Ahna Lilkom Ottubru 2014

Page 1

NEWS PAPER POST

Ottubru 2014 / G˙add 495

Óolqa Bejn il-Óbieb

AĦna lilkom

No 28

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Nifirħu lil Fr. Tony Sciberras mssp

Ġie maħtur Rettur tas-Seminarju Maġġuri tadDjoċesi ta’ Għawdex, mill-Isqof Mario Grech. Fr. Tony għamel l-istudji teoloġiċi tiegħu fil-Kulleġġ tad-Dumnikani tar-Rabat, Malta. Wara ssokta l-istudji tiegħu fl-Università Gregorjana fejn kiseb il-Liċenzja fitTeoloġija Spiritwali. Aktar tard huwa kiseb Diploma talPostulaturi mill-Kongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin u ħa d-Dottorat fit-Teoloġija tal-Ħajja Kkonsagrata millKlaretjani, Ruma. Fi ħdan is-Soċjetà huwa okkopa diversi uffiċċji fosthom: surmast tan-novizzi, moderatur tal-istudenti, assistent tas-Superjur Ġenerali u Delegat tas-Superjur Ġenerali għal Malta. Fr. Tony huwa visiting lecturer fl-Univesità ta’ Malta, ko-fundatur u membru taċ-Ċentru Istituti Reliġjużi (ĊIR) u ko-ordinatur u lecturer tal-korsijiet taċ-ĊIR u fl-INSERM. Barra dan huwa postulatur tal-Kawża ta’ Beatifikazzjoni ta’ Dun Mikiel Attard, Viċi-Postulatur tal-Kawżi tal-Beatifikazzjoni ta’ Mons. Ġużeppi De Piro u ta’ Inez u Henry Casolani, u konsultur f’diversi kawżi ta’ beatifikazzjoni, eks-postulatur tal-Kawża ta’ Beatifikazzjoni ta’ Maria Teresa Nuzzo, awtur ta’ pubblikazzjonijiet u studji fuq Mons. Ġużeppi De Piro. Minn qalbna nawgurawlu għal din il-ħidma ġdida fid-Djoċesi ta’ Għawdex, f’ħidma li s-Soċjetà tqis bħala att ta’ ġenerożità għall-Knisja f’pajjiżna.

Trid tgħix ġurnata ma’ missjunarju? Dan tista’ tagħmlu billi tagħżel ġurnata għal darba s-sena d-dieħla, tibbukkjaha minn qabel, u toffri €23, sabiex dakinhar tipprovdi l-għixien tal-missjunarju u tgħinu jlaħħaq max-xogħol pastorali u soċjali li jagħmel mal-foqra. Il-missjunarju joffri skont l-intenzjoni tiegħek il-quddies ta dakinhar, it-talb l-ieħor li jagħmel u l-appostolat ta’ dik il-ġurnata.

Għarfien Missjunarju Ġuzeppi De Piro kien konvint li l-ewwel tarġa biex wieħed ikun jista’ jinġibed lejn il-missjoni hu li jkollu għarfien sew fuq dan is-suġġett. Huwa ħass il-bżonn li jnissel fil-poplu Malti sens kbir ta’ x’inhi l-missjoni, min huma l-missjunarji u x’inhu x-xogħol tal-missjunarju. Is-sentenza tal-Vanġelu, li tgħid li Ġesù ħalla d-disgħa u disgħin nagħġa biex imur u jfittex il-waħda l-mitlufa kienet dejjem tberren f’moħħu. L-idea li jrid iħeġġeġ lil kulħadd kemm jista’ jkun kienet dejjem fih. Allura hu tħeġġeġ aktar biex jitlob u jaħdem għal dan il-għan, ħalli “d-dawl ta’ Kristu jasal kullimkien.” Ta’ bniedem prattiku li kien huwa ra l-valur li jibda jagħmel użu mill-istampa. Infatti darba kiteb hekk: “L-istampa (printed matter) hija waħda mill-aqwa qaddejja biex ixxerred il-ħsibijiet fuq il-missjoni; biex tifforma l-qalb u l-moħħ taż-żgħażagħ, biex jixxettlu vokazzjonijiet missjunarji u wkoll biex jinġabru l-flus għall-għajnuna.” Huwa beda jippubblika faxxikoli bl-isem ta’ “San Pawl: L-Armankk tal-Istitut Missjunarju.” L-għan ta’ din ilpubblikazzjoni kien doppju: l-ewwel biex toħloq aktar għarfien missjunarju, billi l-poplu jkollu f’idejh dokument u riflessjonijiet fuq il-missjoni; it-iieni biex tħajjar aktar żgħażagħ isiru missjunuari mas-Soċjetà.

4 Aħna Lilkom 

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Esperjenza Sabiħa Ftit ilu rċevejt email mingħand Fr. Bernard, li fiha qalli kemm qed isir ġid bil-visti li qed jagħmlu lill-familji. Allura tlabtu li jaqsam magħna din l-esperjenza. Wieħed mill-ministeri li nagħtuh importanza kbira hu l-visti tal-familji fil-parroċċa tagħna li tinsab Glaxo Town, Lahore, il-Pakistan u li hi ddedikata lill-Konverżjoni ta’ San Pawl. Il-kappillan ħalla dan ilministeru f’idejja. Kull meta mmur għal dawn iż-żjarat dejjem nieħu miegħi wieħed mill-katekisti. Nagħmlu ħilitna kollha biex almenu darba fissena nduru kull familja li għandna fil-parroċċa tagħna.

Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb, “Found among Sinners” miktub minn Fr Martin Cilia mssp

Fr. Bernard f’waħda mill-laqgħat lill-familji Newspaper post

Sadanittant waqt li nkunu nduru bieb bieb, diversi familji protestanti jitolbuna wkoll biex immorru d-dar tagħhom. Dan nagħmluh bil-qalb u bi spirtu li aħna lkoll aħwa fi Kristu. Kull vista normalment tieħu kwarta jew 20 minuta li fiha nitkellmu xi ftit dwar il-familja, il-ħtiġijiet diversi tagħha, l-edukazzjoni tat-tfal, u l-esperjenzi li jgħaddu minnhom. Imbagħad nitolbu flimkien magħhom u nbierku d-dar. Jekk ikun hemm bżonn li ndumu iżjed dan nagħmluh bil-qalb. In-nies tassew jieħdu pjaċir bil-preżenza tagħna. Japprezzawha ferm u juruna x-xewqa li l-visti jkunu iktar spissi, imma jifhmu wkoll li dan mhux possibli minħabba li n-numru tal-familji jaqbeż l-elf. Juruna sens ta ospitalità kbira u diffiċli ferm li toħroġ mingħandhom mingħajr ma tieħu kikkra te jew xi luminata. Ħafna drabi malli nidħlu fid-dar, xi ħadd mill-familja joħroġ jiġri biex jixtri flixkun luminata u xi gallettini. Nixtieq ngħid li ż-żjarat lill-morda fi djarhom isiru iktar ta’ spiss biex lil dawn ħutna ma nċaħħduhomx mill-ħajja sagramentali. Iż-żjarat jgħinu lill-parruċċani tagħna biex iħossuhom parti ħajja mill-parroċċa, jagħtuhom iċċans li jgħidulna kif jaħsbuha fuq il-ħajja parrokkjali u joffru suġġerimenti biex il-ħajja parrokkjali ssir dejjem aħjar u biex jinbena spirtu komunitarju fost il-parruċċani kollha. Nispjegaw lil dawk li mhumiex regolari fl-attendenza tal-quddiesa tal-Ħadd, biex japprezzaw il-ħtieġa li jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija flimkien mal-parruċċani kollha. Inħobb ukoll nagħtihom rikordju ċkejken ta’ din il-vista, bħal kuruna tar-rużarju jew xi santa sabiħa flimkien ma’ appell biex jitolbu wkoll bħala familja. Fr Bernard Mangion MSSP

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Óolqa Bejn il-Óbieb

Fr. Edwin Agius u Fr. Dominic Cachia

Fr. Dominic, fin-nofs mat-tfal tal-Preċett. Jidher ukoll Fr. K. Borg, il-kappillan

Fr. Edwin Agius mill-Awstralja

gius nA i dw

Wara l-gwerra ħafna Maltin bdew jemigraw lejn l-Awstralja. Fl-1948, is-Soċjetà tagħna, għalkemm bi ftit membri, bagħtet żewġ saċerdoti biex ikunu ta’ għajnuna spiritwali u f’dak kollu li kien jinqalà lillemigrant. Dan għaliex Mons. De Piro ried ukoll li aħna, bħala Maltin, nagħtu preferenza lill-Maltin li jgħixu barra minn Malta. Jekk l-emigranti kienu jħossu l-firda mill-għeżież tagħhom, xejn inqas is-saċerdot. Dan għamluh biex jixbhu lil Kristu li ġie biex jgħin lil kull min kellu bżonnU. Għalhekk huma fittxew li joqogħdu viċin fejn kienu l-parti l-kbira tal-Maltin. Dana sakemm akkwistaw djar f’Parkville u East Sydney, fejn għadna sa llum. Beda għaddej iż-żmien, u l-Awtoritajiet tal-Knisja afdaw tliet parroċċi f’idejn il-membri tagħna: North Sunshine f’Victoria, Horsley Park f’Sydney u Swanbourne f’West Australia. Kollha kellhom maġġoranza Maltija. Minn hawn, il-kappillani kienu jaraw kif jagħmlu ħalli jilħqu lill-Maltin li kienu f’parroċċi qrib. Maż-żmien il-Maltin ma baqgħux joqogħdu aktar qrib xulxin u bdew jitferrxu ma’ kullimkien. Allura nħasset il-ħtieġa li jkun hemm kappillani mhux marbuta ma’ parroċċa imma ta’ gruppi etniċi. Hekk xi wħud mill-membri talMSSP kellhom dan ilministeru biex ikunu jistgħu jmorru f’parroċċi u joffru servizz ta’ qrar, quddies u sagramenti. Twaqqfu wkoll għaqdiet tal-Maltin u bdew isiru festi ta’ qaddisin li kellhom kultura Maltija. Fr. E

Dun Wistin Grech

Fr. Dominic Cachia mill-Kanada

L-MSSP: Ħmistax-il sena ġewwa Toronto, il-Kanada. L-Ewwel dar fl-Australia

Il-Maltin bdew ukoll jorganizzaw ruħhom. Allura waqqfu żewġ ċentri: wieħed f’Sydney, imsejjaħ “La Vallette”, ġo Blacktown, u ieħor f’Melbourne ġewwa Parkville. Dan jagħmel parti mid-dar tagħna. F’dawn iċ-ċentri jsiru ħafna attivitajiet: festi nazzjonali, laqgħat kulturali u laqgħat ma’ personalitajiet li jiġu jżuruna minn Malta, u ħidmiet oħra soċjali. Ma’ dawn iċ-ċentri hemm ħafna għaqdiet oħra affiljati: dawn jagħtu servizz ta’ tagħlim fil-lingwa Maltija, kura għall-anzjani u ħidma kulturali oħra. Aħna mbagħad dejjem inkunu hemm f’dak kollu li hu reliġjuż. Għalkemm m’aħniex numru kbir, qegħdin nagħmlu kull sagrifiċċju biex il-Maltin ma jkunux neqsin mill-ħajja spiritwali, u għal dan il-għan spiss isir tibdil. Dan l-aħħar Fr Noel Bianco kellu jħalli Melbourne, wara snin twal ta’ ħidma hawn, biex imur fiċ-Ċentru ta’ Blacktown. Huwa ħa post Fr. Benedict Sant minħabba l-età avvanzata tiegħu. B’hekk nistgħu nibqgħu ngħinu lill-Maltin u l-Għawdxin, kif ukoll iċċentri kollha.

Fr. O.Galea ma’ grupp ta’ Rappreżentanti

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Il-ħsieb ewlieni ta’ Mons. De Piro, meta waqqaf isSoċjetà, kien dejjem għall- missjonijiet, (Ad Gentes). Biss hu kien iħobb jgħid ukoll, “Naħsbu f’ħutna ta’ barra”, iġifieri l-emigranti. Hu għalhekk li aħna ninsabu naħdmu fl-Awstralja u l-Kanada. Il-Maltin bdew jemigraw lejn il-Kanada fis-sena 1900. Mill-ewwel xtaqu li jkollhom knisja u kappillan għalihom. Fl-1930 l-Isqof ta’ dak iż-żmien għażel lil Patri Alfons Cauchi OSA, bħala kappillan tal-Maltin u l-Għawdxin, bil-knisja ta’ San Pawl bħala parroċċa. L-ewwel missjunarji tas-Soċjetà tagħna waslu l-Kanada fl-1959, f’Kingsbridge u Emeryville f’Ontario. Imbagħad fil-21 ta’ Marzu l999 ħadna l-parroċċa ta’ San Pawl f’idejna u l-ewwel kappillan mill-MSSP kien Patri Mark Demanuele. Illum din il-parroċċa ma tilqax Maltin u Għawdxin biss, imma nies minn kull nazzjonalità. Nippruvaw naqdu lil kulħadd. Allura bħal kull parroċċa oħra, għandna l-quddies ta’ kuljum, l-amministrazzjoni tas-sagramenti bil-korsijiet ta’ tħejjija għalihom, tħejjija għaż-żwieġ u żjajjar lill-morda fid-djar u fl-isptarijiet. Magħna għandna l-lajċi mpenjati. Dawn jieħdu ħsieb speċjalment ilpreparazzjoni tal-ġenituri qabel il-magħmudija, l-ewwel tqarbina u l-konfermazzjoni ta’ wliedhom. Għandhom ukoll impenn ieħor fit-tħejjija lill-għarajjes qabel iż-żwieġ. Ħaġa sabiħa wkoll hija li aħna jkollna adulti li jitolbu l-magħmudija. Huma dawn il-lajċi li jmexxuhom filpreparazzjoni tagħhom.

Il-Presepju armat fil-Knisja

Bħala Maltin, huwa impossibli li ma nżommux ħajjin it-tradizzjonijiet tagħna. Allura, barra l-festa tant mistennija tad-Duluri, għandna dik tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, San Ġorġ u oħrajn. Għall-Milied, żmien tant għażiż għalina l-Maltin, ma jonqosx il-presepju kbir fil-knisja u għall-Għid l-artal tar-repożizzjoni. Attività li qabdet sew, u li ssir qabel l-Għid hija l-Ikla tas-Seder. Din ħadet spinta ‘l quddiem speċjalment kemm ilu Patri Karm Borg kappillan tal-parroċċa. M’għandniex xi ngħidu, il-parroċċa titlob minna s-saċerdoti mpenn biex naqdu n-nies li jiġu jħabbtulna l-bieb; mhux biss għal dak li hu spiritwali imma għal kull għajnuna oħra. Ma’ dan aħna bħala komunità, nippruvaw ngħixu l-ħajja komunitarja skont il-viżjoni ta’ Mons. De Piro. Xtaqt nispiċċa b’esperjenza li kelli ftit ilu. Sejħuli l-isptar fejn raġel anzjan li kien qiegħed imut. Wara li amministrajtlu s-sagrament, qgħadt inkellmu. F’dan l-isptar hawn drawwa li lill-morda jġibulhom xi annimal ħdejhom bħala terapija. Ir-raġel dar lejja u qalli, “ Isma’ Father, bniedem qiegħed imut mhux il-kelb irid maġenbu imma lis-saċerdot”. Kliem bhal dan għallgrazzja t’Alla jkollna spiss. Komplu itolbu għalina ħalli nkunu strument adatt f’idejn il-Mulej.

L-artal tar-repożizzjoni

 3 Aħna Lilkom 

Il-mejda tal-appostli


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.