Ahna lilkom november 2017

Page 1

NEWSPAPER POST

L-Esperjenza f’Bataan

G

ħal ħafna snin, issa, fis-sajf nagħżel li nagħmel esperjenza f’xi pajjiż missjunarju flimkien ma’ xi żgħażagħ oħra. Dan is-sajf xtaqt li nerġa’ mmur l-Filippini fil-parroċċa tagħna ta’ Sta. Katarina, f’Pagalangan, Bataan. Flimkien ma’ sitt żgħażagħ oħra, erħejnilha għal din il-parroċċa lejn l-aħħar ta’ Lulju għal erba’ ġimgħat wara ħafna preparazzjoni u komunikazzjoni. Kellna ħafna entużjażmu u ħolm imma konna għadna inċerti kif kienet ser tirnexxi din l-esperjenza.

Fr Joe Cremona u xi membri oħra tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl laqgħuna tajjeb ħafna u wasalna fil-parroċċa bil-lejl, fix-xita u l-umdità. Meta sbaħna l-għada filgħodu ż-żgħażagħ kienu ġa fl-ilma tal-għalqa li għandna mal-compound tagħna jħawlu r-ross. Kien is-Sibt u fi ftit sigħat mis-sebħ il-post imtela’ b’ħafna żgħażagħ u tfal, b’ħafna strumenti u daqq, u b’attività diversa. Il-ġimgħat ta’ wara qattajnihom naħdmu fi tliet skejjel li hemm fil-parroċċa tagħna, ngħallmu l-mużika, il-PE u l-ġurnaliżmu waqt il-ħinijiet taliskola. Filgħaxija, mbagħad, dawk kollha minna li għandna nitfa tagħrif mużikali użajnih mat-tfal tal-orkestra tal-parroċċa: Josè Depiro Kabataan Orkestra - meravilja ta’ x’tista’ tagħmel bit-tfal meta tagħtihom sens għal dak li jħobbu.

newspaper post

Novembru 2017 / Għadd 529

Ġużeppi De Piro Missjunarju 5 Ġ. De Piro waqqaf Soċjetà għall-missjonijiet ad gentes (iii) “San Pawl : Almanakk ta’ l-Istitut tal-Missjoni” Id-dedikazzjoni, il-ħeġġa, l-inizjattiva, l-imħabba u l-ġenerożità tal-Qaddej ta’ Alla għall-missjoni ma kinux iħalluh jikkuntenta biss bit-twaqqif u t-tkabbir tas-Socjetà missjunarja tiegħu. Fl-1922, biex ikun jista’ jdakkar kemm jiflaħ nies bl-ispirtu missjunarju, De Piro beda joħrog lil San Pawl : Almanakk ta’ l-Istitut tal-Missjoni, annwarju li hu baqa’ jippubblikah sa ma miet. F’dawn il-paġni De Piro kien jippubblika siltiet minn diskorsi jew enċikliki tal-papiet dwar il-missjoni. Ġieli ppreżenta xi mudell ta’ kuraġġ billi kiteb fil-qosor il-ħajja ta’ xi missjunarju Malti jew barrani. U kien hemm meta għamel xi eżortazzjoni liż-żgħażagħ, lill-ġenituri, lill-benefatturi u lill-qarrejja dwar il-vokazzjoni missjunarja jew l-għajnuna materjali li dawn kienu jistgħu joffru għall-ħidma missjunarja tal-Knisja. Fr. Tony Sciberras mssp

(jissokta)

Int qatt ħsibt għal xi ħaġa wara mewtek? Mela waqqaf Fondazzjoni ta’ Quddies, mas-Soċjetà tagħna. Tista’ tagħmel din il-fondazzjoni f’ħajek jew tista’ tħalliha fit-testment. Ċemplilna 7926 5968 għal aktar informazzjoni.

Aħna Lilkom • 4

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Urugan f’Kuba K

ien it-8 ta Settembru meta urugan mill-aktar qawwi msejjaħ Irma wasal fuq il-gżira ta’ Kuba propju fir-raħal fejn qegħdin naħdmu aħna l-missjunarji ta San Pawl. Għalina kienet l-ewwel esperjenza u ngħidilkom il-verità kienet esperjenza tal-biża’. Meta t-tempesta waslet fuqna bdiet nieżla xita bil-qliel, is-sajjetti bdew ifaqqgħu waħda f’oħra u riefnu mill-aktar qawwi beda jkisser u jtajjar kull ma kien hemm quddiemu: soqfa tad-djar, pjanċi, siġar u elf ħaġa oħra. Il-pulizija u s-suldati avżaw li ħadd ma seta’ joħroġ minn daru għall-ebda raġuni. Kienu tlett ijiem ta’ riħ, xita u sajjetti bla waqfien. Meta għadda l-maltemp u ttawwalna mit-tieqa stħajjilna ruħna bħal Noe jittawwal mill-arka wara d-dulluvju! Fit-toroq kien hemm diżastru sħiħ, iżda l-kbir kien għadu ġej! Is-siġar li kienu mimlijin frott kollha spiccaw mqaċċtin. It-toroq kienu mimlija ilma iżda l-ilma tal-vit dam maqtugħ għal tlett ijiem sħaħ. Id-dawl ukoll inqata’ għal ħamest ijiem. Kullimkien imtela’ nemus iqatta’ u jigdem bla ħniena. Ħtija tattħarbit, il-kċejjen ta’ kulħadd spiċċaw vojta. In-nies bdiet tiġġieled biex tixtri ħobża, u kellha tistenna fil-kju għal sigħat sħaħ sakemm imissha ħobża żgħira li saret tiswa ħames darbiet il-prezz normali. L-għelieqi kollha kienu mgħarrqa fl-ilma u l-prodotti miżrugħa fihom intilfu kollha. Aħna l-missjunarji malajr xammarna l-kmiem biex nibdew ngħinu. Morna nżuru l-aktar inħawi milqutin fejn sibna djar bla soqfa u oħrajn mgħarrqa

fl-ilma. Sibna morda f’sodod imxarrbin u familji sħaħ bla ikel li prattikament tilfu kull ma kellhom. Mill-ftit li kellna bdejna naqsmu mal-oħrajn dak li Alla pprovdilna. Minn qalbna nixtiequ ngħidulkom grazzi tattalb u s-sapport tagħkom il-benefatturi f’dawn il-mumenti hekk diffiċli li għexna u li qegħdin ngħixu għax kif qal l-istess President tal-pajjiż, “quddiemna hemm ġranet ibsin jistennewna.” Frs. Giovanni Cefai, Mario Ramos, Nilton Bardales,MSSP

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Meta tagħti tirċievi aktar... Esperjenza ta’ volontarjat fil-Perù

L

-ewwel darba li mort btala fil-Perù xi erbataxil sena ilu, waqt li kont fil-pjazza ta’ Cusco, resqet daqsxejn ta’ tifla lejja, maħmuġa, imgerrma u ħwejjiġha mqattgħin u qaltli: comprami (ixtrini). Dawn iż-żewġ kelmiet nifdu stallett ġewwa qalbi, iċċassajt lejha u bilkemm flaħt inkellimha. Sirt naf li jisimha Marija, kellha sitt snin u ma tmurx skola. Sibt li ma kontx jien li xtrajt lil Marija kif kienet talbitni hi, imma kienet hi li xtrat lili. Fija nisslet xewqa kbira li mmur nagħmel esperjenza f’art talmissjoni. Mill-ħwienet ta’ Arequipa sirt naf li l-missjunarji li hemm jaħdmu huma Maltin. Bdejt infittex fuq dawn il-missjunarji Maltin u bdejt nikkomunika ma’ Fr Frank Cortis, li llum qed igawdi lill-Mulej. Ma domtx naħsibha, qtajt biljett tal-ajru u tlaqt lejn il-Perù. Lil Fr Frank sibtu jistennieni fl-ajruport ta’ Arequipa. Miegħu kellu tlett itfal żgħar, li kif rawni, bi tbissima ħelwa fuq wiċċhom, ma telqunix għal sekonda waħda. Meta wasalna d-dar tat-tfal, li tinsab xi erbgħin minuta bogħod mill belt, sibt li kien hemm jgħixu fiha ħamsin tifel u tifla ta’ bejn tmintax-il xahar u ħmistax-il sena. Tawni sorpriża sabiħa għax kif dħalt, uħud minnhom bdew idoqqu l-istrumenti tagħhom u l-oħrajn ikantaw kant tipiku tal-Amerika t’isfel. Wara kollha ġew iduru miegħi, jgħannquni u jbusuni.

Il-ħidma magħhom kienet kontinwa. Dar b’ħamsin tfal titlob ħafna xogħol u spejjeż kbar. X’ħin it-tfal ikunu l-iskola kont nagħmel ħafna xogħol fil-maħżen tal-ikel u l-ħwejjeġ. Kont ngħin fil-kċina, u meta jiġu t-tfal mill-iskola kont ngħinuhom filhomeworks kif nista’. Nhar ta’ Sibt filgħodu kmieni kont nieħu żewġt itfal kbar miegħi u flimkien immorru s-suq u nixtru l-bżonnijiet għall-ikla talĦadd. Konna niġu mgħobbija bħal ħmar. Il-ħin ta’ waranofsinhar kont inqattgħu nħejji d-deżerta għallĦadd. Il-Ħadd filgħodu jien u t-tfal il-kbar konna nsajru flimkien. Mhix ċajta ssajjar għal sittin ruħ: ħamsin tfal u għaxar ħaddiema. Waqt it-tisjir ma kinitx tonqos ilmużika u xi żifna fil-kċina. Il-banda konna noħolquha aħna. L-għotjien tal-borom iservu flok il-platti tal-

banda, u aktar melodija permezz tal-kuċċaruni u l-imgħaref. Insomma l-importanti li nagħmlu xi ħoss u li nidħku flimkien. Ma jonqosx it-tgħanniq u l-bews u l-importanti li turihom li tħobbhom. Wara kull tifel u tifla hemm storja li tkexkex. Fid-dar tal-missjunarji Maltin tal-MSSP, dawn sabu kull ma kellhom bżonn: saqaf fuq rashom minflok il-kesħa tat-triq, sodda u kutra minflok l-isprall taddrenaġġ għas-sħana, ħwejjeġ u ikel minflok ilbies imqatta’ u żaqq vojta, skola u edukazzjoni flok ġiri fit-toroq, kif ukoll għajnuna medika u psikologa minħabba l-problemi tal-mard u t-trawmiet li għaddew minnhom. U fuq kollox….l-imħabba minflok is-swat. Kelli ngħallem l-Innu Malti lit-tfal għax ftit xhur wara, kellu jżur id-dar il-President ta’Malta. Ħames ġimghat għaddew bħal berqa u l-firda kienet iebsa. Kont ċerta li ser nerġa’ mmur, hekk kif għamilt kull sena wara. Fit-tieni żjara kelli x-xorti li nitgħallem iżjed ilfirxa tax-xogħol tal-missjunarji. Qrib id-dar hemm kċina kbira, fejn wara li jissajjar l-ikel jitqassam lillfqar. Dawn in-nies jgħixu f’faqar kbir. Dar ta’ erba’ ħitan b’saqaf tal-pjanċi u ħofra fl-art li sservi ta’ toilet. It-toroq huma kollha ħofor u trab u biex tasal

ħdejhom, trid tgħaddi minn widien fondi. Ix-xemx tiżreġ matul il-jum, iżda bil-lejl taqa’ kesħa kbira. Meta mradt u Fr Alex qalli li aħjar immur salklinika, bżajt, għax bejni u bejn ruħi għidt: min jaf xi klinika hawn f’dan il-faqar, iżda meta dħalt u rajt ritratt ta’ Mons De Piro, indunajt li kien xogħol il-missjunarji Maltin, fejn jagħtu servizz ta’ saħħa u kura lil min jeħtieġha. Hemm sibt lil Maris, nurse Maltija li marret bħala voluntiera tnax-il sena ilu u baqgħet hemm. Ir-rispett lejn il-patri huwa kbir. Għalihom il-patri hu l-ħabib tal-qalb u l-missier spiritwali. Fih isibu l-kenn, is-serħan tal-qlub muġugħa, u għal ħafna l-ħobż u l-għixien ta’ kuljum. Meta tgħix u tmiss malfaqar, tibda tapprezza iżjed. Huma, li ma għandhom xejn, dejjem bi tbissima fuq wiċċhom u ferħana u qatt ma jgergru. Lura Malta, ma niflaħx nara l-fsied żejjed u l-ħela tal-ikel. M’hija l-għażla ta’ ħadd li jitwieled u jgħix bil-ġuh u fqir. Kull darba liimmur hemm inħossni li qed nirċievi ħafna iżjed lura. Il-paċi u l-ferh fil-qalb ma tistax tispjegahom, u nitlob lill-Mulej ħalli jtini s-saħħa sabiex nibqa’ mmur. Ms. Pauline Zammit

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

newspaper post

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.