Ahna Lilkom May

Page 1

NEWSPAPER POST

Ġużeppi De Piro Missjunarju 5

Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB

Esperjenza missjunarja

Spiritwalità missjunarja (i)

Din is-sena, Fr. Jude Pirotta mssp, il-kappillan tal-parroċċa St. James, fl-Awstralja, reġa’ mar il-Filippini, għal esperjenza missjunarja, ma’ tnax -il student mill-Kulleġġ Thomas Carr, tal-parroċċa tiegħu. Miegħu mar ukoll Dr Andrew Watson, il-Prinċipal tal-Kulleġġ u Mrs. Geralyn McCarthy, direttur tal-istudenti. L-ewwel qagħdu fid-Dar tal-Formazzjoni tagħna, f’Manila. Hawn iltaqgħu mad-Direttur talKuya Center for Street Children in Manila, Sr. Kate O’Neill RNDM. Mhux biss, imma wkoll ġie jżurhom il-Kardina Tagle, l-Arċisqof ta’ Manila, li fl-2014 kien mar fil-kulleġġ tagħhom. Minn hemm huma marru f’Bataan, għand Fr. Joe Cremona mssp, il-kappillan tal-parroċċa Sta. Katerina. Hawn, daru l-fqar u l-morda fi djarhom, ħolqu diversi workshops għat-tfal, u għallmu diversi ħiliet lin-nies tal-post. Dawn iż-żgħażagħ meta qabblu l-ħajja tagħhom mal-faqar li raw, ħarġu b’espressjoni tant sabiħa, “Aħna wkoll responsabbli għal dan il-faqar. Għax aħna lkoll nagħmlu parti mill-Ġisem Mistiku ta’ Kristu li hi l-Knisja”

Ġużeppi De Piro

Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB

L-għoti tal-kariżma missjunarja lill-Knisja fil-persuna ta’ De Piro Fl-14 ta’ Novembru 1921 l-Arċisqof Mawru Caruana waqqaf kanonikament is-Soċjetà ta’ San Pawl biddigriet tiegħu Auctoritate Nostra Ordinaria. L-istess Arċisqof approva l-ewwel żewġ partijiet talKostituzzjonijiet oriġinali fit-18 ta’ Marzu 1924, waqt li t-tielet u l-aħħar parti approvaha fil-5 ta’ Ottubru tal-istess sena. Fit-tliet digrieti li ħareġ biex ta dawn l-approvazzjonijiet, l-Eċċellenza Tiegħu kull darba rrefera għal Mons De Piro bħala dak li waqqaf isSoċjetà ta’ San Pawl. Il-fatt li kien il-fundatur, ifisser li l-Qaddej ta’ Alla rċieva mingħand il-Mulej il-kariżma biex jista’ jara u jinterpreta b’mod uniku l-qagħda tal-Knisja ta’ żmienu, Knisja li kellha tinfirex aktar fid-dinja ħalli tħabbar lil aktar bnedmin l-imħabba ta’ Alla.

Fr. Tony Sciberras mssp

(jissokta)

Is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, fix-xogħol kollu tagħha, f’Malta u fil-missjoni, tiddependi biss mill-benefatturi. Tinsewniex fit-testment tagħkom. Fr. Joe l-Kappillan mal-grupp newspaper post

Mejju 2018 / Għadd 535

Aħna Lilkom • 4

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Kollox beda minn hawn 120 sena ilu, fit-8 ta’ Mejju tal-1898

M

eta joqrob Mejju, aħna l-membri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, ulied Mons. De Piro, mill-ewwel niftakru f’dik il-ġurnata tat-8 ta’ Mejju 1898, meta Ġużeppi De Piro quddiem ix-xbiha talMadonna ta’ Pompej, ħass li għandu jgħid iva għassejħa li jsir saċerdot.

Din l-iva ma waqfitx hemm. Nistħajjel li l-kliem ta’ San Pawl, “L-imħabba ssuqna” u l-kliem talEvanġelju, speċjalment il-Beatitudnijiet, il-Fundatur ħadhom bis-serjetà Kemm-il darba poġġa fil-prattika l-kliem ta’ Ġesù, “Imberkin dawk li jġibu l-paċi”. Min ma jafx bissehem tiegħu biex iġib il-paċi fir-rewwixta tas-Sette Gungio fil-Belt, meta b’sogru għal ħajtu affronta l-folla, u l-għada t-8 ta’ Ġunju, meta l-folla kienet ħabtet għall-Kurja? Kien hu u li ħareġ fil-bieb u bilkelma t-tajba bagħathom id-dar bil-kwiet. Sentenza oħra ta’ Ġesù, li spikkat f’ħajtu hi, “Imberkin il-fqar fl-ispirtu”. Kieku ried, De Piro seta’ jgħix ħajja komda fid-dar t’ommu. Minflok għażel li jgħix mat-tfal fl-istituti. Dan għamlu sa minn meta kien jiġi minn Ruma għall-mistrieħ, u flok imur jorqod għand ommu s-Sinjura Ursula, kien imur flIstitut ta’ San Ġużepp. Ommu kienet issejjaħlu l-fqir tiegħi. Għax kien dejjem jittallab għat-tfal li kellu fl-istituti. Meta kien fl-Istitut ta’ Fra Diegu, lis-soru li kienet tipprepara

L-artal maġġur fil-Knisja tal-Ġiżwiti armat għall-festa tal-Madonna ta' Pompej kif kien jintrema qabel

l-ikel, kien jgħidilha biex tagħtih jiekol minn dak li jkollhom it-tfal, u xejn speċjali. Ħwejġu ta’ taħt kienu magħmula mid-drapp l-aktar fqir ta’ dak iż-żmien. Imma l-aktar sentenza li spikkat f’ħajtu żgur kienet: “Henjin dawk li jħennu”. Din is-sentenza hija sinonima ma’ Mons. De Piro. Għax l-imħabba preferenzjali li kellu lejn it-tfal fl-istituti, kienet verament tispikka. Biżżejjed ngħidu li l-Awtoritajiet tal-Knisja fdawlu f’idejh seba’ istituti, li fihom kienu jgħixu mijiet ta’ tfal bniet u subien. L-imħabba t’Alla għall-faqar baqgħet tixprunah. Infatti fil-Belt huwa fetaħ laboratorju għat-tfajliet foqra li joħorġu mill-istituti biex isibu fejn jaħdmu, jitħallsu tax-xogħol li jagħmlu, u jkollhom post ta’ kenn fejn jinġabru għall-ikel u għall-irqad. Verament, bla dubju jista’ jissejjaħ Missier il-fqar.

L-editur

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Esperjenza ta’ missjunarja lajka fil-missjoni tagħna f’Bataan, fil-Filippini Qalb il-ħdura ta Bataan... fejn relazzjonijiet inbnew u memorji ma jispiċċaw qatt! Kont ilni ħafna ngħid li nixtieq nagħmel esperjenza ta’ volontarjat barra minn Malta. Imma fl-aħħar waslet. Ma kontx naf x’ser insib, x’se nagħmel, u wisq aktar x’se nħoss! Jiena mort ngħin lil Fr. Joe Cremona mssp, kappillan tal-parroċċa Santa Katerina f’Bataan. Kull filgħaxija, bejn il-ħamsa u s-sitta, xi ħamsin ġuvni u tfajla jinġabru fiċ-Ċentru Jose de Piro. Dan iċ-Ċentru nfetaħ mill-missjunarju Fr. Joseph Cremona biex iż-żgħażagħ jinġabru taħt saqaf sikur, minflok jitħallew iduru fit-toroq qalb il-vizzji tad-droga u tal-prostituzzjoni. Fiċ-Ċentru l-membri jinġabru flimkien, min biex jilgħab, min biex jiltaqa’ mal-ħbieb, u min biex jipprattika l-mużika. Il-mużika u lil hinn minnha F’dan iċ-Ċentru ġie mibdi l-proġett tal-mużika. L-għan tiegħu mhux li kulħadd jispiċċa mużiċist professjonali imma biex jagħti inizjattiva, dixxiplina u responsabiltà lit-tfal u jiżviluppaw it-talenti tagħhom. Fil-villaġġ ta’ Pagalanggang f’Bataan hawn nuqqas kbir ta’ opportunitajiet u meta wieħed

jgħaqqad dan mal-problemi soċjali u ma’ sfidi oħra fil-familji, iż-żgħażagħ faċli jispiċċaw bla skop u direzzjoni, b’riskju li jaqgħu fil-vizzji. L-għan u l-qofol tal-formazzjoni li jirċievu miċ-Ċentru huwa l-ewwel u qabel kollox li dawn iż-żgħażagħ iżommu lil Alla fiċ-ċentru ta’ ħajjithom. It-tieni għan hu li jiżviluppaw il-karattru tagħhom. Dan qiegħed isir permezz tal-mużika, li tagħti lill-adoloxxenti l-opportunità li jistinkaw għal xi ħaġa li hi għal qalbhom. Jidher li din is-sistema qed tagħmel differenza sinifikanti fil-ħajja ta’ dawn it-tfal. Il-mużika, bħal ħafna għodda oħrajn, hija wkoll mezz ta’ kif wieħed jesprimi ruħu. Dan huwa aspett kruċjali ħafna fl-adoloxxenti. Għaliex sfortunatament ħafna minnhom m’għandhomx il-kapaċità li jesprimu ruħhom mod ieħor. Apparti mill-mużika, Fr. Joe jgħin lil dawk mixtieqa li jkomplu jistudjaw f’livell unversitarju. Dan jagħmlu minn dak li jirċievi mill-benefatturi. B’hekk iż-żgħażagħ ikollhom iċ-ċans jaslu għal karriera li tkun għal qalbhom, u għal kwalità ta’ ħajja aħjar u b’inqas faqar. Madre Tereża darba qalet “ li tkun imwarrab, mhux stmat, mhux maħbub u minsi minn ta’

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB

madwarek, huwa ġuħ ħafna ikbar, faqar ħafna akbar u agħar milli wieħed ma jkollux x’jiekol.” Meta wieħed jgħix esperjenzi bħal dawn faċilment iħoss u jesperjenza s-sens u l-effett ta dan il-ġuħ. Din hija t-tielet darba li żort dan iċ-ċentru tul din l-aħħar sena u nofs. It-tir tiegħi hu li ngħin fil-qasam emozzjonali, aktar milli dak materjali. Ikolli ngħid, li xejn m’hi faċli biex tagħmel dan. Sfortunatament dawn it-tfal, spiss mingħajr ma jridu, ma jaċċettawx l-imħabba minn dawk ta’ madwarhom, l-attenzjoni li jirċievu faċli tiġi interpretata ħażin u l-valuri li tipprova tgħallimhom ma jgħixuhomx, l-iżjed għax ma jsibuhomx fiddjar tagħhom. Ħafna minnhom m’għandhomx lejn min iħarsu għal eżempju tajjeb u d-differenza bejn it-tajjeb u l-ħażin ma tantx għandhom min jurihielhom. Issa li ġejt aktar minn darba, hemm diversi żgħażagħ li bnejt relazzjoni ta’ ħbiberija magħhom u dejjem qed nipprova nkompli naħdem biex ngħinhom jaċċettaw l-imħabba f’ħajjithom. Hemm baħar jaqsam bejn tgħidha u tagħmilha

għax għalihom hu veru diffiċli biex jifhmu din il-ħaġa. Sfortunatament, dan huwa frott talesperjenzi passati tagħhom fil-familji u s-soċjetà. Tgħin il-fqir u tgħix mal-fqir…. Aktar ma niġi hawn, aktar nintebaħ li altru tgħin il-fqir mill-bogħod u milli wieħed iqum u jorqod qalb il-faqar, aktar u aktar meta dan il-faqar huwa psikoloġiku u emozzjonali. Għalhekk nieħu l-opportunità biex minn qiegħ qalbi nirringrazzja lill-missjunarji kollha li jiddedikaw ħajjithom għal dawn in-nies u t-talb tagħna lejn dawn m’għandu jonqos qatt. Inħeġġeġ individwi u gruppi minn Malta ħalli niġu ngħinu lil dawn il-missjunarji. Ma ninsewx x’qal il-Papa “Huma dawn l-azzjonijiet żgħar ta’ ħniena u mħabba li jwasslu lill-bniedem biex iħoss il-preżenza t’Alla fostna.”

Ms. Pippa Agius newspaper post

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.