Ahna Lilkom May 2016

Page 1

Aħna Lilkom

NEWSPAPER POST

Aħna Lilkom

ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB

Orkestra Kabataan

F

r. Joe Cremona mssp, kappillan ta’ parroċċa f’Bataan fil-Filippini, ġietu l-idea li jwaqqaf orkestra għat-tfal, li wara semmiha ‘Orkestra Kabataan’. B’hekk it-tfal u ż-żgħażagħ, barra li jitgħallmu strument, ma jibqgħux jiġru fit-toroq. Fil-provinċja fejn jaħdem Fr. Joe Cremona, din hi ħaġa rari ħafna. Bil-mod il-mod, bl-għajnuna ta’ gruppi differenti Maltin, u mill-flus li ngħataw wara l-maratona OĦLOQ TBISSIMA, inxtraw l-istrumenti u tħaddmu għalliema biex it-tfal ikollhom lezzjonijiet regolari fil-ġimgħa. Din is-sena, però, l-orkestra għamlet qabża partikulari. Bl-għajnuna ta’ benefatturi Maltin mis-settur tal-mużika, inġiebu f’Malta erba’ żgħażagħ

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com għal xahar sħiħ, biex ikollhom taħriġ intensiv filmużika. L-inizjattiva saret possibbli għax ħafna nies, fosthom Peter Paul Galea, Lindsey Mallia, Marcelline Agius, Patricia McEvoy, Chris Porter u Maria Schembri fost oħrajn, ikkollaboraw biex jgħinu lil dawn l-erba’ żgħażagħ. Rome Jake, Aaron, Mikaela u Zeniya kellhom mhux biss taħriġ iffukat, imma wkoll esperjenza unika. Fost l-oħrajn osservaw l-orkestra nazzjonali waqt it-taħriġ tagħha. Fl-1 ta’ Mejju, qabel ma telqu, fil-bitħa tad-Dar ta’ San Ġużepp, saret attività li fiha l-pubbliku numeruż li attenda seta’ jara b’għajnejh it-talent ta’ dawn iż-żgħażagħ Filippini. Grazzi kbira tmur għal kull min għen biex dawn iż-żgħażagħ jiġu Malta.

N

aħseb wara li qrajt fl-ewwel faċċata fuq l-“iva” talFundatur, tapprezza aktar dak li kiteb Fr. Alexander Bonnici OFM Conv., fl-ewwel volum tal-istudju tiegħu ‘IlĦajja ta’ Mons. Ġużeppi De Piro”, rigward din id-deċiżjoni. “Bosta kienu r-raġunijiet li lil Ġużeppi bdew iħajruh għal dik il-għażla tas-saċerdozju. Kien hemm motivi li nistgħu nsejħulhom naturali, u oħrajn li kienu sopranaturali. Ġużeppi ġġudika li skont in-natural tiegħu, l-ebda ħidma ma kienet tgħodd għalih ħlief dik li seta’ jagħmel bħala saċerdot. Hu kien iħoss li bħala saċerdot, seta’ jgħix ħajja hienja għaliex dak l-istat seta’ jagħtih is-saħħa li jirbaħ il-problemi li jiltaqa’ magħhom. Ġużeppi xtaq isir saċerdot biex jingħata kollu kemm hu lil Alla li, meta sar bniedem għalina, tant bata għal dnubietna….L-ideal ta’ ħajja konsagrata kien qed iġib miegħu r-rieda qawwija li hu jitqabad miegħu nnifsu u jimxi fit-triq iebsa tal-perfezzjoni.

L-‘iva’ sħiħa ta’ Ġużeppi De Piro

“I

l-kelma tal-qaddis tagħna għandha tkun: Nimxi warajk kull fejn tmur.” Ġużeppi De Piro kiteb dan ilkliem fid-djarju tiegħu fis-7 ta’ Awwissu 1905. Imma hu kien ilu s-snin jgħix din l-istess verità.

Fit-8 ta’ Mejju tal-1898, iż-żagħżugħ kien fil-Knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt, jitlob is-supplika tal-Madonna ta’ Pompej, flimkien ma’ sħabu l-istudenti universitarji. Dak il-ħin ħass li Alla kien qiegħed jurih biċ-ċar li riedu għalih bħala saċerdot. Ma ħasibhiex darbtejn milli jabbanduna l-kors tal-liġi. Il-Qaddej ta’ Alla kien ukoll ġej minn familja nobbli ħafna, li kellha ħafna propjetà u ġid ieħor. Dan iż-żagħżugħ kien anke qed jirnexxi ħafna fil-pittura. Madankollu wieħed ma jridx jinsa jsemmi li Ġużeppi kien ukoll jagħmel parti millMilizzja Maltija, fejn xi wħud minn niesu kienu diġà okkupaw diversi karigi għoljin. Bħala nobbli De Piro kellu wkoll aċċess faċli għall-pożizzjonijiet għolja u influwenti fis soċjetà Maltija. Ħalla kollox u mingħajr tnikkir, fl-istess sena (1898) mar Ruma u hemm beda l-istudji tal-filosofija u t-teoloġija. Imma l-‘iva’ ta’ Ġużeppi ma kinitx ristretta għall-mument tad-deċiżjoni tal-vokazzjoni tiegħu; it-tweġiba pożittiva tiegħu kienet għal ħajtu kollha u għal dak kollu li din kienet tinkludi: is-sabiħ u l-ikrah, il-ferħ u n-niket, it-tqil u l-ħafif, l-iebes u l-faċli. IlQaddej ta’ Alla għex ir-rieda tal-Mulej għalih f’kull mument ta’ ħajtu. Għexha bla tnikkir u għexha bilqalb u mhux bit-tqanżih. Huwa fittex l-għajnuna ta’ Alla u tal-bnedmin. U wasal!

L-EDITUR NEWSPAPER POST

Mejju 2016 / Għadd 513

Aħna Lilkom • 4

Il-Knisja tal-Ġiżwiti, Il-Belt Valletta, il-post fejn fit-8 ta’ Mejju 1898 De Piro ddeċieda li jsir saċerdot.

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Aħna Lilkom

Mitt sena ilu

Mill-Almanakk tas-sena 1916, li kien joħroġ l-Istitut bl-isem “San Pawl” insibu dan li ġej fuq il-konsagrazzjoni tal-knisja:

F

tit forsi jafu li fejn illum hemm id-Dar (l-Istitut) ta’ San Ġużepp f’Santa Venera, kien hemm palazz kbir u knisja ddedikati lil San Ġużepp. Dan il-palazz kien bnieh il-Kavallier Kmandant u Viċi Kanċillier tal-Ordni ta’ San Ġwann, il-Kav. Fra D. Eugen Ramirez Maldonato. Ma’ dan il-palazz huwa żied ġnien kbir. Wara l-mewt tal-Kavallier, il-propjetà ġiet f’idejn il-Gran Mastru, li kien taha lil xi ammirall tal-ordni sakemm imut. U hekk baqgħet sejra l-istorja. Ftit xhur wara l-wasla tal-Franċiżi f’Malta, kif nafu mill-istorja, il-Maltin ingħaqdu kontra l-invażuri. Huma bdew ifittxu post addattat bħala s-sede tagħhom. Għajnejhom waqgħu fuq dan il-palazz. Biss ġara li meta l-Ingliżi bdew jiggvernaw f’Malta, il-propjetà waqgħet f’idejn ilGvern Ingliż. Fis-sena 1893, Il-Prof. Mons. F. Bonnici, ħa din il-binja għal 99 sena, biex issir orfanatrofju għat-

Id-Direttur Fr. Louis Mallia mssp jagħmel kelmtejn tal-okkażjoni

tfal subien. Fiż-żmien meta Dun Ġorġ Bugeja kien direttur tal-Istitut, huwa żied xi bini biex ikun jista’ jdaħħal aktar tfal. Hekk għamlu Mons. De Piro u Mons. Pantalleresco meta kienu diretturi tal-istitut. Il-kappella oriġinali kienet waqgħet fi żmien li kien hawn il-Franċiżi. Għalhekk reġgħet inbniet oħra, li hi dik preżenti.

Kien fl-14 ta’ Mejju 1916, meta din il-kappella ġiet ikkonsagrata minn Mons. Arċisqof Mauro Caruana OSB. Għalhekk id-Direttur preżenti, Fr. Louis Mallia mssp, xtaq ifakkar dan l-avveniment storiku billi fl14 ta Mejju li għadda, stieden lill-Arċisqof Emeritus Mons. P. Cremona O.P. biex flimkien mal-membri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, jikkonċelebra quddiesa ta’ radd il-ħajr. Biex din iċ-ċelebrazzjoni tieħu aktar kulur, ġiet mistiedna l-Banda Ħamruniża ta’ San Ġużepp, li daqqet quddiem il-vara ta’ San Ġużepp li ġiet imdawra mal-bitħa tal-istess Dar, kif kien isir meta d-Dar kellha l-banda tagħha komposta mill-istess tfal li kienu jgħixu fiha. Ta’ min jgħid li l-MSSP ilhom jieħdu ħsieb it-tfal ta’ din id-Dar sa mis-sena 1922, meta Mons. De Piro kien sar direttur tagħha. L-EDITUR

Fl-14 ta’ Mejju tas-sena msemmija, l-Arċisqof tagħna Mons. Caruana kkonsagra l-knisja l-ġdida, u meta t-tfal semgħu li għandu jiġi l-Isqof b’xi monsinjuri u qassisin oħra miegħu, qalu: Issa jixraq li nżommuhom jieklu magħna, iżda kif nagħmlu? M’għandniex biex inservuhom kif jixirqilhom; jew nagħmlu ħaġa sewwa, inkella ma nagħmlu xejn. La mejda, la siġġijiet, la dvalji, la srievet, la mgħaref, la frieket, la skieken, la tazzi, la platti u anqas fliexken m’għandna. Kieku nisselfuhom mingħand xi ħbieb tagħna, iva, iżda mbagħad trid lil xi proxxmu biex iżejjen il-mejda u jaddatta l-ikel kif imur. Aħseb minn hawn u aħseb minn hemm flaħħar Ġesù daħal għalina u ħasbilna għal kollox Hu mill-pruwa sal-poppa u araw kif - il-festa kellha ssir fl-14 ta’ Mejju; sat-12 għadna ma ħsibna għal xejn. Ġesù laqqagħna ma’ wieħed sinjur Ingliż, qalbu f’idejh, u tlabnih mnejn niddubbaw xi erba’ mgħaref u frieket. “Ħallu f’idejja,” weġibna, u dakinhar stess narawh ġej ma’ sinjur ieħor Ingliż ukoll u miegħu kull xorta ta’ mwejjed, siġġijiet, pultruni, mgħaref u kull ma jinħtieġ għal xi pranzu gwapp. Xi ngħidu mbagħad għall-mejda kif kienet imżejna u mgħobbija? Kienet imħawra tajjeb ferm għaliex barra mill-ikel, frott, ħelu u nbid kellna biex iservu tmien kamrieri libsin mill-aħjar u barra dana kollu, iż-żewġ benefatturi Ingliżi bagħtulna wkoll l-istess mobbli u tapiti tassala tagħhom u ġew huma stess iżejnu bil-fjuri l-mejda u l-kamra ta’ fejn wieħed jista’ jpejjep…… dawn iż-żewġ Ingliżi li huma s-sur Mortimer ta’ quddiem San Ġakbu u s-sur Morris propjetarju tad-ditta Blackley ta’ Strada Rjali tal-Belt, jinqalgħux tgħid! Meta mbagħad ġejna għallkontijiet daqs kemm hu kbir il-Mulej, tant ieħor jaħseb għaċ-ċkejknin Tiegħu, inqeda biż-żewġ Ingliżi biex ikkuntentahom.

Waqtiet differenti tal-festa li saret fid-Dar ta’ San Ġużepp

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

NEWSPAPER POST

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.