Ahna Lilkom November 2015

Page 1

Aħna Lilkom

N E W S PAP E R

PO S T

Novembru 2015 / Għadd 507 No 38

Fr. Marcell waqt laqgħa tal-Lectio Divina

L-esperjenza tiegħi fil-Perù (3)

L-art tal-Perù hija maqsuma fi tliet reġjuni: fejn ilbaħar, fuq il-muntanji u fil-foresti. Il-pajjiż għandu 24 provinċja. Il-belt kapitali tal-Perù hi Lima. Il-membri tagħna fil-Perù qegħdin jaħdmu fiż-żewġ provinċji ta’ Condusuyus, fil-belt ta’Aplao fejn għandna parroċċa, u fil-provinċja ta’ Arequipa. Hawn għandna ħames parroċċi. Imbagħad għandna parroċċa oħra f’Lima. L-ewwel parroċċa li żort f’Arequipa kienet dik ta’ La Tomilla. Propjament hawn insibu żewġ knejjes. Il-knisja parrokkjali hi ddedikata lis-Salib u l-knisja l-oħra lill-Madonna. Il-kappillan hu Fr. Marcell Portelli, millFontana, Għawdex. Miegħu għandu d-djaknu Fr. Carlos Alberto. Hawn isiru l-attivitajiet il-kbar, bħal laqgħat għażżgħażagħ, speċjalment bi preparazzjoni għall-ewwel tqarbina u għall-Griżma tal-Isqof, u korsijiet bi tħejjija għaż-żwieġ, preparazzjoni għall-magħmudija u mitt ħaġa oħra. Meta tħares lejn il-knisja ddedikata lill-Madonna, mill-ewwel jolqtok il-kobor tal-bini tagħha. Barra l-knisja parrokkjali, hemm dar tal-irtiri, b’sala kbira fejn isiru wkoll il-laqgħat, u kċina mdaqqsa. Il kċina sservi għar-residenti tal-irtiri, imma wkoll biex matul il-gimgħa jagħtu jieklu lit-tfal u x-xjuħ fqar tal-parroċċa. Din id-dar kienet laqgħet fiha lill-ex-president ta’ Malta, Dr. Gorge Abela u t-80 voluntier/a li telgħu miegħu.

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

It-Testment Spiritwali ta’ Mons. Ġ. De Piro Din l-ispiritwalità tal-għaqda li tant tkellem fuqha u pproponiha lill-membri tas-Soċjetà tiegħu, insibuha riflessa ċar fit-testment spiritwali tiegħu: “Jiena rrid nitlob maħfra ‘l dawk kollha li setgħu forsi joffendu ruħhom b’xi għemil tiegħi, waqt li jien kont qed naqdi l-uffiċċji u x-xogħlijiet tiegħi. Imma jekk saret xi offiża, nitlob ‘il min intlaqat biex jifhem li din kienet minħabba d-dgħufija tiegħi bħala bniedem għax żgur li f’qalbi ma żammejt mibegħda lejn ħadd”. “Lill-membri tas-Soċjeta’ ta’ San Pawl, mingħajr ebda distinzjoni, kemm jekk huma Superjuri kif ukoll jekk huma sudditi, inħeġġiġhom ħalli jagħmlu ħilithom kollha biex, fi Kristu, jinħabbu bejniethom. Huma għandhom ikunu ċerti li xejn ma jista’ jkun ta’ glorja ‘l Alla, ta’ ġid għas-Soċjeta’, u ta’ vantaġġ spiritwali għalihom infushom u għall-proxxmu aktar mill-imħabba li jżommuha b’għożża, skont il-kelmiet ta’ San Pawl, Missierna: ‘Hi l-imħabba li tibnina’”.

Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb Found Among Sinners miktub minn Fr. Martin Cilia mssp

Qatt ħsibt għal xi ħaġa wara mewtek?

Fr. Carlos u Fr. Marcell ma’ grupp kitarristi

Fr. Marcell ma’ grupp mill-parroċċa

Mela waqqaf Fondazzjoni ta’ Quddies mas-Soċjetà tagħna. Tista’ tagħmel din il-Fondazzjoni f’ħajtek jew tħalliha fit-testment. Ċemplilna (79265968) għal aktar tagħrif.

newspaper post Aħna Lilkom • 4

Aħna Lilkom

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com

Direttur ġdid fid-Dar ta’ San Ġuzepp Santa Venera L-Istitut ta’ San Ġużepp kien waqqfu Mons. Franġisk Bonnici fis-27 ta’ Awwissu 1888, f’dar ċkejkna ħdejn il-Kappella tas-Samra, il-Ħamrun. IdDar tqiegħdet taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp. Peress li d-Dar kienet żgħira, Mons. Bonnici fittex post akbar. Infatti fit-13 ta’ Mejju 1893 Mons. Bonnici akkwista b’ċens mingħand il-Gvern, binja msejħa “il-Palazz l-Aħmar” magħruf ukoll bħala “il-Palazz ta’ San Ġużepp” f’Santa Venera, fejn għadu sa llum. Wara Mons. Bonnici kien hemm diversi diretturi oħra li ħadu ħsieb l-istitut, fosthom Dun Ġorġ Bugeja li bena l-kappella ta’ San Ġużepp fl-1916. Dun Ġorġ Bugeja miet f’daqqa fl-1922, u l-Arċisqof Caruana nnomina lil Mons. De Piro bħala direttur. Din il-kariga ma kinitx sorpriża għal De Piro, għax kull meta kien jiġi minn Ruma kien jgħaddi ħafna ġranet f’dan l-istitut. Barra dan għandna ittra li kien kiteb lil Mons. Vassallo, dik il-ħabta Direttur tal-Istitut, li fiha fost l-oħrajn qallu, “….(San Ġużepp) ikun appostolat sekondarju għall-membri (tas-Soċjetà)”. Dan kollu seħħ għax meta hu sar Direttur, il-Freres li kienu jmexxu l-istitut ma setgħux ikomplu u Mons. De Piro ġab il-membri tas-Soċjetà minflokhom, fejn baqgħu sa llum. F’Ottubru li għadda Fr. Louis Mallia ntgħażel bħala d-Direttur ilġdid tad-Dar ta’ San Ġużepp. Fr. Louis twieled iż-Żebbuġ Għawdex fl-1963 u ġie ordnat saċerdot fl-1990. Wara ftit li qaddes huwa ntefa’ b’ruħu u ġismu għall-promozzjoni missjunarja, b’mod partikolari permezz taċ-ĊAM (Ċentru Animazzjoni Missjunarja). Iċ-Ċentru jorganizza korsijiet fuq l-għarfien tal-missjoni, u jtella’ guppi ta’ lajċi għal esperjenza filmissjoni b’mod regolari. Biex ikun aktar ta’ sevizz lill-Knisja, waqqaf iċ-Cpi, li barra li toffri materjal missjunarju, tforni wkoll programmi reliġjużi lill-istazzjonijiet televiżivi. Barra dan, isem Fr. Louis huwa marbut ukoll mal-maratona “Oħloq Tbissima”. Bejn l-2007 u l-2013, serva wkoll bħala Superjur Reġjonali għal Malta. Fr. Louis ħa post Fr. Frankie Cini, li kien ilu disa’ snin direttur. Filwaqt li nirringrazzjaw lil Fr. Frankie, inwiegħdu t-talb tagħna lil Fr. Louis.

L-Editur Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


AĦBARIJIET

Bejn Awwissu u Settembru li għaddew, grupp ta’ 17-il persuna (inkluż Fr. Louis Mallia) għamilna esperjenza ta’ erba’ ġimgħat xogħol f’Arequipa fil-Perù, mal-missjunarji Maltin tal-MSSP. Ħdimna ma’ ħafna familji verament fqar. Il-Peruvjani huma nies ġentili ħafna, u apprezzaw ferm li morna ngħinuhom minn daqshekk ‘il bogħod. Qabel tlaqna minn Malta bgħatna żewġ kontejners tal40 pied li nġabru mingħand ħutna l-Maltin matul is-sena. Ovvjament ħassewhom tilgħin is-sema meta bdejna nqassmulhom affarijiet li kellhom bżonn bħal sodod, imtieraħ, kukers, borom, lożor u twapet flimkien ma’ ħafna ikel u ħwejjeġ. Ghalkemm il-familji kienu jarawna anġli, l-anġli huma dawn in-nies li b’tant fidi f’Alla, u b’tant ferħ, qed jgħixu l-ħajja tagħhom ġurnata b’ġurnata.

Marthese Brincat

Din is-sena l-Kulleġġ tagħna, SPMC qed ifakkar il-50 sena mit-twaqqif tiegħu. Fost l-attivitajiet biex ifakkru l-Ġublew tad-Deheb, grupp ta’ 9 nisa u rġiel immexxija minn Fr Silvio Bezzina, Rettur tal-Kulleġġ, marru għal esperjenza missjunarja ta’ xahar bejn it-8 ta’ Lulju u s-7 ta’ Awwissu f’Aplao, il-Perù, fejn ħadmu mal-fqar tal-parroċċa mmexxija minn Fr. Kola Schembri mssp. Fost ix-xogħol li twettaq mill-grupp kien hemm it-tagħlim tal-Ingliż fil-Kulleġġ San Tarcisio, bini ta’ żewġt idjar tal-injam u xiri ta’ għamara bażika għal żewġ anzjani fqar (wieħed minnhom nieqes middawl), żjarat lill-familji, għajnuna fit-tagħlim talkatekiżmu u servizz pastorali. B’demgħa f’għajnejhom, il-membri tal-grupp ħallew lil dawk li tant laqgħuhom u ħabbewhom u żgur li din l-esperjenza se tibqa’ fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minnhom tul ħajjithom kollha.

Bernardette Micallef

Bħal kull sena ĊAMYouths jorganizza programmi ta’ volontarjat kemm barra minn Malta, kif ukoll f’Malta. Din is-sena morna b’żewġ gruppi l-Irlanda u grupp ieħor Napli. F’Malta, kull komunità fi ħdan ĊAMYouths għamlet attività mat-tfal ta’ Dar San Ġużepp. Fl-attivitajiet li saru barra, ix-xogħol prinċipali kien ma’ tfal li s-Sorijiet Missjunarji talKarità jagħrfu bħala dawk li huma l-aktar fi bżonn. Mal-laqgħat li jsiru magħhom ikun hemm kant, żfin, katekeżi, logħob u kraft. Nieħu gost nara ż-żgħażagħ jiġu lura aktar entużjasti minn meta marru.

Fr. Karm Debattista

Irtir f’Dar Stella Maris, Għawdex

F

il-ħamest ijiem bejn il-31 ta’ Awwissu u l-4 ta’ Settembru, aħna s-saċerdoti tar-Reġjun ta’ Malta ltqajna għall-irtir ta’ kull sena fid-Dar tal-Irtiri fiż-Żebbuġ, Għawdex. Biex imexxi l-irtir kellna magħna lill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. Hu offra diversi suġġetti għar-riflessjoni tagħna: il-ħajja reliġjuża

Kapitlu Reġjonali fil-Perù

B

ejn it-22 u l-25 ta’ Settembru, il-fathers tagħna li qed jaħdmu filmissjoni tal-Perù ltaqgħu għall-Kapitlu Reġjonali ta’ kull tliet snin. L-ewwel jum iddedikawh għat-tibdil mgħaġġel li għaddej minnu l-Perù. Għal dan l-eżercizzju kienu mgħejjuna mis-soċjoloġista Pilar Arrollo. Flimkien studjaw il-qagħda politika u ekonomika u l-edukazzjoni fil-Perù bħalissa. Fil-jiem l-oħra ddiskutew il-fraternità ta’ bejniethom, il-vokazzjonijiet, ilformazzjoni kontinwa u l-possibiltà ta’ missjoni ġdida. Il-membri ħarġu ħafna kuntenti bix-xogħol kollu li qed isir, filwaqt li jafu li hemm ħafna aktar xi jsir. Il-kapitlu li jmiss hu għall-2018.

bħala esperjenza unika u profetika fil-Knisja, l-għixien tagħna flimkien u l-komunjoni, u suġġetti oħra qrib tar-realtà li ngħixu bħala saċerdoti, reliġjużi u missjunarji. Dan l-irtir jgħin biex aħna l-membri naqtgħu ftit mill-ħidma ta’ kuljum u nevalwaw sew fejn qegħdin fil-pellegrinaġġ reliġjuż tagħna, b’mod speċjali r-relazzjoni tagħna ma’ Ġesù.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.