Ahna Lilkom - Lulju/Awwissu 2015

Page 1

Aħna Lilkom

NEWSPAPER No 35

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Jum il-premjazzjoni fil-Kulleġġ tagħna L-appuntament annwali ta’ Jum il-Premjazzjoni huwa dejjem mument sabiħ u speċjali għall-parti Sekondarja tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl. L-avveniment joffrilna okkażjoni tajba sabiex niċċelebraw is-suċċessi akkademiċi u artistiċi talistudenti, filwaqt li nilqgħu fostna, għal darb’oħra matul is-sena, lill-ġenituri u diversi mistednin distinti. Ma’ din l-okkażjoni ngħaqqdu wkoll l-attività talMilied, li matulha kull student jirċievi għarfien talħidma tiegħu. Apparti l-kant tal-istudenti tal-ewwel sena, iddiskorsi tal-istudenti, tar-rettur, ġenituri tal-PTA u l-għoti tal-premjijiet, il-qofol tas-serata kien musical intitolat Bully. Permezz tad-drama, djalogi u kant, l-istudenti rrakkuntaw ġrajja ta’ diversi żgħażagħ li sfaw vittma ta’ oħrajn, u x’għamlu biex setgħu jirbħu din is-sitwazzjoni. Prosit kbira lill-istudenti kollha, speċjalment dawk l-aktar involuti, kif ukoll lill-għalliema u ġenituri, għal serata organizzata tajjeb u li tat gost lil kulħadd.

Wieħed raġel li joqgħod l-Imġarr qalli,

“Father, jien, marti u wliedi, warrabna ftit ewro fix-xahar biex għamilna Borża ta’ Studju ta’ €600. Hekk poġġejna l-flus fejn is-susa ma tgerrimx, fejn il-ħallelin ma jidħlux jisirqu, u fejn is-sadid ma jherrix.” Nissuġġerilek li tagħmel bħalhom u jkollok flusek fiż-żgur.

newspaper post

Il-grotta ta’ Betlehem L-imħabba li kellu l-Fundatur lejn il-misteru talinkarnazzjoni toħroġ ċara aktar minn darba fil-kitbiet tiegħu.

POST

Lulju-Awwissu 2015 / Għadd 504

Aħna Lilkom

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

L

-istalla ta’ Betlehem kienet għalih ikona jew tieqa li twasslu għal realtajiet akbar. Kienet immaġni li permezz tagħha kien jimraħ fl-ispiritwalità u jikber aktar fil-fidi. Infatti meta ġie biex jiftaħ u jbierek l-ewwel dar tasSoċjetà fl-Imdina, fid-diskors tiegħu lill-Arċisqof Mauro Caruana, fost l-oħrajn qallu, “Inħossuna nistħu minnek Eċċellenza, aħna u nippreżentawlek dan il-bidu umli u fqir; imma meta niftakru fil-misteru ta’ Betlehem, nimtlew bil-kuraġġ” Il-Kardinal Piero La Fontaine, meta sema’ t-tixbiha li għamel il-Fundatur tal-ewwel Dar mal-Grotta ta’ Betlehem, tant impressjona ruħu li kitiblu hekk, “Alla għad ibierkek u aktar, għaliex int qabbilt il-bidu taxxogħol tiegħek mal-bidu Tiegħu fid-dinja. Betlehem issaħħrek. Hija ħaġa impossibbli li d-dar umli ta San Pawl ma tikbirx. Min jaf, forsi għad tiġi l-ħarba lejn l-Eġittu, jew timxi lejn il-kalvarju. Imma f’dawn iċċirkustanzi, hija ħaġa ċara li l-id t’Alla u l-fidi għad jagħtu l-frott.” Il-misteru tal-inkarnazzjoni, kif diġà rajna, kien ċentrali għalih biex jifhem dejjem aktar kif trid tkun l-ispiritwalità missjunarja: u d-diżappunti u -telfiet kienu għalih sinjal li kien miexi fit-triq it-tajba, li qed jimxi fuq il-passi tal-Mulej. Dan it-tagħrif insibuh fi-ktieb Found among Sinners miktub minn Fr Martin Cilia mssp

Aħna Lilkom • 4

It-triq mhix faċli

I

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com

l-ħidma missjunarja hija l-espressjoni ħajja tal-imħabba talMulej lejna. Dan hu tassew veru għaliex ħassejtu matul is-snin li għamilt ġewwa l-missjoni. Bħal kull vjaġġ, it-triq mhix waħda faċli, mhix dejjem lixxa. Meta jien wasalt il-Filippini kollox kien ġdid għalija: il-lingwa, id-drawwiet, il-kultura... Madankollu emmint li dan kien il-pjan li Alla kellu għalija. Ħassejt ferħ ġewwieni li Hu tani s-sejħa missjunarja. Meta taqsam ħajtek mal-batut u mal-abbandunati mis-soċjetà, titnissel fik xi ħaġa li diffiċli tispjegaha. Hi ħaġa li l-Mulej biss jaf jagħtina. Ġewwa Metro Manila, belt b`popolazzjoni ta’ 20 miljun persuna, li kważi nofshom jgħixu f`faqar kbir, tara ħafna kontradizzjonijiet. Teżisti l-korruzzjoni u l-inġustizzja. Tara lukandi lussużi u skysrcrapers iżda wkoll eluf ta’ tfal jorqdu fit-toroq u fis-slums. Tiltaqa’ ma’ sptarijiet mill-aqwa iżda wkoll nies morda li qed imutu għaliex m`għandhomx mediċini. Dan hu l-akbar dnub ta’ żmienna. Din hija repetizzjoni moderna tal-parabbola li nsibu fl-Evanġelju dwar is-sinjur u Lazzru l-fqir. Flok timxi fuq il-passi ta’ Kristu, timxi skont dak li jaqbel lilek. Kemm drabi ltqajt ma’ nies jibku speċjalment wara xi ġrajja iebsa jew diżastri naturali bħal terremoti jew uragani. Quddiem sitwazzjonijiet bħal dawn, il-kliem ma jfisser xejn. Meta huma jibku, jien nibki magħhom. Dawn kienu wħud mill-mumenti qawwija li għaddejt minnhom. Però n-nies Filippini tawni lezzjoni għax anke meta jitilfu kollox, u jaraw kollox jaqa’, huma jemmnu fil-qawwa tat-talb. Kif qaltli waħda mara, “it-talb tagħna hu aktar qawwi mill-katastrofi li ngħaddu minnhom.” Huma nies li jħarsu ‘l quddiem b`kuraġġ u fiduċja. Huma dejjem lesti biex jibdew mill-ġdid. Nagħlaq billi nagħmel appell: komplu itolbu għall-missjonijiet. Ftakru f’dak li qalilna Ġesù stess: “Dak li tagħmlu mal-iżgħar fost ħuti, tagħmluh lili.” Żagħżugħ, hemm ħafna nies jistennew l-għajnuna tiegħek. Tgħidx le! Fr. Lonnie Borg mssp Fr. Lonnie Borg, wara sbatax-il sena fil-Filippini, ġie lura Malta biex jipprepara għal missjoni oħra tas-Soċjetà Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Niltaqgħu mas-saċerdoti ġubilari - 2

Aħna Lilkom

Attivitajiet fid-Dar Stella Maris

Fr Emmanuel Adami mssp

F

r. Emmanuel hu mill-Birgu. Huwa s-sitt wild minn familja ta’ tmint itfal. Mid-dar huwa rċieva formazzjoni nisranija soda, flimkien ma’ karattru edukat u ġentili. Dawn huma karatteristiċi li żamm u li malajr tintebaħ bihom. L-edukazzjoni primarja bdiha f’Ħal-Balzan, fejn il-familja kellha tevakwa ruħha minħabba l-gwerra. Imbagħad kompla l-edukazzjoni tiegħu l-Birgu, u wkoll fil-Kulleġġ ta’ De La Salle. L-edukazzjoni sekondarja ħadha fis-Seminarju. Sadanittant huwa kien abbati fil-Knisja ta’ San Lawrenz, u membru attiv fil-Mużew fejn dam sa Ottubru tal-1957, meta beda n-novizzjat f’Sant’Agata. Il-kors tal-filosofija u t-teoloġija għamilhom flUniversità ta’ Malta, u fit-3 ta’ April ta’ ħamsin sena ilu, ġie ordnat saċerdot.

Wara l-ordinazzjoni, għamel sentejn bħala “House Father” fid-Dar ta’ San Ġużepp, Santa Venera u qatta’ sentejn oħra fl-Oratorju ta’ B’Kara. Il-ħajja pastorali barra minn Malta kienet varjata ħafna. Beda fl-Awstralja, fejn ħadem f’Melbourne, Perth, u Sydney, fejn kien kappillan tal-parroċċa ta’ Horsly Park. Mill-Awstralja fl-1977, ġie mitlub imur il-Perù. Hemm għamel 10 snin f’diversi djar tas-Soċjetà. Minn hemm irritorna l-Awstralja fejn issa ilu 23 sena sħaħ. Bħall-Fathers Maltin l-oħra, huwa Chaplain talMaltin, imma jeżerċita wkoll il-ministeru saċerdotali tiegħu mal-komunità Taljana. Huwa jitkellem ukoll l-Ispanjol. Fr. Emmanuel iħobb jikteb materjal reliġjuż, u anke stampa xi kitbiet minn tiegħu dwar il-Madonna u l-Ewkaristija. Għalkemm kif għidna, issa ilu 23 sena l-Awstralja, minn żmien għal żmien imur għal xi xhur il-Perù, il-pajjiż li tant ħabb. Kif jgħid hu stess, għadda minn ħafna provi kbar imma dejjem ħass l-id t’Alla miegħu.

Festa tal-Madonna “Stella Maris”

Fil-kappella tagħna għandna pittura ta’ Marija Kewkba tal-Baħar. Huwa għalhekk li d-Dar talIrtiri jisimha “Stella Maris”. Kull sena nagħmlu festa żgħira li dis-sena ħabtet fis-16 ta’ Mejju. Dakinhar saret quddiesa konċelebrata, li għaliha ġie wkoll l-Arċipriet taż-Żebbuġ u dawk kollha li jiġu kuljum għall-quddiesa ta’ filgħaxija. Fl-aħħar sar riċeviment żgħir.

Attività għat-tfal tal-Preċett

Il-preċett fil-parroċċa huwa dejjem attività sabiħa. Il-membri tagħna mill-bidunett li nfetħet id-Dar dejjem taw sehemhom għal din l-okkażjoni, billi jgħallmu l-katekiżmu liċ-ċkejknin. Għalhekk fid-9 ta’ Ġunju stedinna lit-tfal talPreċett u lill-ġenituri tagħhom għal quddiesa u festin żgħir fid-Dar tagħna. Meta spiċċa kollox, it-tfal marru d-dar b’tifkira żgħira f’idejhom.

Relikwa tal-Papa San Ġwann Pawlu II Fr. Victor Livori mssp, li huwa direttur nazzjonali tal-Opri Missjunarji Pontifiċji fil-Perù, fl-20 ta’ Mejju ġie Għawdex u ġabilna miegħu fid-Dar tagħna relikwa tal-Papa qaddis San Ġwann Pawlu II, mibgħuta lilu mill-Kardinal ta’ Krakovja, Stanislaw Dziwisz, li kien is-segretarju tal-Papa għal 40 sena. Ir-relikwa hi kampjun taddemm ta’ dan il-Papa qaddis. Ir-relikwa nżammet fil-kappella, fejn wara li ċċelebrajna quddiesa, baqgħet hemm għall-qima ta’ dawk li jiffrekwentaw Dar Stella Maris. Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

newspaper post

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.