorali li ssir fl-isptarijiet. Fil-Filippini huma mmexxija minn Fr. Hector Attard mssp, li kien Malta wkoll għal dan ilmument sabiħ fil-ħajja taż-żewġ żgħażagħ. Fr. Hector Attard, Moderatur tal-istudenti

Waqt ltanija tall- Qaddisin

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Aħna Lilkom

Bro. Dominic Borg mssp

M

ons. Ġużeppi De Piro, il-fundatur tagħna, ried li l-Kongregazzjoni tiegħu tkun magħmula minn saċerdoti u katekisti. Meta ġie biex jikteb dwar il-kontribut ta’ dawn tal-aħħar, De Piro kiteb li: “… id-doveri normali tagħhom … jikkonsistu fis-sehem materjali tas-Soċjetà”. Madankollu l-fundatur isemmi wkoll “ ... ix-xogħol l-aktar nobbli tagħhom ...” Fl-istess paragrafu l-Qaddej ta’ Alla żied li: “… jiddedikaw ħin għat-tagħlim tar-reliġjon u mpenji simili …” Fil-fatt wieħed mir-rekwiżiti għad-dħul ta’ dawn il-membri kien: “… il-kapaċità li jgħallmu d-duttrina …”

Sa mill-bidu nett il-Fundatur ried ukoll li anke l-katekisti ma jibqgħux jagħtu s-servizz tagħhom f’Malta biss, iżda wkoll ikunu ta’ servizz fil-Missjoni. Hekk naraw li l-ewwel missjunarju li ġie mibgħut filmissjoni fl-Afrika kien Br. Ġużepp Caruana. Matul is-snin kienu diversi li ħaddnu l-MSSP bħala brothers u taw il-kontribut tagħhom fid-djar tas-Soċjetà f’Malta, Għawdex u fid-diversi pajjiżi fejn is-soċjetà għandha l-missjonijiet tagħha. Wieħed minn dawn hu Dominic Borg, mirRabat. Huwa ngħaqad mas-Soċjetà Missjunarja tagħna fis-sena 1975. Wara ftit li għamel il-professjoni Perpetwa, u ta l-kontribut tiegħu f’Malta, messitu x-xorti li jmur fil-Missjoni li s-Soċjetà għandha fil-Pakistan. Dan kien fl-1997. L-ewwel missjoni li ġiet assenjata lilu kienet f’ Karaċi, imbagħad f’Faisalabad. Hawn kien responsabbli għal dak kollu li jkun hemm bżonn fl-iskola u l-ħostel, li aħna nsejħulu ‘Istitut’, għattfal abbandunati u orfni jew li ġejjin minn familji b’diffikultà. Minn hawn mar fil-belt ta’ Lahore. Peress li diġà kellu esperjenza mhux ħażin għal dak li jkollha bżonn skola,tawh f’idejh it-tliet skejjel li kellha l-parroċċa. F’dawn l-iskejjel kien hemm

Bro. Dominic jipprepara għall-quddiesa

Bro. Dominic janima l-quddiesa ta’ kuljum

numru tassew kbir, 800 tifel u tifla. Huwa ried jieħu ħsieb il-manutenzjoni u l-ħlasijiet ta’ pagi u kontijiet tad-dawl u l-ilma. Filgħaxija ma kienx joqgħod bi kwietu, għax kien imidd idejh fejn meħtieġ fixxogħol tal-parroċċa. Kien imexxi servizzi bibliċi fl-irħula u jżur il-familji. Bħal kull ħaġa oħra kellu mumenti sbieħ fejn apprezza l-ospitalità tan-nies li ħadem magħhom, imma kien hemm ukoll mumenti diffiċli. Iżda kif jgħid hu, bit-talb u b’ħafna għajnuna minn sħabu rnexxielu jirbaħ ukoll dawn l-waqtiet diffiċli li ltaqa’ magħhom.

Is-Sur G.Farrugia u l-Bro. Dominic waqt ir-restawr tal-pittura

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Il-Knisja ta’ Sant’Agata

L-artal tal-knisja

Is-Superjuri xtaquh jiġi Malta u għalhekk fi Frar ta’ 2007 ġie fid-Dar tagħna ta’ Sant’Agata. Il-missjoni tiegħu issa ħadet żvolta oħra. F’Malta sar responsabbli mill-kumpless storiku li hemm mad-Dar, iġifieri l-knisja ta’ Sant’Agata, il-kripta, ilkatakombi u l-mużew. Dan il-ministeru jlaqqgħu mat-turisti. Hu jgħid, “Jien mhux gwida biss inkun dak il-ħin, imma dejjem nipprova nwassal il-messaġġ ta’ Kristu permezz tas-simboli li aħna għandna fil-katakombi li jmorru lura lejn ir-raba’ seklu.”

Għall-grazzja t’Alla f’dan il-kumpless hemm ħafna x’wieħed japprezza. Għalhekk ta’ min wieħed iżuru. Inħeġġiġkom tkomplu titolbu għall-membri kollha tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, speċjalment għall-katekisti, issa li n-numru naqas sew, ħalli l-Mulej jibgħat aktar ħaddiema fl-għalqa tiegħu u hekk ix-xewqa tal-Fundatur tagħna Mons. Ġużeppi De Piro titkompla.

L-artal laterali fill- Kripta tall- Katakombi

L-Editur

Waħda mill pitturi li hemm fill -katajombi

newspaper post Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.