Mejjju 2014 / G˙add 491
NEWS PAPER POST
Óolqa Bejn il-Óbieb
No 22
AĦna lilkom
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
L-imħabba fil-prattika
Fl-istess taqsima fuq l-imħabba fir-regola oriġinali De Piro jkompli jgħid: “Meta xi ħadd mill-missjunarji jiġi biex jkkoreġi lil ħaddieħor, għandu jkun ċert mill-intenzjoni, u jagħmel il-korrezzjoni b’delikatezza u bl-imħabba.” “(Il-missjunarji) għandhom ikunu ħfief biex jaħfru, meta jħossuhom imweġġa’ minn xi ħadd minħabba d-djufija umana.” “Wieħed għandu jħossu onorat li jkun hu li jitlob skuża l-ewwel, ħalli b’hekk terġa’ tirrenja l-imħabba, anke jekk iħoss li hu għandu raġun. Din il-ħaġa għandha ssir mill-aktar fis, u ma titħalliex għall-għada, skont il-kliem ta’ San Pawl “Tħallix ix-xemx tinżel fuq ir-rabja tiegħek”, u qatt ma għandu jorqod qabel ma jitolbu skuża.” “Meta l-missjunarju jgħix din il-kwalità ta’ mħabba, ikun jista’ jgħid mal-Appostlu Missierna, “Bħalma jien ukoll infittex li nogħġob lil kulħadd, bla ma nqis dak li jaqbilli, imma dak li jaqbel lil kulħadd, biex inkunu salvi”.(1.Kor.10,33) Dan kollu jirrifletti l-qalb u l-attitudni vera ta’ xi tfisser għal De Piro s-solidarjetà mal-oħrajn. Minn dan tasal tifhem ukoll li għalih, fis-servizzi għall-oħrajn, kien hemm ix-xewqa li jsir jixbaħ lil Kristu u mhux biex idaħħal xi tibdil soċjali.
Ħolqa Bejn il-Ħbieb
Sheryn Mallillin
Il-Ħadd, 16 ta’ Marzu, kienet ġurnata importanti għal Sheryn Mallillin, membru ta’ waħda mill-parroċċi li għandna ġewwa Melbourne. Dan għaliex uffiċjalment aċċettat li tieħu ħsieb tikkordina iktar koperazzjoni bejn ir-reġjun tagħna ġewwa l-Awstralja u l-missjonijiet li aħna għandna ġewwa l-Filippini, il-Perù u l-Pakistan. Sheryn tirrakkonta kif il-ħajja tagħha nbidlet meta f’Jannar tal-2013, flimkien ma’ seba’ żgħażagħ oħra, marret tagħmel esperjenza ta’ ġimgħatejn ġewwa l-missjoni tagħna fil-Filippini. Hemmhekk indunat kemm il-ħidma tagħna mal-fqar tikkonsisti aktar minn sempliċiment li nagħtuhom il-flus u naqduhom filbżonnijiet tagħhom, imma wkoll li ngħinuhom jiżviluppaw il-potenzjalitajiet tagħhom biex hekk ikunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti. Din l-esperjenza tant immarkatha li Sheryn iddeċidiet li meta tkun lura l-Awstralja tara x’tagħmel biex tibqa’ tissapportja l-ħidma tagħna. Aħna nawguraw lil Sheryn ħafna ħidma fejjieda u nitolbu fuqha l-barka tal-Mulej.
Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb, “Found among Sinners” miktub minn Fr Martin Cilia mssp
Għoġbok dan il-fuljett? Tixtieq tgħinna nibqgħu nippubblikawh? Tista’ tagħmel dan billi ssir: SOSTENITUR ORDINARJU: donazzjoni libera SOSTENITUR ĦABIB: €23 fis-sena SOSTENITUR PERPETWU: €117 darba biss
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Frs. Ivano Burdian u Jude Pirotta, mssp ma’ Sheryn Mallillin
Il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl li għandna r-Rabat, għal Jum il-Premjazzjoni, reġa’ żamm ittradizzjoni li kull sena jtella’ operetta. Din is-sena kienet “Brother Bear”.
4 Aħna Lilkom
Ħarsa lejn il-Lvant Imbiegħed Imnebbħin mill-kelma tal-Vanġelu, nistgħu ngħidu li siġra tajba tingħaraf mill-frott tagħha. Dan nistgħu narawh fil-ħajja tagħna meta nħarsu mhux biss lejn l-għemil tal-bniedem imma kultant ukoll lejn id-deċiżjonijiet li wieħed ikun ħa.
Propju f’April li għadda Br Carlos Pacherres, millPerù, għamel il-professjoni perpetwa li biha issa sar membru sħiħ tas-Soċjetà u wiegħed li se jgħix għal ħajtu kollha din il-vokazzjoni reliġjuża. Br Carlos ilu hawn fil-Filippini għal dawn l-aħħar erba’ snin. Din is-sena jtemm l-istudju tat-Teoloġija biex hekk jerġa’ lura f’pajjiżu. Dan se jkun il-ħames student li jtemm l-istudju tiegħu fid-Dar ta’ Formazzjoni Internazzjonali li s-Soċjetà għandha ġewwa l-Filippini. Illum nixtieq inkellimkom fuq waħda minn dawn idTa’ min isemmi wkoll li għadhom kemm waslu żewġ deċiżjonijiet li aħna bħala Soċjetà Missjunarja ta’ San studenti Maltin, Br Alexander Zammit u Br Giovann Pawl konna ħadna xi snin ilu u li llum għall-grazzja t’Alla Tabone biex jibdew l-istudji tat-Teoloġija hawnhekk. qiegħda tagħti l-frott. Qiegħed nirreferi għall-missjoni talNitolbu lill-Mulej biex ikompli jkattar ilFilippini. Meta ddeċidejna li niftħu din il-missjoni l-iskop vokazzjonijiet għall-ħajja reliġjuża missjunarja fi ħdan tagħna kien li ninfetħu iktar għall-evanġelizazzjoni is-Soċjetà tagħna ħalli b’hekk il-ħolma ta’ Mons fl-Asja. Il-Filippini kellha sservi ta’ bażi biex nilħqu iktar Ġuzeppi De Piro, il-Fundatur tagħna, dik li Kristu jkun pajjiżi fl-Asja fejn il-kristjaneżmu għadu minoranza. Issa magħruf u maħbub minn ħafna, tkompli ssir realtà. din il-bażi bl-għajnuna t’Alla qed tissaħħaħ. Mhux biss bdejna l-ħidmiet tagħna imma qed nibnu kuntatti wkoll Fr. Hector Attard mssp ma’ persuni ta nazzjonalitajiet asjatiċi biex permezz Superjur Reġjonali t’hekk fil-futur inkunu nistgħu nibdew xi tip ta’ ħidma f’pajjiżi bħall-Vjetnam, iċ-Ċina u l-Malasja. Hawnhekk fil-Filippini issa stabbilixxejna ruħna sew. Fr Lonnie Borg u Fr Stephen Mifsud qegħdin iwettqu ħidma maż-żgħażagħ fl-universitajiet u filkamp vokazzjonali. Fr Joe Cremona qed jaħdem bħala kappillan fil-parroċċa ta’ Bataan. Barra minn hekk għandna wkoll l-istudenti fil-formazzjoni tagħhom għal ħajja reliġjuża u presbiterali. Dawk li qegħdin jistudjaw it-Teoloġija bħalissa huma ħamsa. Għandna wkoll żewġ żgħażagħ Filippini li qegħdin jgħixu bħala prenovizzi u jagħrblu jekk Alla hux qed isejħilhom għal ħajja reliġjuża missjunarja. Newspaper post
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Óolqa Bejn il-Óbieb
Jiktbilna Fr. Victor Zammit mill-Perù Ir-reliġjon kattolika fil-Perù daħħluha l-Ispanjoli, u magħha daħlu kull rit u tradizzjoni li jeżistu. Għalina l-missjunarji ma jkunx dejjem faċli biex lin-nies tbiddlilhom dawn id-drawwiet u t-tradizzjonijiet, għax għalihom huma vanġelu. Ħalli nirrakuntalkom ftit xi drawwiet li għandhom għall-Ġimgħa Mqaddsa. Hawn toħroġ ċara t-taħlita ta’ drawwiet Spanjoli u Peruvjani. Nibdew minn Ħadd il-Palm. Kulħadd jaqta’ l-friegħi u jiġri bihom lejn il-knisja biex jitbierku u mbagħad jiddendlu fid-dar mal-bieb jew f’xi rokna. Matul il-ġimgħa kollha jsiru l-via sagri, qrar u tqarbin, purċissjonijiet bi statwi tal-Ġimgħa l-Kbira u kurċifissi, kif ukoll xi dramm tal-passjoni mat-toroq tarraħal. F’Ħamis ix-Xirka kulħadd jinġabar fil-knisja għallfunzjoni tal-ħasil tar-riġlejn u mbagħad l-adorazzjoni quddiem artali mżejna kollha fjuri u xemgħa għas-seba’ visti. Barra jkun hemm bejgħ ta’ ikel tradizzjonali, kurċifissi, santi u qaddisin biex kulħadd ikun jista’ jieħu rikordju ta’ dik il-ġurnata. Il-jum tal-Ġimgha jisbaħ fisskiet, ftit movimenti u riħa ta’ ħut imsajjar li jakkumpanja s-sawm li jkun qed isir. Wara nofsinhar in-nies tinġabar il-knisja fejn isiru l-ewwel il-prietki tas-Seba’ Kelmiet u wara ċ-ċerimonja tas-salib. Fil-knisja jkun hemm kurċifiss kbir fejn grupp ta’ fratelli jibdew iniżżlu lil Ġesù ftit ftit biex wara jqiegħduh f’kaxxa kbira tal-ħġieġ ħalli jinħareġ f’purċissjoni li tissejjaħ it-translazzjoni mis-Salib sal-Qabar ta’ Kristu, akkumpanjata mid-Duluri u San Ġwann. Kulħadd jimxi b’xemgħa f’idu fis-skiet miksur minn xi kant jew xi daqq mill-banda ta’ marċi funebri. Sibt il-Għid huwa jum ta’ luttu. Filgħaxija n-nies tinġabar
biex tassisti għaċ-ċerimonja tad-dawl u tat-tberik tal-ilma u fejn ma tonqosx li ġġib magħha xemgħat u fliexken bl-ilma biex jiġu mbierka. Il-Ħadd filgħodu huwa jum il-Qawmien ta’ Kristu. Kulħadd jerħilha għall-knisja kmieni kemm jista’ jkun biex jisimgħu l-ewwel quddiesa b’xi purċissjoni żgħira bl-Irxoxt. Fl-aħħar jagħmlu pupu kbir imsejjaħ Ġuda biex jaħarquh bħala kastig talli ttradixxa lil Kristu. Fil-pjazez u fit-toroq jinbiegħ ikel tipiku tal-Għid. Kulħadd jitrejjaq b’dak li jista’ f’ġurnata fejn kulħadd jingħaqad mal-familja tiegħu ħalli jgħaddi ftit tal-ħin flimkien qabel ma jerġa’ lura għax-xogħol jew għall-iskola. Kif qed taraw hemm taħlita tajba ta’ togħma reliġjuża u tradizzjonijiet, li lilna ma tantx jinżlulna. Insellmilkom u tinsewnix fit-talb.
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Jiktbilna Fr. Stephen Mifsud mill-Filippini Kif tafu, jien qiegħed fid-dar tal-formazzjoni li s-Soċjetà tagħna għandha fil-Filippini. Ilmissjoni tiegħi hi li ngħin liż-żgħażagħ fid-dixxerniment tal-vokazzjoni u nakkompanjahom fil-mixja spiritwali tagħhom. Ghal dan il-għan naħtaf kull opportunità li tista’ tgħin. Infatti għall-Ġimgħa Mqaddsa, il-Komunità Formattiva u l-Grupp Vokazzjonali ngħaqadna flimkien u morna għand Fr. Joe Cremona mssp, fil-parroċċa tiegħu ta’ Santa Katarina f’Bataan. Il-parroċċa hija mferrxa ħafna. Ma stajniex immorru kullimkien kuljum. Allura għal tliet darbiet morna f’post fil-muntanji jismu Batiawan li trid siegħa karozza biex tasal fih, u t-triq hija tassew imħarbta. Morna f’Ħadd il-Palm għall-quddiesa, fil-Ġimgħa l-Kbira filgħodu fejn għamilna via sagra fit-toroq taħt xemx taqli l-ankri, u f’Ħadd il-Ghid. Għal dawn in-nies hi okkażjoni speċjali għax jekk ma mmorrux aħna, ma jindunawx li wasal l-Għid. Kif konna hemm, il-Grupp Vokazzjonali malKomunità Formattiva għamilna rtir ta’ tlett ijiem fejn irriflettejna fuq il-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù għalina. Kienu mumenti qawwijin ħafna fejn kulħadd qasam mill-fond ta’ qalbu esperjenzi ta’ tbatija. L-Erbgħa wara nofsinhar saret via sagra animata mill-parruċċani li bdiet mingħand is-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù u spiċċat fiċ-Ċentru Formazzjoni De Piro. In-nies jilbsu lbies ta’ żmien Ġesù u jagħmlu reenactment matul it-triq. Tajjeb li tkunu tafu li hawnhekk hawn drawwa li tidher ftit stramba. Matul dawn il-jiem, fit-toroq tara l-ħin kollu żgħażagħ libsin porpra ħamra u wiċċhom mgħammad, iġorru slaleb tqal. Il-ħbieb tagħhom ikunu qed jiġbduhom b’ħabel u jsawtuhom ta’ veru bil-qasab. Is-sena l-oħra mietu xi tnejn wara li qalgħu daqqa tajba f’għonqhom. Għalkemm il-Knisja kull sena turi l-oġġezzjoni tagħha, din it-tradizzjoni qiegħda dejjem tikber.
Imbagħad wasalna għall-Vġili tal-Għid. Iċċelebrazzjoni bdiet billi ballun tan-nar niżel misSalib ta’ fuq il-Knisja għal nofs il-pjazza fejn qabbad ħuġġieġa kbira. F’dan il-ħin iż-żgħażagħ tal-parroċċa jibdew żifna madwar in-nar. Il-funzjoni mexxiha l-Kappillan, Fr. Joe; Fr. Hector, is-superjur reġjonali, kanta t-“Tħabbira tal-Għid” u jien għamilt il-prietka. In-nies japprezzaw ħafna l-għaqda li jaraw bejnietna. Dan jgħin ħafna liż-żgħażagħ għax jispiraw ruħhom fil-missjoni tagħna. Verament inħoss li għandi niżżiħajr lil Alla, għal kemm nies jersqu lejH matul dan iż-żmien
3 Aħna Lilkom