Ahna Lilkom March 2017

Page 1

Ġużeppi De Piro Missjunarju 2

NEWSPAPER POST

Marzu 2017 / Għadd 522

Malta Missjunarja: l-ambjent fejn twieled u trabba Ġ. De Piro (ii) (2) Il-Maltin li kienu jaħdmu fl-artijiet tal-missjoni

Fr Alfred Cachia mssp

F

l-20 ta’ Frar 2017, Fr Alfred, imwieled Paul Cachia, mar jingħaqad mal-Mulej li tant ħabb u ħadem għalih ħajtu kollha. Fr. Alfred kien minn tas-Sliema. Daħal masSoċjetà tagħna fl-1952. Meta spiċċa l-istudji tiegħu fl-Università ta Malta, ordna saċerdot. Beda l-appostolat tiegħu fl-Oratorju tagħna f’Birkirkara fejn dam sitt snin. Wara għamel erba’ snin oħra fid-Dar ta’ San Ġużepp f’Santa Venera. Fl-1965, huwa ħalla dan ix-xogħol biex jingħaqad ma’ sħabu fl-Awstralja. Hawn kien kappillan u viċi-kappillan f’diversi parroċċi li s-Soċjetà għandha jew kellha f’Melbourne, Sydney u Perth. Fl-2010 huwa rritorna Malta, wara 45 sena ta’ ħidma mal-Maltin fl-Awstralja. Dan l-aħħar snin kien rikoverat fid-Dar tal-Kleru. Fr. Frankie Cini, id-Delegat tas-Superjur Ġenerali għal Malta, fl-omelija tal-funeral qal li, “Issa Fr. Alfred mar igawdi l-viżjoni beatifika ta’ Alla, wara li aċċetta bir-rassenjazzjoni l-mard li kellu.”

F

’parti oħra tal-ktieb tiegħu Mizzi semma l-missjunarji Maltin li kienu jaħdmu f’pajjiżi barranin. Filwaqt li hu kompla jispjega x’ried jgħid meta sejjaħ lil Malta bħala missjunarja, huwa kien espliċitu ħafna: “Malta missjunarja, għal dak li hu n-numru tal-missjunarji tagħha, jistħoqqilha post prominenti fl-Annali tal-Propaganda Fide.” Imma Patri Anġ ma kienx kuntent b’dan biss. Fit-tieni volum ta’ L’Apostolato Maltese Nei Secoli Passati hu għamel riferiment għal artiklu li kien kiteb l-Onorevoli Egilberto Martire fl-Illustazione Italiana, ta’ Ottubru 1934. Martire wara li qabbel in-numru ta’ missjunarji mill-Olanda, mill-Belġju u mill-Italja, mal-popolazzjonijiet ta’ dawn l-istess pajjiżi qal hekk għal Malta u l-missjunarji tagħha: “Imma hemm nazzjon ċkejken, Malta, li jokkupa t-tieni post wara l-Olanda: 228 fidili u 162 missjunarji. U Malta m’ għandhiex kolonji.” Mizzi kompla fuq Martire u qal li n-numru talmissjunarji Maltin hu ferm ikbar milli qal Martire. “Fl-aħħar numru tal-Annali ta’ Propaganda Fide ta’ Ottubru 1934 aħna wrejna li l-missjunarji kuraġġużi Maltin kienu ċertament 255 jiġifieri 93 aktar minn kemm semma l-Onorevoli Martire.” (jissokta)

Fr Tony Sciberras mssp

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Fr Mario u Fr Nilton K

ienet il-ġurnata tal-Erbgħa, il-25 ta’ Jannar, festa tal-Konverżjoni ta´ San Pawl, meta aħna l-membri tas-Soċjetà Missjunarja ta´ San Pawl ġewwa l-Perù nġbarna madwar l-artal kollha flimkien biex niċċelebraw quddiesa speċjali tal-konverżjoni ta´Missierna San Pawl. Kienet quddiesa speċjali ħafna wkoll għax żewġ saċerdoti missjunarji mill-Perù ġew mogħtija s-Salib tal-Missjoni qabel ma jsalpaw lejn il-missjoni ġdida ġewwa Kuba. Il-quddiesa li damet għal aktar minn sagħtejn, tmexxiet mis-Superjur Fr. Giovanni Cefai u l-membri kollha tal-komunità. Minkejja li kienet ħafna xita xorta waħda n-nies ġew bi ħġarhom għal din iċ-ċelebrazzjoni unika li propju qiegħda sseħħ wara li ilna ġewwa l-Perù kważi 50 sena. Fr Nilton u Fr Mario fil-preżenza tal-ġenituri tagħhom iċċelebraw din il-quddiesa b´radd ta’ ħajr lil Alla għal din is-sejħa missjunarja. F´mument minnhom tlabna lill-Ispirtu s-Santu biex jiġi fuq Frs. Mario u Nilton, iberikom u jagħtihom id-dehen f´din il-missjoni l-ġdida. Il-knisja kienet mixgħula biss bid-dawl taxxemgħa fejn ħassejna l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Mument kommoventi ħafna kien fejn qabel ma s-saċerdoti resqu lejn iż-żewġ missjunarji biex ipoġġu jdejhom fuqhom biex iberkuhom, resqu lejhom il-ġenituri tagħhom u berkuhom huma

Is-Soċjetà tagħna tgħix kuljum minn dak li tibgħat il-Providenza. Inti trid tgħin?

Waqqaf waħda minn dawn il-fondazzjonijiet u jkollok parti mill-ġid li qed tagħmel is-Soċjetà f’Malta u fil-missjonijiet li għandha.

• Borża ta Studju (€600) • Ġurnata ma Missjunarju (€25) • Ġurnata Studenti (€200) • Fondazzjoni Librerija (€200) • Fondazzjoni ta’ quddies wara mewtek

“Trid tagħti darbtejn? Għin malajr.” Mons. G. De Piro newspaper post

Is-saċerdoti li qed jaħdmu fil-missjoni tal-Peru'. Fr Nilton u Fr Mario huma l-ewwel tnejn fuq il-lemin

Aħna Lilkom • 4

l-ewwel. Il-quddiesa spiċċat bil-bews tal-idejn ta´ Frs. Mario u Nilton bħala rispett u mħabba lejn issaċerdot missjunarju. Dan huwa mument sabiħ ħafna għalina l-missjunarji tas-Soċjetà Missjunarja ta´San Pawl, għax qegħdin nassistu għat-twelid ta´ missjoni ġdida li hija l-frott ta’ ħafna talb, xogħol u sagrifiċċju tal-missjunarji kollha li hawn, b´mod speċjali ta´ dawk li jinsabu jaħdmu fil-Perù. Minn qalbi nixtieq ngħid GRAZZI lilkom ilbenefatturi tagħna li tagħmluha possibbli biex il-missjoni li bdejna tkompli miexja ‘l quddiem. Grazzi tat-talb u tal-ħafna sagrifiċċju biex tkunu tistgħu tkompli tgħinuna fix-xogħol tagħna bħala missjunarji. Nitlob lill-Mulej biex jimlikom b´ħafna paċi fil-qalb tagħkom. Komplu itolbu dejjem għallvokazzjonijiet missjunarji. Ibqgħu żguri li dak li qegħdin tagħmlu magħna mhux mitluf. Is-Sliem Fr Giovanni Cefai mssp Delegat Reġjonali fil-Peru

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Dun Mikiel Callus mssp X

taqt inlaqqagħkom, mal-ewwel Superjur Ġenerali li kellha s-Soċjetà tagħna Peress li l-Fundatur, Mons. Ġ. De Piro, miet ħabta u sabta fis-17 ta’ Settembru 1933, Mons. Pawl Galea, Vigarju Ġenerali, fl-assenza talArċisqof minn Malta, talab lil Mons. Nerik Bonnici biex jieħu f’idejh ix-xogħol kollu li kellu Mons. De Piro u s-Soċjetà ta’ San Pawl. Mons. Bonnici ħejja reċenzjoni dettaljata tal-opri kollha u ppreżentaha lill-Arċisqof. Imbagħad fl-1 ta’ Frar 1934, l-Arċisqof Caruana għażel lil Mons. Albert Pantalleresco biex imexxi s-Soċjetà. Dan il-Monsinjur dam imexxi s-Soċjetà sal-10 ta’ Ottubru 1940, meta kien ġie internat fi żmien il-gwerra. Għal darb’oħra Mons Caruana reġa’ talab lil Mons. Bonnici biex imexxi s-Soċjetà sakemm isib persuna oħra. Din id-darba l-Arċisqof Caruana innomina lil Patri Daniel Gravina, Ġiżwita, li dam imexxi s-Soċjetà sakemm l-Arċisqof Gonzi, nhar l-14 ta’ April 1948, ħatar lis-saċerdot Mikiel Callus, membru tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, bħala Superjur Ġenerali tal-istess Soċjetà u hekk is-Soċjetà kellha għall-ewwel darba Superjur minn fost il-membri tagħha. Dun Mikiel Callus dam Superjur Nominat minn April 1948 sa Awwissu1963 meta s-Soċjetà ħadet id-dritt li teleġġi s-superjuri tagħha f’kapitlu

Dun Mikiel Callus

Dun Mikiel mal-fundatur u wħud mill-ewwel membri

Dun Mikiel ma' Fr. Galea u Bro. Pantalleresco fid-Dwana qabel ma marru l-Awstralja għall-ewwel darba

ġenerali. Dan l-ewwel kapitlu ġenerali, li sar f’Awwissu tal-1964, eleġġa lis-Saċerdot Mikiel Callus bħala Superjur Ġenerali tas-Soċjetà. Hekk Dun Mikiel kien ukoll l-ewwel Superjur Ġenerali magħżul minn sħabu. Dun Mikiel twieled nhar it-8 ta’ Dicembru 1900. Huwa kien l-iżgħar wieħed fost għaxar aħwa. Kellu tliet ħutu membri tas-Soċjetà tal-Museum - tnejn minnhom, Emidio u Karmenu kienu mill-ewlenin membri tas-soċjetà u attivi ferm. Oħtu Filomena wkoll kienet membru tal-istess Soċjetà. Dun Mikiel dam Superjur b’kollox madwar 22

Nhar it-3 ta' Settembru 1963, meta Dun Mikiel ġie elett Superjur Ġenerali mill-membri tal-MSSP

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Meta Dun Mikiel sar Superjur tas-Socjeta'. Nominat mill-Arcisqof M. Gonzi fl'14 ta' April 1948

sena. Matul dawn is-snin is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl għamlet progress kbir. F’ Lulju tas-sena 1948, bagħat żewġ saċerdoti l-Awstralja biex ikunu kappillani tal-emigranti Maltin. Ftit wara bagħat żewġ saċerdoti oħra l-Kanada għall-istess raġuni. F’Settembru 1948 ittrasporta l-fdal tal-Fundatur miċ-Ċimiterju tal-Addolorata għal Dar Sant’ Agata. Fi żmienu wkoll fetaħ il-missjoni fil-Perù. Matul iż-żmien li dam Superjur sar progress kbir fil-bini tal-Motherhouse. Dun Mikiel kien saċerdot skont il-Qalb t’Alla. Kien bniedem ta’ talb, kellu devozzjoni kbira lejn

Dun Mikiel (l-ewwel wieħed fuq il-lemin) mal-fundatur newspaper post

It-trasport tal-fdal tal-fundatur miċ-ċimiterju għal Sant'Agata

l-Ewkaristija Mqaddsa. Kien jgħix fil-preżenza t’Alla. Kellu sens kbir ta’ ġustizzja u mħabba kbira lejn il-proxxmu. Kien bniedem ta’ karità kbira. Kien saċerdot imfittex ferm kemm għall-qrar kif ukoll għall-pariri siewja tiegħu. Ir-rassenjazzjoni tiegħu mal-volontà t’Alla dehret fil-mod ta’ kif aċċetta u sofra l-marda twila li wasslitu biex nhar is-6 ta’Marzu 1972 imur f’Dar il-Missier. Lilna l-membri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl li għexna fi żmienu, ħallielna ħafna eżempji sbieħ.

Il-kripta fejn jinstab il-fdal tal-fundatur

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.