Ahna Lilkom - Nov 2018

Page 1

NEWSPAPER POST

Novembru 2018 / Għadd 540

Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB

It-tifun Mangkhut Fl-4.00am jċempel il-mobajl. Qomt b’ħasda. Fuq il-linja għajta għall-għajnuna biex niftaħ il-kanċell ta’ barra għax hemm ħafna nies jitolbu rifuġju mit-tifun li ħakem il-Fililppini fil-15 ta’ Settembru. L-elettriku kien maqtugħ bit-tempesta u l-umbrella ma stajtx insibha… ħriġt barra biex niftaħ il-bieb u nsib qabda nisa u tfal imxarrbin u jtertru. Daħħalthom ġewwa. Mort infittex xi xemgha mill-kappella biex ikunu jistgħu jaraw. Ipprovajt insib kartun u ġablow għal mal-art biex ikollhom fuq xiex joqogħdu. Ftit wara Fr. Hector u xi brothers ġew jagħtu l-għajnuna biex nissetiljaw in-nies. Kif issetiljajna bdew jirrakkontaw … xi wħud minnhom tilfu s-saqaf tad-dar, oħrajn id-dar mgħarrqa ġol-ilma. Kien hemm ħafna trabi, waħda minnhom tat-twelid. Il-biki tagħhom kien tal-qsim il-qalb. Kienu xi 70 persuna… matul

Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com il-ġurnata komplew jiżdiedu sakemm fid-dar kien hemm mal-170 ruħ (43 familja). Ħafna voluntiera ġew ukoll jagħtu l-ikel. Min soppa, min xkora ross, lożor, noodles, tiġieġ... Żewġ voluntiera Spanjoli li ġew għal ġurnata għandna, bdew idoqqu (għax huma mużiċisti) u jilagħbu mat-tfal. Għall-grazzja t’Alla l-elettriku rritorna f’nofs il-ġurnata. Filgħaxija qaddisna quddiesa flimkien fis-sala fejn kienu ħafna min-nies. Kienet l-ikbar quddiesa li kellna fid-dar. Wara, wrejna video lit-tfal biex ikollhom x’jagħmlu … billejl, ħafna marru lura d-dar għax irriħ u x-xita battew. Xi wħud raqdu d-dar tagħna u telqu filgħodu. Meta mort norqod erġajt qrajt il-Qari tal-quddiesa “X’jiswa, ħuti, li wieħed jgħid li għandu l-fidi jekk ma jurihiex fl-għemil tiegħu?... Jekk ħuk jew oħtok ma jkollhomx x’jilbsu u jonqoshom l-ikel ta’ kuljum, u wieħed minnkom jgħidilhom: “Morru bis-sliem, isħnu u kulu sa tixbgħu”, bla ma jagħtihom dak li hu meħtieġ għall-ġisem, dan x’jiswa?” (Ġk 2:14-18). Kemm hi ta’ konsolazzjoni u ferħ meta kull wieħed u waħda minna ngħixu l-fidi tagħna mhux bil-kliem biss imma bl-għemil. Nieħu l-okkażjoni biex nirringrazzjakom tat-talb u s-support tagħkom.

Fr. Stephen Mifsud (Filippini) Novembru x-xahar tal erwieħ Jekk Ottubru jfakkarna fir-rużarju, Novembru jfakkarna fil-pass aħħari li jmiss nagħmlu. Inti qatt ħsibt biex tħalli xi quddies għal ruħek wara mewtek? F’dan aħna nistgħu ngħinuk. Ċemplilna u nfiehmuk aktar.

newspaper post

Aħna Lilkom • 4

Oħloq Tbissima

P

eress li din is-sena l-maratona OĦLOQ TBISSIMA ġiet ġimgħa tard mis-soltu, minħabba l-finali tat-Tazza tad-Dinja, kif kien mistenni kienet aktar sħana mis-soltu. Dan ma qatax qalb il-kantanti, iż-żeffiena, il-preżentaturi, l-atturi u l-mistiedna l-oħra li jagħtu sehemhom waqt il-maratona. B’sodisfazzjon ngħid li rċevejna ħafna kummenti sbieħ għall-wirja li tajna tul sittin siegħa sħaħ. Kulħadd ħa gost u ġie u kiel u xorob mill-bar li bħas-soltu serva ikel bnin u tajjeb. Nirringrazzja lil tant kumpaniji u stabbilimenti li tawna l-ikel u x-xorb b’xejn biex dak li naqalgħu mill-bar imur kollu għall-għanijiet tal-maratona, li għal dawn l-aħħar

sittax-il sena dejjem kienu għall-missjonijiet mssp fil-Perù, il-Pakistan, il-Filippini u anke għal proġett partikulari li d-direttur Fr. Louis Mallia jixtieq jagħmel għat-tfal residenti fid-Dar ta’ San Ġużepp. It-tfal ukoll kellhom xalata għax iż-żgħażagħ li ħadu ħsiebhom għamlulhom ħafna attivitajiet biex il-ġenituri tagħhom ikunu jistgħu jgawdu l-ispettaklu fuq il-palk. Din is-sena għall-ewwel darba l-Baned tal-Pulizija u tal-Forzi Armati ġew u daqqew mużika sabiħa mżewqa b’kant minn professjonisti. Barra minn dan fil-grawnd ta’ wara d-Dar, kien qed jimtela kontejner ta’ 40 pied, bi ħtiġijiet għall-familji fqar tal-Perù, li nofsu mtela b’hampers tal-ikel biex jitqassmu lill-familji fiddiversi parroċċi li l-mssp għandha f’Arequipa l-Perù. Il-kontejner telaq jumejn wara l-maratona. Nirringrazzja lil tant u tant nies li ġew u taw id-donazzjoni tagħhom hawnhekk u lil tant u tant nies li għamlu d-donazzjoni tagħhom permezz tat-telefon. It-telefons jibqgħu miftuħa għad-donazzjonijiet is-sena kollha. Wieħed ukoll jista’ jagħmel donazzjoni mill-websajt www. ohloqtbissima.com jew jibgħat sms. Grazzi lil kull min għen u ħadem biex il-Maratona OĦLOQ TBISSIMA tkun suċċess, bħalma dejjem kienet u jekk Alla jrid narawkom is-sena d-dieħla.

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Intervista ma' Fr George Xerri

F

ost il-missjunarji li għandna fil- Perù, l-aktar wieħed li ilu hemm hu Fr. George Xerri. Kif kien Malta għal ftit mistrieħ, għamiltlu din l-intervista. “Fr. George, issa li ilek tant żmien fil-Perù, għidilna ftit x’sibt meta mort 49 sena ilu.” Kif għidt int, jien wasalt fil-missjoni fil-Perù 49 sena ilu. Dak iż-żmien il-Perù kellu rata ta’ 70% ta’ faqar mill-popolazzjoni ta’ għaxar miljun persuna. Tista’ taħseb kemm kien hemm faqar f’ dan ilpajjiż li kien immexxi minn gvern militari. Wasalt fl-għoxrin ta’ Ġunju tal-1969 fit-8.00 p.m fil-belt kapitali tal-provinċja ta’ Castilla-Aplao, Parroċċa ta’ San Pietru. Dak il-ħin tista’ tgħid li ma rajt xejn għax kien diġà daħal il-lejl u dawl elettriku ma kienx hemm. Kien hemm xi ftit nies li bdew iħarsu lejja, imbagħad wieħed wieħed bdew isellmuli u jgħiduli “Buenas Noches”. Rajt li kont f’ wied kbir imdawwar qalb muntanji suwed u għoljin. Dak il-lejl irqadt fil-kċina għax ma kienx hemm kamra għalija. Kont għadni żagħżugħ u għalija kien kollox avventura ta’ fidi. Sebaħ u sibt li ma kienx hemm ilma u ridt inġib l-ilma minn kanal li jgħaddi minn nofs ir-raħal biex isaqqu l-għelieqi. It-toroq kienu magħmulin mill-ġebel u t-trab. Matul il-ġurnata bdejt nitkellem man-nies u rajt li kienu nies dħulin u qalbhom tajba, għalkemm x’ uħud minnhom kienu qegħdin jagħmlu oppożizzjoni għaliex konna saċerdoti stranġieri. Ma damux b’ dan l-atteġġjament, għax meta raw li

ftit li xejn. Rajt ukoll li meta t-tfal jikbru ma kinux ser jaraw l-eżempju tajjeb tal-ġenituri tagħhom u kif ħafna minnhom jabbandunaw dak kollu li kienu tgħallmu. Allura wara li tlabt lill-Mulej u lil Marija Santissma, iddeċidejt li nagħmel pjan pastorali bil-metodu tal-Katekeżi Familjari fejn il-ġenituri jkunu huma stess il-katekisti ta’ wliedhom. Allura daħħalt lill-ġenituri mat-tfal li ser jagħmlu l-ewwel tqarbina biex ikunu fil-klassi wkoll. Hekk il-ġenituri tagħhom kien ikollhom huma wkoll jagħmlu sentejn ta’ katekeżi b’laqgħa kull ġimgħa. Wara l-ewwel tqarbina kienu jgħaddu għal katekeżi talperseveranza biex jippreparaw għas-Sagrament tal-Griżma u l-ġenituri kien jiffurmaw dawk li ngħidulhom Komunitajiet Ekklesjali b’laqgħa kull ġimgħa. “Għadkom kemm iċċelebrajtu l-Ġublew tadDeheb ta’ din il-missjoni. X’futur tara għas-Soċjetà tagħna?” Is-Soċjetà tagħna, għall-grazzja tal-Mulej, millbidu kellha futur sabiħ. Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħda tissaħħaħ u tniżżel l-għeruq `l isfel. Dan qegħdin narawh mhux biss bl-aċċettazzjoni kbira li l-membri tas-Soċjetà għandhom fil-parroċċi fejn qegħdin naħdmu, imma wkoll aċċettati millisqfijiet u mill-kleru Peruvjan li għandhom stima kbira lejn is-saċerdoti tal-MSSP. Barra min hekk huwa sinjal qaddis ta’ futur sabiħ għas-Soċjetà Missjunarja tagħna fil-Perù permezz ta’ numru sabiħ ta’ vokazzjonijiet li għandna bħalissa.

konna saċerdoti ħaddiema biddlu l-ideat tagħhom. L-ambjent kif kien mingħajr kumdità, nuqqasijiet ta’ ħwejjeġ tal-ikel, (u l-ikel kien kollu differenti mill-ikel Malti) u ħafna nuqqasijiet oħra, ġegħluni nħoss li qiegħed verament fil-missjoni. “Inti msemmi li f’kull parroċċa kont tisħaq fuq il-katekiżmu. Allura x’kien ikun il-pjan li kont taħdem bih?” Dejjem kelli go moħħi l-kliem ta’ Ġesù: “Morru u għallmu lill-ġnus kollha, għamluhom dixxipli tiegħu u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u talIspirtu s-Santu….” Qabbilt kemm f’Malta konna nieħdu ħsieb it-tfal u ngħallmuhom il-katekiżmu u lill-ġenituri u l-adulti

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB

Knisja ġdida fil-Pakistan Is-16 ta Settembru 2018 kien jum memorabbli għall-parroċċa dedikata lill-Konverżjoni ta’ San Pawl, immexxija mill-MSSP u r-raħal ta’ Isanagar (li tfisser ir-Raħal ta’ Ġesù) fejn il-maġġoranza tal-abitanti huma nsara. Dakinhar infetħet u tbierket knisja ġdida dedikata lill-Ispirtu s-Santu. L-insara tar-raħal attendew bi ħġarhom għal din iċ-ċeremonja. Ftit `il bogħod mill-knisja ingħatat merħba tradizzjonali lill- Kappillan, Fr Pierre Bonnici mssp, lili u lill-grupp ta’ voluntiera Maltin, li inzertaw kienu hemm. Wara l-ftuħ u t-tberik tal-knisja saret il-Quddiesa, li fiha kantaw il-grupp ta’ volontarji, professjonisti Maltin li kienu magħna għal ftit ġimghat fejn taw diversi servizzi lin-nies talparroċċa tagħna, speċjalment mediċi. Ħa sehem ukoll il-kor tal-parroċċa tagħna. Il-kuntrattur li bena l-knisja ġentilment offra platt ross li dawk kollha li kienu preżenti għall-okkażjoni. Grazzi speċjali lil-tant Maltin f’Malta u Maltin fl-Awstralja li taw il-fondi meħtieġa biex tinbena din il-knisja.

Fr. Bernard Mangion mssp newspaper post

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.