Ahna Lilkom May 2017

Page 1

NEWSPAPER POST

Ġużeppi De Piro Missjunarju 3

Mejju 2017 / Għadd 524

Ġ. De Piro waqqaf Soċjetà għall-missjonijiet ad gentes (i)

I

Fr. Dominic Cachia mssp

W

ara 34 sena fl-Awstralja u l-Kanada, Fr. Dominic Cachia issa jinsab lura Malta. Fr. Dominic, wara li ordna saċerdot qatta’ xi snin jgħallem fil-Kulleġġ tagħna fir-Rabat. Fl-1983, huwa ingħaqad ma’ sħabna flAwstralja. Beda l-missjoni tiegħu f’Melbourne. Huwa kien kappillan tal-Maltin f’Wantirna. Allura kien iżur il-familji, il-morda l-isptarijiet, u sintendi jqaddes u jqarar. Wara tliet snin mar bħala viċi kappillan, fil-parroċċa ta St. Bernardette, f’North Sunshine, qalb il-Maltin u l-Għawdxin. F’Diċembru tal-1995, ġie mitlub imur Sydney fil-Parroċċa ta’ Horsley Park N.S.W. Dan ma kienx post ġdid għalih, għax kien diġà għamel kważi sena ftit tas-snin qabel. Fr. Cachia kien dejjem lest biex jaqdi filbżonnijiet tas-Soċjetà, għalhekk fl-1998 talbuh imur fil-Parroċċa Maltija Kanadiża ta’ San Pawl Appostlu ġewwa Toronto fil-Kanada. Tul dawn it-tmintax-il sena f’din il-parroċċa, bħala viċi kappillan, ħadem kemm mal-Maltin u ma’ ħafna nazzjonalitajiet oħra.

l-konnessjoni bejn l-ewwel u t-tieni skop tasSoċjetà Missjunarja ta’ San Pawl kienet ċara għall-Fundatur: meta l-membri tas-Soċjetà jidraw l-ewwel iħallu pajjiżhom biex jaħdmu fost l-emigranti, imbagħad ma jsibuhiex diffiċli biex imorru f’pajjiżi oħra u hemm iwettqu l-ħidma ad gentes; l-emigranti Maltin, jew it-tieni ħidma tasSocjetà, kellhom iwasslu lill-membri għand dawk li qatt ma kienu evanġelizzati, l-iskop ewlieni. IlFundatur tant kien konvint minn dan il-proċess li hu baqa’ jsemmih kontinwament. Anke wara li fil-fatt waqqaf is-Soċjetà fit-30 ta’ Ġunju 1910, De Piro kien isemmi l-missjonijiet f’pajjiżi li kienu għadhom mhux evanġelizzati u l-ħidma fost l-emigranti Maltin. Imma l-fatt innifsu li hu kien jippreżenta kontinwament l-iskop tas-Soċjetà bħala magħmul minn żewġ ħidmiet differenti ħoloq għal De Piro ħafna problemi speċjalment mal-Awtoritajiet Vatikani. Huma ma setgħux jifhmu eżattament x’ried De Piro misSoċjetà tiegħu: jekk hux kongregazzjoni għallmissjonijiet ad gentes jew inkella għall-emigranti Maltin. Fr. Tony Sciberras mssp

jissokta

KEMM NIXTIEQ INSIR QASSIS. GĦINNI Min jaf kemm sar ġid spiritwali permezz ta’ dawn l-erba’ saċerdoti, li għadhom kemm iċċelebraw il-50 anniversarju talordinazzjoni saċerdotali tagħhom. Trid li int ikollok sehem mill-frott taxxogħol li jagħmlu l-missjunarji? Mela agħti Borża ta’ Studju, billi toffri €600 darba biss. Il-Mulej żgur ipattilek bil-mija fil-wieħed.

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Iż-Żjara tal-E.T. l-President ta’ Malta fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl

N

har it-Tlieta 21 ta’ Marzu 2017, l-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, żaret il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl. Inzertat ġurnata xitwija u bix-xita, imma dan kollu patta għalih l-entużjażmu tal-istaff u l-istudenti. Mal-wasla sabet jistennewha lir-Rettur, l-assistenti kapijiet tal-Kulleġġ u l-istudenti u l-istaff li jagħmlu parti mill-Kunsill tal-Istudenti u l-Ekoskola. Il-merħba prinċipali saret fl-Awditorju. Indaqq l-Innu Malti millBanda tal-Kulleġġ bil-kant immexxi mill-istudenti tasSenior 1. Fid-diskors ta’ merħba, ir-rettur Fr. Silvio Bezzina mssp, tkellem fil-qosor dwar ir-realtà tal-Kulleġġ tagħna. Kompla billi indirizza direttament lill-Eċċellenza Tagħha: “Nafu kemm għandek għal qalbek il-ġid talpoplu tagħna, speċjalment ta’ dawk fil-bżonn. Tagħmel mill-aħjar li tista’ biex tkun qrib dawn il-persuni u

twieżen it-tbatija tagħhom. Għaldaqstant inħossuna qrib tiegħek. Min-naħa tagħna, aħna wkoll nagħmlu ħilitna biex ngħinu lil dawk li huma anqas ixxurtjati minna. Fostna nilqgħu ħafna studenti bi bżonnijiet speċjali, u nħossu li apparti li noffrulhom ħafna, huma wkoll joffrulna ħafna u jġiegħluna nirriflettu fuq irrealtà tal-ħajja. Dan barra żjarat li l-istudenti kollha jagħmlu darbtejn fis-sena fi djar tal-anzjani.” Il-President faħħret il-ħidma li ssir fil-Kulleġġ, u nsistiet fuq il-bżonn li noħolqu ambjent ta’ paċi pożittiva. Il-paċi mhix biss in-nuqqas tal-gwerra, iżda ambjent u relazzjonijiet sbieħ li jinħolqu u jiġu mħarsa min-nies, kbar u tfal, ta’ rieda tajba. Il-valuri nsara jgħinuna nibnu dan l-ambjent. Il-president tat ktieb sabiħ għal-librerija tal-kulleġġ, u l-istudent offrewlha tifkira tal-Għid maħduma mill-Grupp Mattew 25, flimkien ma’ għotja għallCommunity Chest Fund. Wara dan, il-President tkellmet mal-istudenti tas-Senior 4 fuq temi li jolqtuhom. L-istudenti b’responsabiltà kbira, urewha l-preokkupazzjoni tagħhom fuq il-qagħda politika u soċjali ta’ pajjiżna, ħaġa li mpressjonatha. Id-diskussjoni tkompliet wara wkoll. Minn qalbna nirringrazzjaw lill-Eċċellenza Tagħha ta’ din iż-żjara. Nawguraw lill-President suċċess filħidma tagħha b’risq il-poplu Malti. L-Editur

newspaper post

Aħna Lilkom • 4

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Ħamsin Sena Ilu u Llum Il-11 ta’ Marzu li għadda ġab ferħ lil erba’ saċerdoti tagħna. Dan għaliex dakinhar kellhom il-grazzja li jiċċelebraw il-50 sena mill-Ordinazzjoni presbiterali tagħhom. Magħhom ferħu żgur il-familjari tagħhom, aħna l-membri tas-Soċjetà u l-benefatturi li għenuhom tul il-formazzjoni tagħhom u matul is-snin waqt il-ministeru tagħhom kull fejn is-superjuri talbuhom imorru.

Meta nirrifletti fuq dawn il-ħamsin sena tassaċerdozju tiegħi jiena nħoss li kull ma għandi nagħmel huwa biss li nirringrazzja b’mod speċjali lil Alla talli għażilni biex naqsam miegħu s-saċerdozju tiegħu. Inħossni umli ħafna meta niftakar fil-kobor li Alla għoġbu jsejjaħli għalih. Il-Madonna ma naqsitx li tkun parti mill-ħajja saċerdotali tiegħi. Dejjem ħassejtha maġenbi fid-diffikultajiet tiegħi u f’kull pass li għamilt. Ma rridx ninsa l-apprezzament tiegħi għat-trobbija li tawni l-ġenituri tiegħi u l-għajnuna ta’ ħuti. L-aħħar kelma tmur għall- benefatturi u dawk kollha li kienu ta’ għajnuna matul dawn il-50 sena, kemm meta kont Malta u hawn fl-Awstralja fejn għandi nagħti s-servizzi tiegħi. Grazzi

Ix-xahar ta Marzu huwa speċjali ħafna għalija u għal sħabi li ġejna ordnati saċerdoti ħamsin sena ilu fil 11 ta’ Marzu 1967. Mingħajr ebda mertu tiegħi u fil-ħniena u mħabba kbira tiegħu, Ġesù għoġbu jsejjaħli biex inkun ministru Tiegħu. It-triq hija twila u kellha mumenti sbieħ u anke l-mumenti diffiċli tagħha. Iżda bil-għajnuna t’ Alla u tas-superjuri u ta’ sħabi fis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, meta nħares lura nħoss li għandi ħafna għax nirringrazzja ‘l Alla għall-ġid kollu li sar, u għall-esperjenzi tant sbieħ li għaddejt minnhom kull fejn kont: Malta, il-Perù u l-Awstralja fejn għadni nagħti s-servizz tiegħi. Nirringrazzja lill-benefatturi u lil dawk kollha li kienu parti mill-ħajja pastorali tiegħi. Fr Denis Carabott

Fr Victor Shields

Fr Joe Barbara

Fr Tarcisio Micallef

Ħamsin sena saċerdot għaddew bħal ħolma. Tagħhom qabel xejn niżżi ħajr lil Alla l-Imbierek. Imbagħad inħossni ħafna grat lejn is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl li mhux biss ħarrġitni spiritwalment, iżda wkoll ipprovdietli mezzi biex neduka ruħi bl-aħjar mod possibbli. Bl-għajnuna t’Alla tul dawn il-ħamsin sena dejjem fittixt li nkun ta’ ġid għall-oħrajn mhux biss hawn Malta, iżda wkoll f’pajjiżi oħra, bħall-Italja, ilKanada u l-Awstralja. Naf ukoll il-vokazzjoni tiegħi lit-trobbija tajba u nisranija li rċevejt fil-familja tiegħi. Nitlob lill- Mulej biex isejjaħ aktar żgħażagħ ħalli jkomplu jwettqu x-xogħol fejjiedi tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl.

Ħamsin sena ilu meta kelli 24 sena, 25 żagħżugħ dħalna fil-Konkatidral ta’ San Ġwann għallordinazzjoni tas-Saċerdozju. Konna ħamsa u għoxrin kollha nħarsu ‘l quddiem biex nagħtu servizz lill-Poplu t’Alla. Hemm waslet biex isseħħ il-ħolma tagħna. Dħalna studenti u ħriġna saċerdoti. Minn hemm beda vjaġġ f’xogħolijiet diversi fosthom disa’ snin fil-Kulleġġ, tlettax-il sena fil-Kanada u 23 sena flAwstralja. Grazzi lill-ġenituri, lill-benefatturi, l-aktar l-infermiera tal-MS1 fl-Isptar San Luqa, immexxija mis-Soru tal-ward, li għal snin twal ġabruli l-Borża ta’ Studju, u lis-Superjuri li wrew fiduċja fina. Fr Tarcisio Micallef

Fr Joe Barbara

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Fr Denis Crabott

newspaper post

Fr Victor Shields

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.