Ahna Lilkom March 2016

Page 1

Aħna Lilkom

NEWSPAPER POST

Aħna Lilkom

No 42

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

L-esperjenza tiegħi fil-Perù (4)

E

sperjenza mill-isbaħ li kelli kienet il-mawra fil-parroċċa fejn jaħdem Fr Alex Busuttil. Dan il-missjunarju ħabrieki minn Bormla ilu tletin sena fil-missjoni. L-ewwel seba’ snin għaddihom filPakistan, għamel sentejn fil-Libja u issa ilu wieħed u għoxrin sena fil-missjoni tagħna fil-Perù. Fil-Perù, in-nies li joqogħdu fil-pjanura huma xi ftit aħjar mill-bqija. Għall-kuntrarju, dawk li jgħixu filmuntanji jgħixu ħajja nieqsa minn kollox. Huwa hawn li Fr Alex qiegħed iwettaq il-ħidma missjunarja tiegħu, ma’ tant familji foqra. Id-djar tagħhom huma magħmula mill-laned għax m’għandhomx flus biex jibnu bil-ġebel. Meta mort jien, lanqas knisja ma kellhom. Fr Alex iqaddes fil-beraħ, għall-ksieħ li jaf jagħmel fuq il-muntanji għolja tal-Perù. Issa bl-għajnuna ta’ xi benefatturi Fr Alex qed itella’ kamra li ser taqdi bosta ħtiġijiet. Barra dan, Fr Alex hu responsabbli ta’ Aldea. Din hija dar għat-tfal abbandunati jew bi bżonnijiet speċjali. Fr Alex jagħmel minn kollox għalihom. Propju meta mort inżurhom, ġabilhom tliet roti ġodda li tant ferħu bihom. Grazzi lilkom ilbenefatturi li taqsmu dak li Alla pprovdilkom ma’ min hu inqas ixxurtjat minnkom.

Nar li hemm bżonn li jerġa’ jaqbad (1)

I

s-sejħa biex kull ordni u kongregazzjoni tfittex mill-ġdid il-kariżma tal-fundatur, kif talab il-Konċilju Vatikan II, kienet “ir-ritorn għar-regola oriġinali”. Imma dan ir-ritorn kien jitlob ferm aktar minn sempliċi ritorn lejn stil ta’ ħajja radikali. Jitlob li kull kongregazzjoni tirritorna għall-kunċett oriġinali talkariżma ta’ kull fundatur. Aktar minn hekk, għandu jkun ritorn lejn mod ta’ għixien differenti; mhux biss minn dik tad-dinja, imma spiss lejn il-qalba fejn l-ispiritwalità trid tiġi applikata. Ir-ritorn għall-ispirazzjoni oriġinali tal-fundatur, hi sfida li trid twassal biex jerġa’ jħeġġeġ in-nar li kien hemm fil-fundatur u l-ewwel segwaċi tiegħu. It-tħeġġiġ ta’ dan in-nar hi grazzja mogħtija b’xejn minn Alla. Għalhekk wieħed għandu jitolb bl-umiltà u bil-kuraġġ biex jasal għalih, għax din mhix ħaġa li tiddependi mill-kapaċitajiet tal-bniedem, u bla dubju titlob ħafna sagrifiċċju.

Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb Found among Sinners miktub minn Fr Martin Cilia mssp

Trid ikollok parti fil-formazzjoni ta’ xi wieħed minn dawn is-seba’ żgħażagħ? Mela waqqaf Borża ta’ Studju, billi toffri darba biss €600, u jkollok ix-xorti li mhux biss tkun għent żagħżugħ isir missjunarju, imma wkoll li jkollok min jitlob għalik. newspaper post Aħna Lilkom • 4

Marzu 2016 / Għadd 511

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Seba’ novizzi ġodda ġewwa Manila

M

atul ix-xahar li għadda l-membri tas-Soċjetà tagħna ferħu bl-aħbar ta’ seba’ żgħażagħ li bdew innovizzjat fi ħdan l-istess Soċjetà. Dawn iż-żgħażagħ, li ġejjin minn ħames pajjiżi differenti, bdew in-novizzjat tagħhom fis-7 ta’ Frar, ġewwa d-Dar Internazzjonali tal-Formazzjoni ġewwa Manila. Preżenti kien hemm il-ħames membri tal-MSSP li bħalissa qed jaħdmu f’dan ir-reġjun, xi membri oħra li kienu qegħdin iżuruhom, il-membri fil-formazzjoni, kif ukoll għadd ta’ qraba u ħbieb tas-Soċjetà.

Uħud miż-żgħażagħ ilhom żmien jitħejjew għal dan il-pass f’pajjiżhom stess. Issa kien wasal il-waqt li jiġu lkoll flimkien biex jibdew in-novizzjat. Fil-fatt kienu ilhom flimkien għal dawn l-aħħar xhur biex jidraw il-pajjiż ġdid li qegħdin fih kif ukoll biex xi wħud minnhom ikunu jistgħu jitħarrġu aktar fl-Ingliż. Dawn iż-żgħażagħ ġejjin mid-diversi pajjiżi li qed naħdmu fihom diġà – Malta, il-Filippini, il-Perù u l-Pakistan. Magħhom ukoll hemm wieħed millVjetnam, pajjiż li dan l-aħħar qegħdin nesploraw. Min jaf, forsi l-Mulej għad jindirizzana biex naħdmu f’dan il-pajjiż ukoll. Is-sena tan-novizzjat hija sena importanti ħafna fil-formazzjoni tal-membri tagħna. Fiha jitqiegħed il-pedament għall-ħajja tagħna. Hija sena fejn innovizz jikber fl-intimità tiegħu mal-Mulej. Allura jqatta’ ħafna ħin fit-talb u r-riflessjoni, fl-istudju tal-Kelma ta’ Alla u t-tagħlim tal-Knisja, kif ukoll fl-għarfien tal-Fundatur tagħna Ġużeppi de Piro u l-ispiritwalità tiegħu. Dan hu mument fejn l-ewwelnett nirringrazzjaw lilkom, benefatturi, ħbieb u qraba tagħna, li dejjem

tissapportjawna fil-ħidma tagħna. Hu mument fejn anke intom tifirħu magħna. Huwa wkoll mument fejn tingħaqdu magħna fit-talb tagħkom biex dawn iż-żgħażagħ jagħrfu dejjem aktar dak li l-Mulej irid minnhom, u jgħin lili u lil sħabi li qegħdin nakkumpanjawhom, biex ikollna l-għerf meħtieġ filmixja tagħna magħhom. Fr Martin Galea mssp Moderatur tan-novizzi

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Aħna Lilkom

Tiġdid tal-knisja tal-Oratorju MSSP f’Birkirkara “Kemm hi għażiża d-dar tiegħek Mulej tal-eżerċiti. Sa l-għasfur isib fejn jgħammar u l-ħuttafa ssib il-bejta ħdejn l-artal tiegħek.”

I

l-post fejn jitlob in-nisrani u l-ambjent liturġiku li fih jiċċelebra l-fidi tiegħu ma jistax ikun ambjent newtrali. Minnhom infushom dawn jesprimu u jirrivelaw il-ħajja tal-komunità nisranija li tinġabar biex titlob u tiċċelebra l-fidi tagħha f’dak il-post. Kien fid-19 ta’ Diċembru li għadda li wara tliet xhur ta’ ħidma intensiva l-kappella fl-Oratorju tagħna ta’ Birkirkara ġiet miftuħa u mbierka mill-ġdid. Ix-xogħol fuq din il-knisja u l-adattament liturġiku li sar kien qiegħed isir bil-mod il-mod matul dawn l-aħħar ħames snin sakemm indara l-istil ġdid u l-komunità fehmet il-bżonn ta’ proġett bħal dan.

Nathaniel Theuma, ikonografu u artist bravu, ħadem fuq sett ta’ seba’ ikoni kbar fil-kappella li tawha dimensjoni ġdida. Dawn l-affreski fuq ilmisteru tal-ħajja tal-Mulej Ġesù joħolqu katekeżi u kuruna kristolġika madwar il-komunità li tiċċelebra l-misteri qaddisa f’dan il-post. L-interventi li saru fil-knisja, barra li taw dehra unika u aktar kontemporanja lill-ambjent, kienu jinvolvu installazzjoni ġdida ta’ sistema ta’ arja kundizzjonata mgħottija b’suffitt ġdid u pulit. Inbidel il-madum, reġa’ ġie mgħoddi d-dawl u saret

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

sistema ġdida ta’ sound. Tkabbret il-gallerija biex il-kappella tesa’ iktar nies, u nxtraw siġġijiet komdi flok il-bankijiet tal-injam li kien hemm qabel. Sar ukoll sett ġdid ta’ altar, ambone, sedja u battisteru, li jirrappreżentaw it-teoloġija tal-Knisja bħala l-ġisem ta’ Kristu. Imma iktar mill-bini, it-tiġdid sar minn komunità ħajja. Apparti l-ammont kbir ta’ voluntiera li taw ħinhom biex ix-xogħol jimxi, dak li sar fil-knisja kien frott ta’ mixja flimkien ta’ ħafna nies li jiffrekwentaw il-post u għamlu minnu d-dar spiritwali tagħhom. Hi mixja mibnija fuq il-Kelma t’Alla, b’iktar minn 20 grupp ta’ lectio divina li jiltaqgħu regolarment u jaqsmu flimkien il-ħajja tagħhom fid-dawl talKelma ta’ Alla. Hi komunità nisranija mibnija fuq iċ-ċentralità tal-Misteru tal-Għid. Kien ta’ inkoraġġiment kbir in-numru sabiħ ta’ nies li għenu b’kull mod biex il-proġett minn ħsieb seta’ jsir realtà. Mhux faċli tirranġa knisja. San Franġisk, meta sema’ l-leħen ta’ Alla jistiednu jirranġa l-knisja tiegħu, mar medd idejh biex jirranġa l-ġebel ta’ San Damjan. Wara iżda nduna li Alla kien qed jitlob minnu li jbiddel mhux il-ġebel, imma l-qlub. Fiċ-ċokon tiegħu, imrekken bejn il-bypass mimli

traffiku ta’ Birkirkara u l-kumpless ta’ sptarijiet tefgħa ta’ ġebla ‘l bogħod minnu, l-Oratorju MSSP inqisuh bħala musbieħ ċkejken, merżuq dawl li jofroq iddlam tat-tbatija ta’ ħafna nies fid-dinja tal-lum. Hu wkoll esperjenza ta’ katekeżi ġdida u friska, post ta’ inkontru għaż-żgħażagħ u fuq kollox post fejn ħafna nsara jsibu li l-Knisja għadha timxi magħhom fiċċirkustanzi kollha tal-ħajja ta’ kuljum. L-Oratorju MSSP huwa mibni fuq storja ta’ fedeltà, ta’ tant nies li matul dawn il-mitt sena u iktar li għaddew, wieġbu b’mod dejjem ġdid għall-isfida talKnisja li tkun relevanti għaż-żmien li fih tkun qiegħda tgħix. Kienet ix-xewqa tas-superjuri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl li dan il-post jagħmel pass ieħor ‘il quddiem u jsir ċentru ta’ katekeżi u liturġija. L-ewwel ħidma kienet fiċ-ċentru u l-istruttura talkatekekika. Issa wasalna għat-tiġdid tal-ħajja liturġika bi knisja u ambjent sabiħ u sempliċi skont ir-riforma li xtaq il-Konċilju. Illum inħossu li qegħdin naqtgħu l-frott u nkunu fiċ-ċokon tagħna tweġiba għas-sejħa tal-Knisja għal-evanġelizzazzjoni ġdida.

newspaper post Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.