Lulju/Awwissu 2014 / G˙add 493
NEWS PAPER POST
Óolqa Bejn il-Óbieb
No 26
AĦna lilkom
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
Ħolqa Bejn il-Ħbieb
Jaħdem għall-ġustizzja Mons. De Piro kien ifittex li jeżerċita s-solidarjetà malfqir f’kull okkażjoni. Infatti meta ntgħażel rappreżentant tal-Kleru fl-Assemblea Nazzjonali qatt ma qagħad lura biex dejjem issir ġustizzja, speċjalment mal-fqir. Veru li ma nsibux li tkellem ħafna drabi, imma nistgħu nsemmu xi eżempji. Dwar l-edukazzjoni qal: “Fl-iskejjel mhux biss kultura intelletwali hemm bżonn, imma fuq kollox eżerċizzju tajjeb tal-qalb.” Dan qalu għax għalih, “il-qalb tal-bniedem hija magħmula għal Alla. Allura l-għatx primarju tal-qalb umana hu li jimxi lejn Alla. Biex jersaq aktar qribu. Biex jingħaqad miegħu. Il-qalb tal-bniedem issib il-ħajja, il-paċi u l-kuntentizza f’Alla biss”. Hekk qal f’waħda mill-prietki tiegħu. Meta fis-Senat kienet qiegħda tiġi diskussa l-iskema tas-saħħa fl-isptar hu qal: “Flisptar il-marid m’għandux bżonn biss tal-kura materjali
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Il-membri tal-Assemblea Nazzjonali, miġbura fil-Villa De Piro Gourgion, Ħal-Lija, fi tmiem il-laqgħat tagħhom
biex isserħu mill-mard, imma wkoll tħeġġiġa fil-ħajja spiritwali”. Kull darba li ħass li għandu jitkellem favur ilġustizzja, qatt ma qagħad lura. Avolja kien jaf li anki fost il-kleru kien ikun hemm min joqgħod lura, minħabba l-kwistjoni politika-soċjali ta’ żmienu. Imma hu qatt ma beża’ għax darba qal: “...jekk niżel fuqek l-Ispirtu s-Santu, inti għandek tistqarr bil-kuraġġ il-fidi tiegħek fi Kristu. Ma għandekx tagħti kas u toqgħod lura minħabba l-opinjoni pubblika. La int tistqarr ilKmandamenti, m’għandekx tistħi tgħid hekk “ Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb, “Found among Sinners” miktub minn Fr Martin Cilia mssp
Borża ta’ Studju
Nemmen li wara li spiċċajt taqra l-ewwel faċċata ta’ dan il-fuljett, f’qalbek għidt: x-xorti għandhom ilġenituri ta’ dawn is-seba’ djakli li saru saċerdoti! Imma jien ngħidlek ukoll x-xorti għandhom u kemm kienu ferħana dawk il-benefatturi li għenuhom jaslu sa hawn. Tixtieq ikollok sehem f’wieħed mill-missjunari tagħna, u hekk tkun tista’ tgħid li jkollok sehem minnu, kif għamlu l-benefatturi ta’ Fr. Clinton? Dan tista tagħmlu billi twaqqaf Borża ta Studju, b’offerta ta’ darba ta’ €600. Tista’ tagħtiha f’daqqa jew ftit ftit, inkella tħalliha fit-testment tiegħek. Ċempel lil Fr. Norbert Bonavia, fuq 7926 5968 biex nagħtuk aktar tagħrif.
Vera kien hemm sabiħ! Ma nafx jekk kellekx l-okkażjoni li tkun preżenti jew tal-anqas tara l-aħbarijiet tal-ordinazzjoni presbiterali li saret nhar l-1 ta Lulju li għadda fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Il-presbiterju kien fih għaxqa! Barra l-Arċisqof Pawl Cremona O.P., li ordna lil dawn is-seba’ djakni, u żewġ isqfijiet oħra, Mons. Charles Scicluna, Vigarju Ġenerali, u Mons. Manuel Barbara, OFM Cap, kien hemm numru sabiħ ta’ saċerdoti. Fil-korsija, imbagħad, maż-żewġ naħat, kien hemm numru kbir ta’ saċerdoti oħra li kkonċelebraw. M’għandniex xi ngħidu, il-korsija u l-kappelluni kienu mimlija bin-nies. Dan kien rigal t’Alla lill-Knisja, u b’mod partikulari lill-Knisja f’Malta. Fost it-talb sabiħ li qalilhom Mons. Arċisqof, laqtuni tnejn. Waħda talabha meta kien qed jidilkilhom idejhom biż-żejt tal-Griżma: “Il-Mulej Ġesù Kristu, li l-Missier dilku bl-Ispirtu s-Santu u l-qawwa, iħarsek ħa tqaddes il-poplu nisrani u toffri s-sagrifiċċju lil Alla”. L-oħra waqt li tahom l-offerta f’idejhom: “Ilqa’ l-offerta tal-poplu qaddis li ser issir lil Alla. Ifhem sewwa dak li se tagħmel, fassal ħajtek fuq dak li se jkollok f’idejk, agħmel li ħajtek tkun tixbaħ il-misteru tas-salib ta’ Kristu”. Wieħed minn dawn is-seba’ żgħażagħ, li ġew ordnati, kien Fr. Clinton Farrugia tas-Soċjetà tagħna. Wara perjodu twil ta’ formazzjoni li beda bis-sena tan-novizzjat f’Dar Davos, f’Sant’Agata, ir-Rabat, Fr. Clinton attenda għal kors tal-B.A. fil-filosofija fl-Università ta’ Malta. Fis-Soċjetà tagħna, bħala parti mill-formazzjoni pastorali, l-istudenti tagħna jieqfu għal xi żmien mill-istudju akkademiku biex
jagħmlu esperjenza missjunarja. Fil-fatt Fr. Clinton, barra li qatta’ xi żmien hawn Malta jgħin fiċ–Ċentru Animazzjoni Missjunarja, mar ukoll fil-missjoni tagħna fil-Perù. Wara kien imiss li jkompli l-istudju li jwassluh għas-saċerdozju. Dan huwa għamlu fil-Filippini fejn hemm għandna d-Dar ta’ Formazzjoni Internazzjonali, u għal tliet snin attenda l-Loyola School of Theology. Lura Malta huwa ġie ordnat Djaknu fit-28 ta’ April tas-sena l-oħra. Biex ikompli l-formazzjoni pastorali mar l-Irlanda fejn segwa M.A. in Leadership and Pastoral Care, f’All Hallows College. Veru li l-kors huwa twil, imma Fr. Clinton dejjem kien akkumpanjat bit-talb u l-għajnuna ta’ diversi benefatturi. L-Editur
Fr Clinton iqaddes l-ewwel quddiesa
4 Aħna Lilkom
f’Loratorju
Newspaper post
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Óolqa Bejn il-Óbieb
Jiktbilna Fr. Alex Busuttil mssp mill-Perù Fr. Alex Busuttil hu minn Bormla. Studja fl-iskola sekondarja tal-Kulleġġ Missjunarju tagħna tar-Rabat, u spiċċa l-istudji tiegħu fil-filosofija u t-teoloġija fl-INSERM. Ordna saċerdot tletin sena ilu. Wara ftit huwa ġie mibgħut il-missjoni tagħna fil-Pakistan u issa ilu għal żmien sew fil-missjoni tagħna fil-Perù. Fil-Knisja Kattolika, id-29 ta’ Ġunju hija festa ta’ żewġ qaddisin kbar. Hija l-festa li fiha niċċelebraw it-twaqqif tal-Knisja u t-tixrid tal-messaġġ tal-Bxara t-Tajba lid-dinja kollha. Imma din is-sena f’din id-data ħabat ukoll ittletin anniversarju mill-ordinazzjoni presbiterali tiegħi, persuna li hu ‘l bogħod mill-qdusija ta’ dawn iż-żewġ kolonni tal-Knisja. Tul dawn it-tletin sena kemm-il darba ġejt mistoqsi kif ġietni din is-sejħa. Għalkemm ma niftakarx data partikulari, imma naf li l-bidu ta’ dan kollu nafu lillġenituri tiegħi. Il-ġenituri tiegħi llum il-ġurnata t-tnejn huma malMulej. Imma għadni nisma’ jidwi l-kliem ta’ missieri, jipprotesta m’Alla, għaliex jippermetti l-inġustizzji, il-ġuħ, il-ġwerer, eċċ. Lil missieri nafu dejjem jara x’jista’ jagħmel ħalli jiddefendi lill-fqar u lil dawk li jarahom ibatu. Ħajtu kienet iddedikata għall-familja u dan b’sagrifiċċji kbar, biex irabbina, jitmagħna u jedukana. Kont narah jagħmel dik ix-xi ħaġa aktar biex ilaħħaq mal-ispejjeż. Għadni narah jibki, mgħannaq m’ommi, għax minkejja s-sagrifiċċji kollha ma kinux qed ilaħħqu mal-ħajja. Ommi kienet wara missieri f’kollox għax
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
nista’ ngħid li kienet tagħmel il-mirakli biex titmagħna, tlibbisna, tara li nkunu f’saħħitna u fuq kollox nitrabbew f’ambjent ferħan. Il-fidi li kellha ommi kienet sempliċi u bla kompromessi. Għaliha Alla kien dejjem ġust, minkejja dak li kien jgħid missieri. Missieri kien kapaċi jikkonvinċi lil ommi f’kollox barra f’din il-ħaġa. Alla, għal ommi, hu dejjem ġust u m’hemmx x’tiddiskuti. Nemmen li dan l-ambjent li tlajt fih, il-fidi inkondizzjonata ta’ ommi u s-sagrifiċċji u s-sens ta’ ġustizzja li rajt f’missieri, kienu għalija l-għeruq minn fejn nibtet il-vokazzjoni missjunarja tiegħi. Nirringrazzja ‘l Alla li tlajt f’dan l-ambjent ta’ familja fqira, għax il-faqar tista’ tifhmu xi ftit meta tkun esperjenzajtu. Kull darba li jiġu quddiemi dawn in-nies li naħdem magħhom, malajr jiġuni quddiem għajnejja dawk ilmumenti fejn jien stess batejt il-faqar. Allura magħhom
nista’ nħoss dik it-tbatija li jkunu għaddejjin minnha. Emmnuni, dak il-ħin inħoss għafsa ta’ qalb għalihom. Din hija l-istess kompassjoni li ħass Ġesù biex jitma’ lil minn kien bil-ġuħ, ifejjaq il-morda u jerfa’ lill-batut. Hawn nerġa’ niftakar x’għallimni missieri li, fil-faqar li kellna, kien jara kif jista’ jgħin lil ħaddieħor. Illum jien ninsab hawn, f’Alto Cayma, fejn barra l-attivitajiet tal-parroċċa, qed nieħu ħsieb ta’ istitut tattfal. Ma’ dawn irrid ngħix il-vera solidarjetà. Nipprova nkun Pietru ieħor biex titwaqqaf il-Knisja, u Pawlu ieħor biex inħawwilha, imsoqqija dejjem bil-Kelma t’Alla, f’ambjent li ma tantx hu faċli. Għal darb’oħra nixtieq ngħid grazzi lil kull min b’mod jew ieħor isostnina f’din il-missjoni li fdalna l-Mulej ħalli flimkien, nagħtu kelma ta’ tama lil dawn li ma għandhom xejn, u kuraġġ biex iħarsu ‘l quddiem. Għalhekk żommuna dejjem fit-talb tagħkom, u fejn tistgħu irrikmandawna, ħalli intom ikollkom parti f’dan il-ġid kollu li qed nippruvaw nagħmlu.
3 Aħna Lilkom