Ahna Lilkom Marzu 2014

Page 1

NEWS PAPER POST

Marzu 2014 / G˙add 489 Óolqa Bejn il-Óbieb

No 22

AÓna lilkom

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Óolqa Bejn il-Óbieb

Solidarjetà ma’ kulħadd Irtir annwali għall-missjunarji fil-Perù Bejn it-13 u s-17 ta’ Jannar li għadda, il-membri tagħna fil-Perù kellhom l-irtir annwali li jsir kull sena f’dan iż-żmien, bħala parti mill-bidu ta’ sena ġdida. Din is-sena l-mistieden speċjali biex imexxi l-irtir kien Fr. Martin Cilia mssp. Kien ta’ ferħ għalihom li wieħed minn sħabhom kien qed jagħtihom l-irtir. Fr. Martin għamel enfasi kbira fuq il-bżonn ta’ ħajja spiritwali li tiġi mir-riflessjoni, talb u għaqda malMulej. It-tliet figuri li fuqhom bena l-ħsibijiet tiegħu kienu: Ġesù Kristu, San Pawl u l-Fundatur tagħna Ġużeppi De Piro. Fuqhom bena kif għandha tkun il-ħajja komunitarja u reliġjuża f’dik ministerjali u missjunarja li huma l-qofol tal-ħajja ta’ kull saċerdot li qed jaħdem fil-missjoni. Il-membri kollha ħarġu kuntenti u mimlija entużjażmu fil-ħajja spiritwali tagħhom, filwaqt li rringrazzjaw ħafna lil Fr. Martin.

FONDAZZJONI LIBRERIJA

Inagħqad mal-fundaturi tal-Librerija tagħna, billi tagħti offerta ta’ darba ta’ €200, sabiex bl-imgħax tagħha nixtru kotba ġodda. Il-kotba huma għodda meħtieġa għall-missjunarji

“Il-kristjaneżmu, qabel ma hu mod ta’ ħsieb, hu qabel kollox mod ta’ ħajja...meta aħna nibdew ngħixu l-vera ħajja nisranija, naslu biex nifhmu l-messaġġ veru ta’ din il-ħajja.”

(Thomas Merton) Għalkemm De Piro ma qarax dan il-kliem imma hu kien diġà għexu. Għax il-Fundatur għex f’dinja fejn il-faqar kien jarah madwaru. Għalhekk ma setax joqgħod bi kwietu u ma jagħtix il-kontribut tiegħu lil dawk l-aktar batuti. Ġesù kien dak li xprunah biex juri s-solidarjetà tiegħu ma’ kulħadd. F’Ġesù hu ra l-missjunarju li feda lin-nies billi għex magħhom u wrihom l-imħabba tal-Missier. L-inkarnazzjoni, imbagħad, kienet għalih il-ġebla tax-xewka li fuqha bena din l-ispiritwalità. “Tista’ tgħid lil Ġesù li ma kienx hemm bżonn li jitwieled fi stalla fil-kesħa tax-xitwa; tista’ tgħid lil Ġesù li ma kienx hemm bżonn ibati għalina; tista’ tgħid lil Ġesù li ma kienx hemm bżonn li jxerred id-demm prezzjożissmu tiegħu għalina? Hu kien iwieġbek li ma felaħx ma jagħmilx hekk. Qalbu ma setgħetx ma turix imħabbtu lejna u jgħinna nifhmu l-imħabba infinita tiegħu lejna.” Dan il-kliem ta’ De Piro nsibuh fil-ktieb, “Il-Ħajja ta’ Mons. De Piro”, ta’ Patri Alexander Bonnici OFM Conv. Kienet din il-konvinzjoni u x-xewqa li jixbaħ lil Kristu, li ġegħlitu jkun solidali mal-oħrajn. Issolidarjetà mal-fqir kienet waħda mill-pedamenti talispiritwalità tiegħu. Fih kien hemm qisu nar jaqbad li kien qed jifnih. Kien iħoss fih il-ġenerozità t’Alla li trid toħroġ minnu u tmur għand l-oħrajn. Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb, “Found among Sinners” miktub minn Fr Martin Cilia mssp

 4 Aħna Lilkom 

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Vista Kanonika F’Ġunju ta’ sentejn ilu s-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl kellha l-grazzja ta’ Kapitlu Ġenerali ieħor fejn diversi mill-missjunarji tagħna ġejna flimkien biex nagħmlu evalwazzjoni u nippjanaw għas-sitt snin li ġejjin. Hu eżerċizzju importanti ferm għax b’hekk bħala missjunarji nkunu nistgħu nirrispondu għall-isfidi tad-dinja tal-lum, li m’humiex żgħar jew sempliċi. Bħala parti minn dan l-eżerċizzju, jien, bħala Superjur Ġenerali, flimkien ma’ xi kunsillier minn tiegħi għandi l-obbligu li nżur il-komunitajiet tagħna kollha kull tliet snin. Dan hu mument fejn jien inkun nista’ nara b’għajnejja x-xogħol li qed isir u nisma’ lill-missjunarji u ’l dawk kollha li jaħdmu magħhom jaqsmu l-esperjenza tal-ministeru li qed iwettqu. Kien għalhekk li tul din is-sena u nofs jien kont qiegħed ngħix kemxejn fit-tul mal-missjunarji tagħna. Xi ħaġa li osservajt fid-diversi missjonijiet hu kemm il-ħajja qed tinbidel b’pass mgħaġġel u l-missjunarji kontinwament qed jiġu msejħa biex jirrispondu għal dawn il-bżonnijiet. L-ewwel tweġiba li ħafna millmembri tagħna qed jagħtu hi li jiġu iżjed flimkien biex jaħdmu bħala komunità. Ma tistax tevanġelizza jekk mhux f’komunità. Jingħaqdu magħna hemm numru dejjem jiżdied ta’ lajċi li b’xi mod jew ieħor huma parti mill-kariżma missjunarja tagħna.

Newspaper post

Fr Mark Grima

mssp

Hu propju hawn li nixtieq ngħaddi kelma lilkom il-benefatturi tal-missjonijiet tagħna. F’kultura fejn anke n-nisrani stess jista’ jintilef f’sekulariżmu bla direzzjoni, ħafna drabi intom bit-talb tagħkom u b’dak kollu li tagħmlu magħna qed tkunu ta’ ispirazzjoni qawwija u nkuraġġiment tajjeb meta b’għemilkom qed tfakkruna li għad hawn ħafna nies li Alla għadu ċ-ċentru ta’ ħajjithom u jixtiequ li permezz tal-missjunarji li dan l-istess Alla jidħol fil-qalb ta’ l-umanità kollha. Grazzi ta’ kollox u l-barka t’Alla fuqkom u l-familji tagħkom. Fr Mark Grima mssp Superjur Ġenerali

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Bro Alex Zammit mssp Óolqa Bejn il-Óbieb

Missjoni fil-Perù Bros.Giovann u Alex, għadhom kemm ġew lura Malta wara tmien xhur fil-missjoni tagħna fil-Perù bħala parti mill-formazzjoni tagħhom. Għalhekk tlabnihom jagħtuna messaġġ qabel ma fit-2 ta’ April imorru fid-Dar Internazzjonali tal-Formazzjoni li għandna fil-Filippini għall-kors tat-teoloġija. Bro Giovann Tabone mssp

Parti mill-mixja formattiva li wieħed jagħmel fi ħdan l-MSSP hija l-esperjenza diretta ta’ ministeru ġewwa art tal-missjoni. Aħna kellna x-xorti li nagħmlu dan għal tmien xhur fil-Perù, ġewwa l-Amerka Latina. Il-ħidma prinċipali tiegħi kienet ġewwa Arequipa, ittieni l-akbar belt fil-Perù u fejn aħna l-MSSP għandna konċentrazzjoni qawwija ta’ ħidma soċjali u pastorali. Meta tasal f’dawn il-postijiet mill-ewwel tinduna li l-ikbar problema u kriżi tal-poplu mhijiex sempliċiment in-nuqqas ta’ ikel jew saħħa, imma hija nuqqas ta’ sens jew skop għalfejn wieħed qed jgħix; u din hija waħda leġittima għaliex meta wieħed ikun imdawwar b’tant faqar, korruzzjoni u nuqqasijiet faċli ħafna li jaqta’ qalbu u ma jibqax ifittex li jgħix ta’ uman bi skop. Għalhekk il-missjunarju hu mhux biss dak li jgħin sempliċiment fuq livell materjali imma li jterraq ma’ nies biex isibu l-iskop u l-għan li l-Mulej Alla hejja għal kull persuna. Il-ħidma tiegħi kienet ħafna f’dan il-livell: l-ewwelnett permezz tal-preżenza tagħna, li tagħti xaqq ta’ tama, li turi lil dan il-poplu li mhux minsi, u mbagħad permezz tal-ħidmiet diversi tagħna.

Għalhekk l-appell tiegħi għalikom, li l-fatt waħdu li qed taqraw dan il-fuljett missjunarju juri l-imħabba tagħkom lejn min hu differenti u inqas privileġġjat, huwa biex anke intom tagħmlu dan il-pass. U jekk forsi ssibuha diffiċli li tmorru fiżikament f’art tal-missjoni, inħeġġiġkom biex kull wieħed minna jsib fil-preżenza t’Alla fil-ħajja tiegħu, ittħeġġiġa li jkun mudell ta’ tama għal kull persuna li jiltaqa’ magħha. Jalla l-imħabba ta’ Alla ssuqna [2 Kor 5:14].

Bro. Giovvan ma’ xi tfal

Matul dawn l-aħħar tmien xhur kelli ċans sabiħ li nżur u nagħmel esperjenza ġewwa l-missjoni tagħna fil-Perù. Fil-proċess formattiv, stadju importanti li ngħaddu minnu aħna bħala studenti fil-formazzjoni, huwa l-esperjenza pastorali u missjunarja ġewwa waħda mill-missjonijiet tagħna. Matul din l-esperjenza jiena kont qiegħed ngħin ġewwa l-parroċċa mmexxija minn Fr. Alex Busuttil, li ilu għal dawn l-aħħar dsatax-il sena ġewwa Arequipa fil-Perù. Kien f’dan il-kuntest pastorali li jiena kelli ċans inkun verament fil-qrib tan-nies li aħna nieħdu ħsieb pastoralment. Il-parroċċa li fiha kont assenjat biex ngħin qiegħda fit-trufijiet tal-belt ta’ Arequipa u allura tiġbor fiha ħafna persuni li jgħixu faqar ta’ natura materjali u soċjali li ġeneralment ikun iżjed qawwi minn żoni oħra. Waħda mill-isfidi prinċipali li ħassejt, apparti l-effett tal-firda mill-familja u mill-kultura tiegħi, kienet propju dik li naħdem ma’ persuni li sfortunatament huma neqsin minn ħafna affarijiet u realtajiet f’ħajjithom. Għalkemm fl-aħħar tal-esperjenza ħassejnti li tgħallimt ħafna min-nies kollha li ltqajt magħhom u rnexxieli nibni relazzjoni sabiħa magħhom, dejjem tibqa’ sfida

F’Apola, waqt wieħed mill-vjaġġi missjunarji flimkien ma’ Fr Martin Galea mssp, Bro Alex u Bro Mike (mill-Filippini)

importanti għalina l-missjunarji sabiex inħabbru l-bxara t-tajba tal-Mulej b’mod li jinftiehem u li jħalli l-frott. Xi kultant quddiem it-tbatija li kont nara fluċuh ta’ ħafna persuni li ltqajt magħhom, kont inħoss nuqqas ta’ tama kif jien stajt nagħmel differenza fil-ħajja tagħhom. Maż-żmien għalkemm l-affarijiet ma jinbidlux malajr, bdejt ninduna kemm il-ħajja tagħna bħala missjunarji speċjalment permezz ta’ ħutna s-saċerdoti li ngħataw għal din il-missjoni, tiżra’ sens ta’ tama fil-qlub tal-persuni kollha li niltaqgħu magħhom. Fost l-isbaħ esperjenzi li kelli jibqgħu dejjem f’qalbi l-mumenti li fihom kelli ċ-ċans inżur lin-nies fid-djar żgħar tagħhom fejn matul konversazzjonijiet sempliċi tinduna kemm in-nies dejjem jixtiequ xi ħadd li jafdaw biex miegħu jaqsmu dak li jkunu għaddejjin minnu. Bħala missjunarju tħossok veramanent privileġġat li tgawdi minn din il-fiduċja. Nibqa’ dejjem grat lejn il-Mulej u lejn l-MSSP li tawni l-opportunità li ngħix din l-esperjenza missjunarja li fiha kompliet tħeġġeġ is-sejħa li nkun tal-Mulej u li naqdi l-poplu tiegħu.

Bro Giovann flimkien ma’ xi żgħażagħ u ħbieb tal-parroċċa fejn kien iservi

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

 3 Aħna Lilkom 


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.