Ahna Lilkom November 2016

Page 1

NEWSPAPER POST

Novembru 2016 / Għadd 518

NO 48

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB

Il-Mixja Spiritwali

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

D

Musulew fil-Perù

F

il-missjoni li għandna fil-Perù, kien għad ma hemmx post fejn nidfnu l-membri tagħna.

Dan l-aħħar, is-sindku taż-żona fejn qegħdin jaħdmu l-missjunarji, b´apprezzament għax-xogħol siewi li qed iwettqu l-missjunarji fost il-familji foqra, ta biċċa art fiċ-ċimiterju, fejn fuqha nbena dak li jsejħulu musulew. Din hija kappella żgħira kif hemm fiċ-ċimiterji tagħna, li fiha hemm tmien oqbra għallmissjunarji. Għalhekk fl-20 ta´ Lulju, qrib it-tliet snin mill-mewt ta’ Fr. Frank Cortis mssp, li miet waqt il-qadi tal-ministeru tiegħu mat-tfal bi bżonnijiet speċjali, il-fdalijiet tiegħu ġew ittrasferiti għal dan il-post addattat u tant sabiħ. Għal din l-okkażjoni, is-saċerdoti tagħna li qed jaħdmu f’diversi parroċċi nġabru flimkien u wara li bierku l-oqbra u ċċelebraw l-ewkaristija, refgħu huma stess, kif jidher fir-ritratt, il- fdalijiet ta’ Fr. Frank u poġġewh jistrieħ fil-musulew.

in il-mixja spiritwali qatt ma aljenatu mirrealtà, anzi kienet ta’ esperjenza fil-ħajja ta’ kuljum. Huwa rabat lilu nnifsu biex ifittex u jagħmel ir-rieda t’Alla u ffissa ħarstu fuq l-orizzont li l- fidi biss tista’ toffri. Għalih it-tama ma kinitx xi xewqa battala imma mibnija fuq ilfidi. L-ispiritwalità missjunarja ta’ De Piro hija mibnija fuq l-esperjenza u l-għarfien li kull wieħed huwa maħbub immens minn Alla, kif ukoll fuq ir-realtà. li meta wiehed jskopri dan il fatt, hajtu nimbidel ghal kollox. Meta wiehed ikollu din l esperjenza f’hajtu, ikun jista jimxi aktar bil heffa. Il-monument ta' Mons. De Ll- missjunarju, ghandu Piro, li hemm fid-daħla jghin lin-nies jiskopru tad-Dar ta' Sant. Agata is-sinjali ta’ limhabba t’Alla f’hajjithom u fid-dija li fiha jghixu, Ghinhom ukoll jiskopru, li missjoni tahhom hi, li juru li din l-imhabba hija mifruxa ghal kullhadd u ma kulimkien.

Missjoni f’Kuba? Fuq stedina tal-Kunsill Ġenerali tas-Soċjetà tagħna, u b’deċiżjoni tal-Kunsill Reġjonali tal-Perù, Fr. Giovann Cefai, Superjur Reġjonali għall-Perù u Fr. Alex Busuttil, membru tal-Kunsill, fi Frar li għadda marru jaraw il-possibbiltà ta’ missjoni fil-gżira ta’ Kuba li qiegħda fil-Baħar tal-Karibew. Meta waslu ġew milqugħa minn saċerdot Malti, Dun Paul Buttigieg, u minn membru tas-Soċjetà tal-MUSEUM, li qed jaħdmu bħala missjunarji f’Kuba. Fost l-impenji li kellhom marru għal laqgħa malIsqof Arturo tad-Djoċesi ta’ Santa Clara. Huma ddiskutew id-diffikultajiet u l-possibiltajiet li toffri din id-Djoċesi. Waqt li kienu hemm kellhom l-opportunità li jduru l-postijiet tal-katekiżmu u d-djar tan-nies il-fqar u li fihom jitqaddes ukoll il-quddies. F’Kuba minflok knejjes kbar hemm djar jisimhom ´Casa Mision´ u s-saċerdot iqaddes il-quddies fihom. Jinġabru l-ġirien tat-triq kollha u ssir il-quddiesa. Spiss ikun hemm min ikollu jsegwi l-quddies minn

FUNDAZZJONI WARA L-MEWT Qatt ħsibt biex tħalli xi ħaġa għall-quddies wara mewtek? Dan tista’ tħallih fit-testment, jew issa. Aħna nistgħu ngħinuk. Ċemplilna 7926 5968 Fr. Alex Busttil, l-Isqof Arturo u Fr. Giovann Cefai NEWSPAPER POST

Aħna Lilkom • 4

barra għax id-dar timtela bin-nies. Wara sid id-dar joffri kikkra kafè u gallettina lil dawk preżenti. Il-missjoni tidher li ser tkun skont il-qalb talFundatur, Mons. De Piro, għax Fr. Niton u Fr Mario sejra tkun mezz ta’ tagħlim u solidarjetà ma’ dawn in-nies fqar. Il-popolazzjoni tad-djoċesi tlaħħaq mal-miljun ruħ. Il-poplu hu fqir imma reliġjuż, u għaddej minn ħafna tbatija minħabba l-komuniżmu. F´din iddjoċesi ta’ 'l fuq minn miljun ruħ, hemm 34 saċerdot biss. Il-parroċċa li l-Isqof issuġġerixxa lill-missjoni tagħna qiegħda f’post jismu Manigaragua, u l-knisja hija dedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Din il-missjoni jekk Alla jrid ser tkun okkażjoni ta’ vokazzjonijiet ġodda. B’konsegwenza ta’ din iż-żjara tas-Superjur Reġjonali u l-assistent tiegħu f’Kuba, Fr. Mario Ramos u Fr. Nilton Albado, żewġ saċerdoti Peruvjani tas-Soċjetà tagħna, marru għal tliet xhur, minn Awwissu sa Ottubru, bħala esperjenza personali. Nitolbu lil Alla, bl-interċessjoni tal-Fundatur, ħalli dan l-esperiment ta’ missjoni ġdida f’ Kuba, jekk hi skont il-volontà t’Alla, tibda u tkompli għall-glorja t’Alla u l-ġid tal-erwieħ. L-Editur

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Kollox beda minn hawn N

ovembru huwa xahar importanti għalina l-membri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl għax fit-2 ta’ Novembru tal-1877 twieled ilFundatur tagħna, Ġużeppi De Piro. Ix-xitel u s-siġar ma’ jikbrux jekk ma jsibux ħamrija tajba, jekk mhux ukoll imdemmla sew. Il-frott ta’ dawn is-siġar juri mill-ewwel is-sbuħija u l-benna tagħhom għax kienu kkultivati sew. Hekk ġara f’Ġużeppi De Piro, iben dehen ta’ Alessandro u Ursula neè Agius Caruana. Din ilkoppja ma kinitx nobbli għall-fatt biss li kienet tiġi mill-qrib minn barunijiet u markiżi. Din il-familja Mons. De Piro (l-ewwel wieħed mix-xellug) mal-familja tiegħu kienet nobbli anki fl-imġiba tal-membri tagħha. Lid-disa’ wlied tellgħuhom fil-biża’ t’Alla u riedu li kien imur jgħin fl-Istitut ta’ San Ġużepp, fejn kien huma jkunu parti mis-soċjetà ta’ madwarhom. Riedu jitħallat mal-fqar u l-orfni. Dan is-sens ta’ mħabba lejn wkoll li jitgħallmu jmiddu jdejhom għax-xogħol. il-fqar mexxih biex jaċċetta li jkun direttur ta’ diversi Hekk, per eżempju, lill-bniet għallmuhom ix-xogħol istituti tat-tfal iltiema. Din kienet responsabiltà mhux tal-ħjata u r-rakkmu. Lil Ġużeppi għallmuh is-sengħa żgħira. Din ir-responsabiltà mbuttatu biex hu stess ta’ landier. Mhux biss, imma biex iħajru lil ulied il-fqar imur jittallab il-Marsa u ħdejn id-Dokjard, biex ikollu jidħlu fil-Milizzja Rjali, ma sabuhiex diffiċli li jingaġġaw x’jitma’ lil dawn il-mijiet ta’ subien u bniet, l-għeżież għal sena u nofs lil Ġużeppi bħala suldat. tiegħu. Kif jgħidu, skont iz-zokk il-fergħa. Ġużeppi L-imħabba lejn art twelidu ma ħallitux jara lil ħutu xorob dak kollu li l-ġenituri tiegħu xtaqu jagħtuh: l-Maltin ibatu u jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom u hu il-ġenerożità, l-ispirtu ta’ altruiżmu u l-imħabba lejn ma jagħmel xejn. Ta sehem importanti biex jintlaħaq il-batut. Dawn is-sentimenti, li dehru ċar fil-ħajja ftehim fl-inkwiet tas-Sette Giugno. tiegħu kollha, wirithom minn ommu. Din kienet mara Il-ħerqa għat-tagħlim tal-katekiżmu ħeġġitu biex eżemplari u ta’ karattru sod. jara li jkun hemm it-tagħlim tad-duttrina fl-Imdina Ġużeppi qatt ma għamlet bih in-nobbiltà talkif ukoll f’Birkirkara fejn akkwista f’isem is-Soċjetà li familja tiegħu. Meta beda’ jistudja Ruma għaswaqqaf, oratorju li kien inbena għal dan l-iskop. Illum saċerdozju u allura kull sena kien jiġi għall-vaganzi, dan il-post huwa magħruf bħala l-Oratorju MSSP.

Is-Sinjura De Piro, omm il-fundatur

Is-sodda fejn twieled Mons. De Piro

Mons. De Piro mal-ewwel żewġ membri tas-Soċjetà

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Mons. De Piro waqt il-laqgħa tas-Sette Giugno

Mons. De Piro fl-Oratorju ta' Birkirkara

Fr. O. Galea ma' rappreżentanti ta' għaqdiet tal-emigranti Maltin

Imnebbaħ mill-Mulej, waqqaf soċjetà ta’ reliġjużi rġiel bl-iskop li jmorru f’artijiet oħra fejn hemm bżonn ixandru l-Evanġelju. Uliedu spiritwali ma naqsux li jwettqu dan l-ideal. Illum, barra d-djar li s-Soċjetà għandha f’Malta u f’Għawdex, il-missjunarji tiegħu, kif isejħilhom il-Fundatur, salpaw mal-emigranti lejn l-Awstralja

Il-qabar tal-fundatur f'Sant'Agata

f’1948, u wara marru ukoll ma’ ħutna l-emigranti filKanada fl-1959. L-ispirtu missjunarju ta’ De Piro baqa’ jbaqbaq fid-demm tal-ulied spiritwali tiegħu, għax illum dawn il-missjunarji nsibuhom jaħdmu fil-Perù, fil-Pakistan u fil-Filippini. Bħalissa wkoll is-Soċjetà qed tesplora l-possibiltà li tkun preżenti f’Kuba. Jalla l-wirt spiritwali tal-Qaddej t’Alla Ġużeppi De Piro jibqa’ jixtered u jħeġġeġ żgħażagħ oħra ħalli jħaddnu dan il-għan hekk nobbli. Il-fundatur mal-GvernaturCampbell u tfal tal-Istitut ta' San Ġużepp NEWSPAPER POST

L-Editur Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.