NEWSPAPER POST
Il-festa tal-Vitorja
kulma kien jagħmel kien kollu ġej mill-Mulej. IlKostituzzjonijiet tas-Soċjetà bdihom bil-kliem ta’ Salm 126: “Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar għalxejn jitħabtu l-bennejja…”. Fl-1916 kien hemm flAwstralja ċertu Fr William Bonett. Dan kiteb lil De Piro u talbu jara kienx hemm xi saċerdoti Maltin Spiritwalità missjunarja (v) imħajrin li jmorru jaħdmu f’dan il-pajjiż. Fost l-oħrajn il-Fundatur wieġbu hekk lil Bonett: “Fil-quddiesa Il-Kariżma missjunarja fit-twemmin ta’ De Piro tiegħek tinsiex tiftakar ftit f’dan l-Isititut tagħna li qiegħed jitwieled … Għalhekk għinna bit-talb Imma mhux biss! Meta wieħed jistudja kitbietu tiegħek …”. Fil-21 ta’ Frar 1933 il-Qaddej ta’ Alla, wieħed jara biċ-ċar li Ġużeppi De Piro, għalkemm bosta drabi kien ikollu jiffaċċja diffikultajiet kbar, hu li kien rappreżentant tal-kleru fis-Senat, għamel kien jagħmel dak li kien irid Alla minnu bil-kalma, fil- l-uniku intervent tiegħu quddiem id-deputati. Dan kien dwar il-moralità pubblika. Wara ta r-rapport paċi … u waqt li kien igawdi s-serenità u l-paċi taltiegħu lil sħabu l-Monsinjuri. Lil dawn tal-aħħar qalb. Dan kollu enfasizzawh diversi persuni li kienu qalilhom hekk fost l-oħrajn, “…jien ngħidilkom li f’dik jafuh direttament. Dan kollu l-Qaddej ta’ Alla kien jgħixu bl-umiltà; il-lejla ħassejt tassew li Alla kien qiegħed jagħtini l-għajnuna tiegħu”. De Piro kien konvint li kulma kien, kulma kellu, u
Ġużeppi De Piro Missjunarju 5
Nhar is-7 ta Settembru ta’ kull sena tiġi ċċelebrata l-festa tat-twelid ta’ Marija, magħrufa wkoll bħala l-Vitorja, mill-Fathers tagħna fl-Awstralja. Dan isir kemm f’Victoria kif ukoll fi New South Wales. Fiż-żewġ postijiet għandna statwa sabiħa ta’ Marija Bambina. Dawn joħorġuhom proċessjonalment fit-toroq ta’ Melbourne u f’dawk ta’ Sydney. Imbagħad, wara l-purċissjoni ssir quddiesa, li għaliha għadhom jattendu ħafna Maltin. F’dan ir-ritratt tidher l-istatwa tal-Madonna meqjuma fil-Katedral ta’ Sydney.
Sebgħin sena ilu
D
in is-sena jaħbat is-sebgħin sena mit-trasferiment tal-fdalijiet tal-Fundatur miċ-Ċimiterju tal-Addolorata għad-Dar ta’ Sant’Agata fir-Rabat, fejn għadhom jinsabu sa llum. Wara l-mewt għall-għarrieda tal-Fundatur, huwa ndifen fl-Addolorata, fil-qabar tal-familja Agius. Fit-testment De Piro ħalla miktub li xtaq jindifen fil-Katedral, biss żied li jekk is-Superjur tas-Soċjetà, jidhirlu mod ieħor, isir kif jgħid hu. Għalhekk ix-xewqa li l-fdal tal-fundatur jinġiebu Sant’Agata kienet dejjem ix-xewqa tal membri. Biss dan seħħ meta Dun Mikiel Callus kien Superjur Delegat għas-Soċjetà.
NEWSPAPER POST
Ottubru 2018 / Għadd 539
Wara li nġiebu l-permessi kollha mill-awtoritajiet Ekkleżjastiċi u Governattivi, u mingħand ħu ż-żgħir tal-Fundatur, in-Nobbli Giovanni Pio De Piro Gourgion, fis-16 ta’ Settembru 1948, il-fdal tal-Fundatur, ġie trasferit mill-Addolorata għall-knisja ta’ Sant’Agata tal-Imdina. L-għada sar il-korteo lejn il-Mother House f’Sant’Agata fir-Rabat. Il-korteo kien immexxi minn Mons. E. Galea, Vigarju Ġenerali. Ħdejn it-tebut imxew sitt Lay Brothers tas-Soċjetà. Preżenti kien hemm il-membri tasSoċjetà, membri tal-Kapitlu Metropolitan, kappillani, reliġjużi rġiel u nisa u għaqdiet oħra. L-għada s-17 ta’ Sttembru, ħmistax-il sena wara l-mewt ta’ Mons. Ġużeppi De Piro, saret quddiesa presente cadavere, immexxija minn Dun Mikiel Callus, Superjur Delegat għas-Soċjetà. Il fdal tal qaddej t’Alla Mons. G. De Piro, il-Fundatur tagħna, issa jinsab f’sarkofagu filkripta tal-Kappella ta’ Sant’ Agata, il-Mother House tagħna. Dawk kollha li jixtiequ jinvistawh, jistgħu jagħmlu dan bil-qalb kollha. Nitlob ukoll li min ikun qala’ xi grazzja mingħand Alla, wara li jitlob lil Mons. De Piro jinterċedi għalih, napprezza ħafna li javża lill-Viċi Postulatur tal-Kawża tal-beatifikazzjoni, Fr. Tony Sciberras mssp, Dar St. Agata,ir-Rabat. Aħna Lilkom • 5
Il-fuljett ‘Aħna Lilkom’ Xtaqt naqsam magħkom ftit tagħrif li naħseb tapprezzawh: ix-xogħol li hemm wara dan il-fuljett, għax wara kollox, xejn ma jsir waħdu. L-ewwel ma jsir hu l-ippjanar u jintagħżlu l-artikli u r-ritratti. Wara li tiġi miktuba, tintbagħat għallkorrezzjoni tal-ortografija. Imbagħad jibda x-xogħol mill-graphic designer. L-Outlook Co-op ilha tipprovdi dan is-servizz bla ħlas għal bosta snin. Il-fuljett jerġa’ jiġi lura għall-aħħar irtokki, u wara jintbagħat għall-istampar għand il-Best Print tal-Qrendi. Fl-aħħar jitwaħħlu l-istickers bl-indirizzi u tiġi mpustata.
Trid tgħix ġurnata ma’ missjunarju? Dan tista’ tagħmlu billi tagħżel ġurnata għażiża għalik u toffri €23 għal darba biex dakinhar tipprovdi l-għajxien ta’ missjunarju u tgħinu jlaħħaq max-xogħol pastorali u soċjali tiegħu. Fil-jum li tagħżel, il-missjunarju joffri quddiesa skont l-intenzjoni tiegħek, it-talb tal-Uffiċċju Divin u l-appostolat ta’ matul il-ġurnata.
NEWSPAPER POST
Aħna Lilkom • 6
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Rettur ġdid għall-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl
I
l-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, fir-Rabat, għandu rettur ġdid. Fr. Clinton Farrugia mssp, mill-Fgura u Old Boy tal-istess kulleġġ, beda l-ħidma tiegħu bħala rettur għall-bidu tas-sena skolastika 2018/2019. L-ewwel inkarigu tiegħu kien li tingħata tislima xierqa lil Fr. Silvio Bezzina mssp, li temm ħidmietu bħala rettur fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda. F’din it-transizzjoni sar ukoll ristrutturar tat-tmexxija tal-kulleġġ li issa għandu wkoll għall-ewwel darba Kap tal-Iskola. Is-Sur James Aquilina, li qabel kien assistent kap, intgħażel għal dan ir-rwol ġdid. Fr. Clinton studja fl-Università ta’ Malta, fl-Atheneo ta’ Manila fil-Filippini u fl-All Hallows College tal-Irlanda. Jgħix fil-komunità tal-Oratorju f’Birkirkara, fejn hu wkoll inkarigat miż-żgħażagħ ta’ dan iċ-Ċentru Kateketiku. Ir-rwol ġdid tiegħu hu wkoll opportunità biex il-ħidma mal-MSSP fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl tibqa’ tiffoka iktar fuq il-preżenza pastorali mat-tfal li jattendu l-kulleġġ, l-istaff li jgħodd `il fuq minn 130 ruħ, u l-familjari, il-qraba u l-Old Boys li jiffurmaw il-familja kbira tal-SPMC. Waqt li nirringrazzjaw lil Fr. Silvio tal-ħidma tiegħu, nawguraw minn qalbna lil Fr. Clinton fil-ħidma ġdida tiegħu u nwiegħduh l-appoġġ u t-talb tagħna.
Iż-żmien jgħaddi! Fr. Silvio Bezzina, wara sena assistent kap, qatta’ dawn l-aħħar disa’ snin bħala rettur tal-Kulleġġ tagħna. Huwa kien ukoll ex student ta’ dan il-Kulleġġ. Issa ġie mitlub missuperjuri biex imur jaqdi l-ministeru tiegħu fil-missjoni tagħna fl-Awstralja. F’dawn id-disa’ snin, huwa ħejja l-bini u fetaħ il-bibien għat-tfal biex jidħlu fl-iskola primarja tal-istess Kulleġġ. Mhux biss, imma fost affarijiet oħra, żgur li ser iħalli warajh monument lill-Kulleġġ: il-kumpless sportiv mgħammar b’kollox, fosthom grawnd bit-turf, track u dressing rooms. Filwaqt li nirringrazzjawk inwiegħduk it-talb tagħna għall-ministeru ġdid tiegħu.
L-EDITUR
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Hemm iċċelebrajna quddiesa mal-Isqof tal-post Monsñor Jorge Izaguirre u erbatax-il missjunarju mssp li ninsabu naħdmu hawn il-Perù flimkien ma’ xi saċerdoti tal-post. Kienet quddiesa mill-isbaħ ta radd il-ħajr lil Alla għal dak kollu li qiegħed jagħmel magħna. Tlett ijiem wara tlaqna għal quddiesa oħra, din id-darba mal-Arċisqof ta’ Arequipa Monseñor Javier Del Rio Alba fejn qegħdin naħdmu f’ħames parroċċi kbar. Mijiet ta’ nies ġew magħna u mlew il-katidral kbir ta’ Arequipa. Kienet festa missjunarja li ċċelebrajna flimkien mal-parruċċani kollha tagħna. In-nies bil-preżenza tagħhom urewna kemm japprezzaw dak kollu li qegħdin nagħmlu magħhom. Mingħajr ma fetħu fommhom kienu qegħdin jgħidulna, ¨INĦOBBUKOM¨ Però l-isbaħ sodisfazzjon tagħna l-missjunarji mhux tant l-opri u l-monumenti tal-ġebel, iżda l-għajnuna li tajna u qegħdin nagħtu, 24 siegħa kuljum lil ħafna u ħafna nies li jfittxuna biex ngħinuhom fis-siegħa tal-prova. Nista’ ngħidilkom li għal ħafna kienet kwistjoni ta’ ħajja jew mewt! Investejna fuq li investejna biex dan il-poplu jkollu
Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB
Ħamsin sena ħidma missjunarja fil-Perù u jfittxu fuq il-ħajja tal-Fundatur tagħna - minn tant eluf ta’ mili ‘l bogħod min fejn twieled u għex. Fil-parroċċi wkoll kellna kompetizzjonijiet oħra fosthom għall-isbaħ għanja tal-fundatur, l-isbaħ talba u l-isbaħ dinamika. Kull parroċċa ppreżentat dawk kollha. Is-serata finali kien fiha għaxqa liema bħalha, ta’ mużika, talb u dinamikas. Il-premju ngħata fuq livell ta’ parroċċa. Opra kbira li rnexxielna nwettqu kienet ittraduzzjoni għall-Ispanjol tal-ktieb ta’ Fr. Martin Cilia mssp ´Found among Sinners´ li jitkellem fuq l-ispiritwalità tal-Fundatur, u vidjow sabiħ ħafna fuq ix-xogħol tal-missjunarji mħejji minn Fr. Louis Mallia
¨
Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar, għalxejn jitħabtu l-bennejja¨. Din il-kwotazzjoni, li tant kien jemmen fiha l-Fundatur tagħna, seħħet matul ilħamsin sena ta’ ħidma tagħna fil-Perù. Biex niċċelebraw dan il-ġublew, waqqafna grupp ta’ għaxar lajċi li kienu kontinwament jgħinuna biex kollox imur kif ippjanat. L-għan taċ-ċelebrazzjonijiet kienu: • ringrazzjament kbir lil Alla u lil Ommna Marija Assunta, għal kull ma qiegħed jagħmel magħna; • l-għarfien aktar profond tal-ħajja u l-persuna tal-Fundatur tagħna Ġużeppi De Piro, u l-kariżma tagħna bħala Soċjetà Missjunarja ta´ San Pawl. Imma ridna wkoll infakkru l-missjunarji li ħadmu u ddedikaw ħajjithom tul dawn il-ħamsin sena.
u t-tim tiegħu taċ-CAM . Dan il-vidjow ħalliena b’ħalqna miftuħ meta bdejna naraw dedikazzjoni u opri kbar li wettaqna matul dawn is-snin. Litteralment irnexxielna nibdlu deżert bla dawl u ilma, kollu trab u nixfa, f´parroċċi mgħammrin b´dak kollu li hemm bżonn, knejjes, ċentri talkatekiżmu, swali parrokkjali, skejjel, kċejjen u saħansitra kliniċi kull fejn kien hemm bżonn. Dan ma’ ħafna djar li bnejna lil familji foqra biex setgħu jibdew il-ħajja tagħhom bid-daqqa t’id li tajnihom aħna u li kieku kien ikun impossibli għalihom mingħajr l-għajnuna tal-missjunarji. Dan kollu intom benefatturi tagħna għandkom sehem minnu. Kienet il-ġurnata tal-Ġimgħa, 9 ta’ Awwissu 1968 meta l-ewwel żewġ missjunarji fosthom Fr. Vicente Magro mssp, waslu hawn il-Perù wara xahar vjaġġ bil-vapur. Ħamsin sena wara, fil-ġurnata talĦamis 9 ta’ Awwissu 2018 sa minn filgħodu kmieni tlaqna lejn Aplao, ir-raħal fejn kienu bdew l-ewwel missjoni. Għamilna vjaġġ ta’ erba’ sigħat sħaħ b´ħames karozzi tal-linja jġorru `il fuq minn 400 ruħ. Magħna kien hemm fost l-oħrajn Fr. Manuel Adami, wieħed mill-ewwel missjunarji, Fr. George Scerri li kważi għadda 50 sena minn ħajtu f´din il-missjoni, Fr. James Bonello, ex Superjur Ġenerali, li tant ħabb u għen biex din il-missjoni tirnexxi.
Kellna programm mimli b’attivitajiet waħda wara l-oħra. Fil-kulleġġi għamilna kompetizzjonijiet għal min ipitter l-isbaħ pittura tal-Fundatur tagħna Ġużeppi De Piro. It-tpinġija kienet iġġiblek tbissima! Kienet xena li tisraq il-qalb tara u tisma’ tfal jistaqsu NEWSPAPER POST
l-opportunitajiet li jixraqlu b´mod speċjali fledukazzjoni ta’ ħafna tfal u żgħażagħ. Jiena nħossni kburi ħafna u privileġġjat, li l-Mulej sejjaħli biex nkun parti minn din is-Soċjetà Missjunarja ta San Pawl. Inħoss gratitudni kbira lejn il-Mulej, ta’ kull filgħodu, li sejjaħli biex inservih b´dan il-mod u f´dan il-post. Is-Soċjetà ta San Pawl, li dejjem għallmitni s-sbuħija li ngħinu lil min hu inqas ixxurtjat minna, lill-fqir, lill-batut, lill-orfni u lil dawk kollha li b´xi mod jew ieħor huma jew iħossuhom emarġinati u mwarrbin.
Aħna Lilkom • 2
NEWSPAPER POST
Aħna Lilkom • 3
Nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lill-Mulej, lil Ommna Marija Assunta Patruna tas-Soċjetà tagħna, lill-Fundatur li dejjem jgħinna mis-Sema u jidħol għalina kif ukoll lil sħabi s-saċerdoti kollha u lilkom il-benefatturi li għamiltu dan il-Ġublew possibbli. Il-Mulej iberikkom
FR. GIOVANNI CEFAI MSSP Superjur Reġjonali għall-Perù NEWSPAPER POST
Aħna Lilkom • 4