NEWSPAPER POST
Marzu 2018 / Għadd 533
Ġużeppi De Piro Missjunarju 5
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Spiritwalità missjunarja (i)
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com Fr. Bernard, igorr is-salib Il-korteo lejn il-knisja l-ġdida
L-imħabba tal-Qaddej t’Alla
M
akkhan Colony hu raħal nisrani ġdid filPakistan li qed jikber b’rata mgħaġġla. Għalhekk ħassejna bżonn kbir li tinbena knisja biex taqdi l-ħtiġijiet spiritwali , soċjali u edukattivi tan-nies li joqogħdu f’dan ir-raħal. L-għajnuna bħas-soltu ġiet minn Malta u Għawdex, għalkemm in-nies tar-raħal fil-faqar tagħhom għenu wkoll. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ saret fit-23 ta’ Diċembru li għadda. Bdejna b’ korteo mill-bidu tar-raħal salknisja bil-bnadar f’idejhom, bil-kant tal-innijiet reliġjużi u bil-kwadru kbir tal-Bon Pastur li se jservi ta’ titular. Dan ġie mogħti minn benefattriċi Maltija. L-ewwel sar it-twaħħil tas-salib fuq il-faċċata tal-knisja. Wara s-Sur Surgen, li tana l-art b’xejn, għax kieku ridna nħallsu €12,000, qata’ ż-żigarella. Dħalna fil-knisja fejn sar it-tberik u saret il-quddiesa għall-ewwel darba. Wara ċ-ċeremonja tqassmu xi affarijiet tal-ħelu, mogħtija minn diversi parruċċani. Għall-okkażjoni tat-tberik, in-nies tal-post żejnu l-knisja skont id-drawwa tagħhom. Grazzi minn qalbna lill-Providenza t’Alla u lillbenefatturi ġenerużi tagħna.
Fr. Bernard. Mangion mssp
Mons. De Piro lejn il-Qaddis San Ġużepp L-Almanakk
Fit-30 ta’ Ġunju 1910, Mons Ġużeppi De Piro waqqaf is-Soċjetà ta’ San Pawl li kellha tkun waħda missjunarja. Fl-1922 beda jippublika l-annwarju “San Pawl: Almanakk tal-Istitut tal-Missjoni” biex bilmaterjal li kien jikteb fih hu nnifsu ħeġġeġ lill-Maltin ħalli jgħinu l-ħidma missjunarja tal-Knisja. Fil-21 ta’ Ġunju 1927, il-Qaddej ta’ Alla bagħat l-ewwel membru tas-Soċjetà tiegħu fil-missjoni tal-Abissinja. Fis-snin 1932 u 1933 bejn De Piro u l-Patrijiet Kapuċċini Maltin li kienu l-Abissinja kienet għaddejja korrispondenza kontinwa biex l-istess Qaddej ta’Alla nnifsu jmur għal xi żmien f’dan il-pajjiż Afrikan. Liema kienet l-ispiritwalità li nbuttat lil Guzeppi De Piro biex iħabrek daqshekk għall-missjonijiet talKnisja?
Fr Tony Sciberras mssp
x-xahar ta’ Marzu jfakkarna fil-festa ta’ S. Ġużepp. Il-Fundatur tagħna mhux biss kien iġib l-isem ta’ Ġużeppi, imma kellu devozzjoni lejn dan il-qaddis. Dan nafuh mix-xhieda li taw xi wħud fil-Proċess Djoċesan tal-Kawża ta’ Kanonizzazzjoni. Hekk per eżempju: Fil-familja De Piro minn dejjem kien hemm devozzjoni kbira lejn San Ġużepp; diversi mid-De Pirijiet kienu jiffrekwentaw is-Santwarju tal-Qaddis fir-Rabat u xi wħud minnhom kienu saħansitra membri talKonfraternità tiegħu. Ċertament ma setax jonqos li Ġużeppi De Piro jkun daqshekk ieħor devot ta’ San Ġużepp. (Ġużeppi Tonna, li twieled u għex għal xi żmien l-Imdina).
Meta fl-1922 Mons De Piro ġie nominat direttur talIstitut ta’ San Ġuzepp, f’Santa Venera, huwa ħa ħsieb li jkabbar id-devozzjoni lejn il-Qaddis. (Nazzareno Attard, oldboy tal-Istitut ta’ S. Ġużepp)
Ikompli Jogħġbok dan il-fuljett? Tixtieq tgħinna nkomplu noħorġuh? Mela sir membru tal-Fondazzjoni Sostenituri Aħna Lilkom, billi tagħżel waħda minn dawn: • Sostenitur Ordinarju: donazzjoni libera • Sostenitur Ħabib: €23 fis-sena • Sostenitur Perpetwu: €100 darba
newspaper post
I
Aħna Lilkom • 4
Meta kont immur inkellem lir-Rettur mhux darba u tnejn li kont ninnota li l-Monsinjur kien ikollu l-istatwa ta’ San Ġużepp tħares lejn il-ħajt. Darba għamilt kuraġġ u staqsejt lil De Piro għaliex kien ipoġġi lil San Ġużepp wiċċu mal-ħajt. Ir-Rettur wieġeb li kien jagħmel hekk ħalli jaqlagħlu l-grazzja li kien ikollu bżonn. (Dun Ġorg Cassar, seminarista fiż-żmien li De Piro kien rettur tas-Seminarju Maġġuri fl-Imdina (1918-1920)
Meta fl-1925 De Piro fetaħ istitut simili f’Għajnsielem, Għawdex, hu ried li din id-Dar ikollha l-istess isem bħal dik ta’ Malta: l-Istitut San Ġużepp. Br. Venanz Galea mssp, prefett tat-tfal f’din id-Dar, u Peter Camilleri, oldboy, iddikjaraw li: Il-Monsinjur ried li l-kappella tal-Istitut t’Għawdex tkun dedikata lil San Ġużepp. Dawn it-tnejn qalu wkoll li kien De Piro li ried li fuq il-ħajt ta’ barra tal-Istitut jitwaħħal bassoriljiev bl-immaġni ta’ San Ġużepp ħalli kull min jgħaddi minn dik it-triq tant kummerċjuża t’Għajnsielem jista’ jagħti l-qima tiegħu lill-Qaddis. Insemmu wkoll il-prietki li kien jagħmel De Piro, u li fihom kienet tidher id-devozzjoni li kellu lejn San Ġużepp.
L-Editur
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Warda Sabiħa fil-Ġnien tal-Komunità
I
d-Dar ta’ San Ġużepp, jew kif isejħulha bosta nies, l-Istitut ta’ San Ġużepp f’Santa Venera, bħad-dar ta’ Nazareth, trid tagħti kenn lil tfal li fihom naraw lil Ġesù u nħobbuhom bħalma San Ġużepp ħabb lil Ġesù. Din ovvjament hija sfida kbira, għaliex l-ewwel ħaġa rridu noħolqu ambjent komdu biżżejjed biex kull tifel li jiġi għandna jħossu li ġie f’daru. Irridu naħsbulu għall-bżonnijiet kollha li kull tifel jeħtieġ, bħal ikel, ħwejjeġ u edukazzjoni. Biss l-ikbar sfida għalina hija li nimxu magħhom fil-vjaġġ ta’ ħajjithom. Irriduhom jikbru fid-dixxiplina, flarmonija u fi żvilupp veru ta’ ħajja tajba. It-trobbija li rridu nagħtuhom trid tgħinhom isiru ċittadini tajba, indipendenti u ffurmati sew, biex jaffrontaw bl-aħjar mod il-ħajja. Qed nagħmlu minn kollox biex l-ambjent fejn jgħixu jkun sabiħ u ospitabbli. Għalhekk dan l-aħħar, għadna kif irranġajna tliet flats biex jospitaw ħamest itfal f’kull wieħed. F’kull flat hemm kamra għal kull tifel, parti komuni u kċina. Din hija darhom u għandhom l-isbaħ li stajna nagħtuhom. Dan nagħmluh għaliex nixtiequ nirrispettawhom bl-aħjar mod possibli L-aħħar u l-ikbar refurbishment li għamilna huwa l-flat tan-nofs. Fih biddilna l-ambjent kollu: il-
bibien, l-għamara u l-madum u s-suffett. Daħħalna l-arja kundizzjonata u ħloqna spazji sbieħ, fejn it-tfal jistgħu jitolbu, jitkellmu u jqattgħu mumenti sbieħ flimkien. Għandhom ukoll akkwarju u sufani. B’hekk għamilna ambjent li jkun sabiħ u jilqgħek. It-tfal ikunu fil-kura ta’ żewġ carers. Dan iġib preżenza stabbli u jagħti sens sabiħ fejn it-tfal iħossuhom qishom f’darhom. Kull flat għandhom key carer mara u raġel li kuljum jieħdu ħsiebhom fil-ħinijiet li jiġu mill-iskola. Il-carers, li huma mħarrġin apposta, jagħtu attenzjoni lil kull tifel fl-imġiba inġenerali u fl-edukazzjoni. Jgħinuhom fil-homework, jeħduhom għall-attivitajiet talisports u jkunu attenti wkoll fuq saħħithom. Allura, apparti li għandna xi ħadd isajjar, nagħtu attenzjoni kemm u kif jieklu. Dan jgħinhom jikbru u jiżviluppaw b'mod normali u naturali, kif idealment għandu jsir fi tfal oħra fil-familji tagħhom. Minkejja l-istejjer differenti u l-ambjenti li jiġu minnhom it-tfal tagħna, hawn isibu ambjent sabiħ u nies li vera jħobbuhom. Min-naħa tagħhom, it-tfal jafu li nħobbuhom. L-ambjent sabiħ li qed nippruvaw noħolqu fid-Dar ta’ San Ġużepp għattfal tagħna jkompli jgħinhom jikbru f’ambjent ta’ familja. Kif semmejna, kull flat jieħu ħames residenti biss biex ikun jixbah lil familja ta’ llum.
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Attività ohra li qed nagħtuha attenzjoni kbira, hija ż-żona edukattiva. Allura t-tfal kuljum qed ikollhom għalliema li b’mod individwali jgħinuhom fis-suġġetti differenti tal-iskola.Din qed tħalli ħafna frott u t-tfal tagħna mat-tfal l-oħra qed iħossuhom l-istess. Għandhom livell tajjeb li jlaħħaq sew filklassi. L-edukazzjoni hija ċ-ċavetta li trid tiftaħ ħafna opportunitajiet fil-futur u bla dubju din aħna nafuha u qed nagħmluha b’ħafna attenzjoni. Id-Dar tagħna ta’ San Ġużepp qed tagħti HOME lil tfal li spiċċaw bla HOME. Ghalhekk, hawnhekk qed nippruvaw nagħmlu dak kollu li nistgħu biex it-tfal li jiġu għandna jkollhom l-isbaħ ħajja mżejna bil-bżonnijiet kollha li kull tifel għandu bżonn, imma wkoll eċitanti u bl-avventuri kollha li kull tifel ikun jixtieq li jkollu b’mod tajjeb u armonjuż. Jiena nħoss li aħna alternattiva tajba u bżonnjuża fis-servizzi li qed nagħtu biex inkunu kenn dinjituż lil tfal li jixirqilhom kull imħabba u attenzjoni. Dan nagħmluh newspaper post
fl-ispirtu ta’ San Ġużepp, u fuq l-eżempju talFundatur tagħna Mons. De Piro, bis-sens sabiħ tal-komunità li tant nixtiequ li nkunu bħal warda sabiħa fil-ġnien tagħha.
Fr Louis Mallia mssp Direttur Aħna Lilkom • 3