Ahna lilkom November 2014

Page 1

NEWSPAPER POST

Novembru 2014 / G˙add 496

Óolqa Bejn il-Óbieb

AĦna lilkom

No 29

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Int qatt ħsibt għal xi ħaġa wara mewtek?

Qalb kbira ta’ Missier

Mela waqqaf Fondazzjoni ta’ Quddies, mas-Soċjetà tagħna. Tista’ tagħmel din il-fondazzjoni f’ħajtek jew tista’ tħalliha fit-testment. Ċemplilna għal aktar informazzjoni Mob: 7926 5968

Il-Kulleġġ Ir-Rettur tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, Fr. Silvio Bezzina, flimkien mal-membri MSSP f’Malta, jistieden lill-qraba, ħbieb u benefatturi kollha tas-Soċjetà lill-’old boys’ tal-Kulleġġ u l-familjari tagħhom, għal Quddiesa ta’ Ringrazzjament f’għeluq il-50 sena mit-twaqqif tal-Kulleġġ , fil-Katidral, l-Imdina, fis-6 ta’ Diċembru 2014, fis-6 p.m. Ser jkun hemm park and ride mill-Kulleġġ u lura f’dawn il-ħinijiet: 5.15 p.m. , 5.30 p.m. u 5.45 p.m.

F’waħda mill-ħarġiet tal-Almanakk, Mons. De Piro kiteb hekk, “Mhux biżżejjed li tibgħat missjunarju u titilqu għal riħu. Wieħed irid jieħu ħsiebu fil-bżonnijiet tiegħu”. Dan il-ħsieb kien dejjem iberren f’moħħu, u allura kien dejjem jara x’jista’ jagħmel ħalli jgħin speċjalment lil Fra Ġużepp Caruana. Mons De Piro kien bagħat lil dan Fra Ġużepp, l-ewwel missjunarju tas-Soċetà, fl-Abissinja, fejn hu stess kien qed jipprepara biex imur, imma l-mewt ħaditu qabel. Mill-ittri li Fra Ġużepp kiteb lill-Fundatur, wieħed jista’ jinduna b’din il-ħerqa li kellu De Piro biex jgħin lil dan il-missjunarju u jara li ma kien jonqsu xejn biex iwettaq dmiru sewwa. Dan joħroġ ċar minn waħda mill-ittri ta’ Fra Ġużepp: “Għażiż missier, għalkemm tant `il bogħod minn xulxin, int ma tieqaf qatt tgħinni anki f’dak li hu spiritwali. Nirringrazzjak missier, u nittama li Ġesù jpattilek għal dak kollu li qed tagħmel miegħi.” De Piro għalkemm kien bniedem mgħobbi b’ħafna impenji, f’risposta għal din l-ittra kitiblu hekk: “Le, aħna qatt mhu ser ninsewk, int dejjem fi ħsibijietna waqt ix-xogħol kollu tagħna. Min-naħa tiegħek, int itlob għalina u aħna nżommuk f’talbna. B’dan il-mod, b’qalbi mgħaddsa fil-Qalb prezzjuża ta’ Ġesù, tibqa’ tħabbat għalik għalkemm `il bogħod minna”.

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Ħamsin sena parroċċa f’idejn l-MSSP fl-Awstralja L-ewwel missjunarji MSSP marru l-Awstralja fil-1948. Fil-bidu bdew jaħdmu f’Sydney. Imbagħad, aktar tard niżlu Melbourne. Ixxogħol tagħhom kien li jgħinu fil-parroċċi fejn hemm il-Maltin. Bil-mod il-mod in-numru ta’ membri MSSP fl-Awstralja beda jikber u għalhekk ħassew il-bżonn li jixtru dar fejn ikunu jistgħu joqogħdu. Għal diversi snin Fr. Onorat Galea u Fr. Karm Borg taw servizz fil-parroċċa ta’ St. Bernadette, f’North Sunshine, Melbourne. Għalhekk fl-1964 l-awtoritajiet tal-Knisja offrew lis-Soċjetà t-tmexxija ta’ din ilparroċċa. L-ewwel kappillan kien Fr. Karm Borg. Peress li l-parroċċa kienet ilha mwaqqfa disa’ snin biss, kien jonqosha ħafna bżonnijiet. L-ewwel proġett li

Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb,

għamel l-ewwel kappillan kien il-bini ta’ sala biex fiha jitqaddes il-quddies. Imbagħad fl-1974, meta Fr. Galea kien kappillan, inbniet il-knisja li hemm illum kif ukoll post fejn jista’ joqgħod il-kleru (presbytery). Il-parroċċa bdiet tikber u fiż-żmien meta Fr. Denis Carabott kien kappillan, inħass il-bżonn li jinbena Ċentru għall-Komunità biex fih isiru l-laqgħat taddiversi gruppi. Fl-1988, meta kien kappillan Fr. Edwin Agius, il-knisja sarilha xogħol ta’ manutenzjoni biex dejjem tkun isbaħ u aktar komda għan-nies. Fil-preżent il-parroċċa hija mmexxija minn Fr. John Taliana. Din il-parroċċa hija ffrekwentata mill-Maltin, li joqogħdu fl-inħawi. Għalkemm mhijiex parroċċa għall-Maltin biss, isiru l-eżerċizzi u laqgħat oħra. Fil-knisja hemm l-inkwatru tal-Madonna ta’ Pinu. FlAwstralja kull parroċċa għandha l-iskola tagħha. F’din il-parroċċa l-iskola titmexxa mis-Sorijiet Agostinjani Maltin. F’dawn l-aħħar snin ġew joqogħdu ħafna Vjetnamiżi li huma ferm attivi fil-ħajja parrokkjali. Barra minn hekk il-parroċċa ġiet affiljata ma’ parroċċa oħra tagħna fil-Filippini, taqdi wkoll xi djar tal-anzjani li hemm fil-qrib kif ukoll ħabs viċin. Biex jitfakkar dan il-Ġublew tad-Deheb, ġew organizzati diversi attivitajiet. Il-qofol ta’ dawn l-attivitajiet kienet quddiesa li ġiet iċċelebrata fis-26 ta’ Ottubru mis-Superjur Ġenerali, Fr. Mark Grima, mis-Superjur Reġjonali Fr.Ivano Burdian, il-kappillan Fr. John Taliana, ex-kappillani u saċerdoti oħra.

“Found among Sinners” miktub minn Fr Martin Cilia mssp Waqt il-quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla fis-26 ta’ Ottubru 2014

4 Aħna Lilkom 

Newspaper post

L-Editur

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Fr. Karm Debattista mssp

Óolqa Bejn il-Óbieb

Esperjenza għaż-Żgħażagħ fil-Pakistan

Kull sena ĊAMYouths jagħti possibiltà ta’ diversi opportunitajiet ta’ volontarjat barra minn Malta liż-żgħażagħ. Fost dawn u għattieni sena konsekuttiva, grupp żgħir ta’ żgħażagħ tela’ l-Pakistan flimkien ma’ Fr Karm Debattista mssp għal erba’ ġimgħat.

Il-preparazzjonijiet għal din l-esperjenza bdew diversi xhur qabel b’ħafna kuntatti mal-membri tal-MSSP f’Yuhannabad, Lahore. Is-sitt żgħażagħ kienu jikkonsistu f’żewġ koppji, żagħżugħ u żagħżugħa. Waħda millkoppji, Renzo u Sarah Kerr Cumbo, iddeċidiet li l-perjodu fil-Pakistan ikun il-perjodu tal-honeymoon tagħhom. Il-koppja l-oħra, Tony u Louise Bugeja, huma nurse u mid-wife. Matthew Muscat Inglott hu għalliem tal-weightlifting fl-MCAST u Diane Mifsud hi għalliema tal-ġeografija. Dawn l-abiltajiet issarrfu f’diversi opportunitajiet ta’ xogħol waqt li kienu hemmhekk. Matul il-ġurnata saru diversi lezzjonijiet tal-Ingliż u l-kompjuter. Oħrajn żaru postijiet differenti bħal djar ta’ persuni bi bżonnijiet

Diane mat-tfal tal-villaġġ Ahloo

Il-merħba fil-Knisja ta’ Asif Town 2

speċjali u ħidma mas-sorijiet ta’ Madre Tereża. Flimkien ma’ sorijiet tal-FMM żaru wkoll villaġġi, partikolarment dawk fejn ħafna familji nsara huma sfurzati jaħdmu fil-fabbriki tal-briks biex iħallsu d-dejn li għandhom mas-sid. Huwa xogħol iebes li jsir f’temperaturi insapportabbli. Tony u Louise kienu jżuru diversi villaġġi u partijiet talparroċċa jassistu l-morda. Ħafna drabi kellhom mijiet ta’ nies jiffollaw biex jieħdu l-għajnuna mingħandhom għal sigħat sħaħ. Ġeneralment Tony kien jara l-irġiel, filwaqt li Louise tassisti n-nisa. Meta n-numru jkun kbir l-akbar problema tkun li tieqaf għax ma tkunx rajt lil kulħadd. Din il-problema kienet titfaċċa, prattikament, kull darba. Bil-għajnuna tan-nies tal-post u soru Dumnikana li offriet li tkun magħhom matul dawn il-mumenti, sar sforz biex issir distinzjoni bejn dawk li kellhom aktar bżonn urġenti, imma kien għalxejn għax f’mumenti ta’ mard, kull problema hi urġenti. Imma Tony u Louise taw servizz vera tajjeb minkejja l-limitazzjoni tal-mediċina.

Iż-żgħażagħ li telgħu ma’ Fr Karm fil-Pakistan

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Jum l-Indipendenza fil-Knisja ta’ Kareem Park

Renzo u Matthew kienu jsegwu numru ta’ żgħażagħ minn bnadi tal-parroċċa biex jagħmlu magħhom xi sport, fosthom weightlifting u futbol. Peress li Renzo għamel l-istess esperjenza s-sena ta’ qabel kien hemm numru sabiħ ta’ ġuvintur li riedu jerġgħu jiġu mħarrġa fil-futbol. Mill-banda l-oħra, b’sorpriża kbira, kien hemm ħafna oħra li xtaqu jagħmlu ftit bodybuilding u għal ħafna minnhom il-bżonn jinħass tassew għax il-maġġoranza tal-ġuvintur huma rqaq ħafna. L-akbar problema ta’ Matthew kienet l-armar biex tħarreġ liżżgħażagħ imma hu rnexxielu jagħmel użu minn affarijiet vera sempliċi u komuni. Attivitajiet oħra interessanti li saru din is-sena kienu l-laqgħat maż-żgħażagħ tal-parroċċa. Kull ġimgħa saret laqgħa għaż-żgħażagħ fi tliet ċentri prinċipali tal-parroċċa. Magħhom saru xi exercises ħelwin li taw spinta għal diskussjonijiet fi gruppi żgħar. Il-lingwa kienet dejjem diffikultà kbira imma bl-għajnuna ta’ xi katekisti u xi żgħażagħ li jafu ftit bl-Ingliż, iż-żgħażagħ sabu ambjent fejn setgħu jiddiskutu l-problemi tagħhom

Rigal tal-loombands lit-tfal

tal-ħajja, xi ħaġa li mhux normalment issir fil-Pakistan. Esperjenza bħal din tħalli ħafna impatt fuq min jagħmilha. Il-kultura tal-Pakistan hi differenti ħafna minn dik tagħna f’Malta, allura mhux dejjem ikun faċli tħaddanha, apparti s-sħana u l-ambjent li ma jgħinu xejn. Imma minkejja dan, iż-żgħażagħ li għamlu din l-esperjenza ħabbew dan il-poplu sempliċi u fqir ħafna. L-ospitalità tagħhom ma titfissirx. Tħossok milqugħ b’kull forma. Fi ftit ġimgħat issir tħobb lil dawn in-nies u jsiru parti minn ħajtek, mhux biss għall-perjodu li tkun hemm imma anke wara. Wieħed miż-żgħażagħ li għamlu din l-espejenza kiteb hekk: dawn ħutna Pakistani tawna ħafna aktar millmediċina u l-edukazzjoni li pprovajna nagħtuhom. Minn dan l-ambjent mhux dejjem pjaċevoli sibna mħabba kbira li jpoġġi ħafna sens ta’ ottimiżmu u pożittività. Minn dawn in-nies tgħallimt mhux biss ngħix fil-Pakistan imma aktar ngħix fil-preżent, kif jafu jagħmlu huma. Għallmuni ngħix ma’ dak kollu li hemm madwari, ngħix fil-verità u flimkien mal-oħrajn kull fejn inkun

Niltaqgħu man-nies u t-tfal tal-parroċċa

 3 Aħna Lilkom 

Waħda mil-laqgħat mat-tfal tal-parroċċa


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.