Aħna Lilkom
NEW S PAPER
PO S T
Ottubru 2015 / Għadd 506 No 37
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
L-għaqda fis-Soċjetà
L-esperjenza tiegħi fil-Perù (2) Fr. Kola Schembri mssp
L-ewwel parroċċa li żort kien ta’ Aplao, fejn hemm kappillan Fr. Kola Schembri u għandu miegħu lil Fr. Teo, wieħed mis-sitt saċerdoti Peruvjani membri tas-Soċjetà tagħna. Din il-parroċċa hija kbira ħafna u fiha 25 raħal imxerrdin f’medda ta’ 60 kilometru. Għad hemm ħafna faqar. Id-djar tagħhom huma magħmula mill-qasab u miksija bit-tajn. Dawn id-djar jikkonsistu f’kamra jew tnejn u ħafna minnhom mingħajr faċilitajiet sanitarji. L-edukazzjoni fil-Perù hija mfittxija ħafna. Għalhekk f’din il-belt hemm diversi skejjel. Fosthom hemm il-Kulleġġ San Tarċisju, li Fr. Frank Cortis kien bena 27 sena ilu. Tajjeb ngħidu li peress li Fr. Kola huwa ggradwat fl-edukazzjoni, kemm ilu direttur ta’ dan il-kulleġġ kiber kemm fin-numru, għax hemm 550 tifel u tifla, imma wkoll fil-livell akkademiku li huwa għoli. Bil-għajnuna tagħkom il-benefatturi, Fr. Kola, bil-mod il-mod qed iforni l-kulleġġ b’dak kollu li l-istudenti jeħtieġu biex jitgħallmu.
Waħda mix-xewqat kbar li kellu Mons. De Piro għas-Soċjetà tiegħu kienet li fost il-membri ssaltan l-għaqda bejniethom. Kien konvint li fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa. Infatti fir-regola oriġinali kiteb hekk, “Kull membru għandu jkun konvint mill-ħtieġa tal-imħabba lejn xulxin. Aktar ma’ l-membri jkunu qalb waħda u ruħ waħda bejniethom, aktar is-Soċjetà tkun aħjar.” Din il-ħolma De Piro bniha fuq valur ieħor - ilbżonn tal-maħfra lil xulxin. Mill-esperjenza tiegħu kien jaf li l-vera spiritwalità missjunarja trid tkun mibnija fuq il-prinċipju ta’ San Ġwann Battista: jeħtieġ li jikber hu u niċkien jien. Dan il-programm De Piro, l-ewwel u qabel kollox għexu hu stess. F’ħajtu qatt ma fittex li jidher jew li jimbotta lilu nnisfu għal xi pożizzjoni meta ġietu l-okkażjoni. Prinċipju ieħor li mexa fuqu De Piro, u li ried li l-membri tas-Soċjeta’ tiegħu jimxu fuqu kien dak talimħabba li ma tfittixx dak li hu tagħha, kif ippritkata minn San Pawl. U fir-regola oriġinali nsibu dan il-kliem “…Jekk xi ħadd jiġi offiż jew hu stess jirċievi xi offiża, wieħed għandu jagħmel ħiltu biex mill-aktar fis jitlob skuża, u għandu jkun kburi li kien hu l-ewwel li jumilja ruħu.” Dan it-tagħlim sejsu fuq il-parir ta’ San Pawl “li ħadd ma jmur jistrieħ qabel ma jitlob skuża”.
Ix-xahar ta’ Ottubru jfakkarna fil-Missjoni Trid tgħix ġurnata ma’ missjunarju?
Dan tista’ tagħmlu billi tagħżel ġurnata għażiża għalik għal darba, tibbukkjaha minn qabel u toffri €23 biex dakinhar tipprovdi l-għixien ta’ missjunarju u tgħinu jlaħħaq max-xogħol pastorali u soċjali tiegħu. Il-missjunarju joffri għalik l-intenzjoni tal-quddiesa skont l-intenzjoni tiegħek, it-talb u l-Uffiċju Divin ta’ dakinhar. Għal aktar tagħrif ċempel lil Fr. Norbert Bonavia (7926 5968). newspaper post Aħna Lilkom • 4
Aħna Lilkom
Ħolqa Bejn il-Ħbieb
Fr. Emmanuel Parnis
Fr. Lonnie Borg
Mill-Perù għall-Kanada
Fr. Emmanuel Parnis twieled B’Kara. Huwa ex student tal-Kulleġġ tagħna fir-Rabat. Studja l-filosofija fl-INSERM u t-teoloġija għand id-Dumnikani fir-Rabat ukoll. Ġie ordnat saċerdot fl-1989. Wara li akkwista esperjenza u prattika pastorali f’Malta, mar il-Pakistan fejn dam 14-il sena jaħdem f’diversi parroċċi. Minn hemm mar għal tliet snin f’Detroit, fejn ħadem fost il-Maltin u l-komunità Ispanika. Il-karattru ta’ Fr. Parnis huwa mimli ħeġġa. Għalhekk wara l-Amerka ta’ Fuq, mar għal tmien snin jaħdem fil-Perù ġewwa Lima. Hemmhekk ħadem mal-Opri Pontifiċji u wkoll bħala kappillan fi sptar mentali. Wara Lima kompla l-ħidma tiegħu filparroċċi tagħna ta’ Aplao u Arequipa. Nhar id-9 ta’ Ottubru beda fażi oħra f’ħajtu, għaliex intbagħat fil-missjoni tagħna fil-Kanada.
Mill-Filppini għall-Awstralja Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com
Fr. Lonnie Borg twieled u trabba l-Mosta. L-istudji sekondarji għamilhom fil-Kulleġġ tagħna fir-Rabat. L-istudji tal-filosofija u t-teoloġija għamilhom fis- Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù f’Għawdex. Ordna saċerdot fl-1985. Fl-1987 mar fil-missjoni tagħna tal-Pakistan għal erba’ snin. Fl1998 kien il-pijunier biex infetħet il-missjoni ġdida tal-Filippini. Il-bidu ta’ din il-missjoni fl-Asja ma kienx faċli. Għall-ewwel huwa kien jgħin f’diversi parroċċi. Imbagħad is-Soċjetà akkwistat dar u minn dak iż-żmien sa sitt xhur ilu, hu kien chaplain flUniversità Politeknika tal-Filippini. Ix-xahar li għadda Fr. Lonnie ngħaqad ma’ sħabna fil-missjoni l-oħra tal-Awstralja. Lil dawn iż-żewġ missjunarji, filwaqt li nawgurawlhom, inwiegħduhom it-talb tagħna.
L-editur
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Aħna Lilkom
Niltaqgħu mas-saċerdoti ġubilari - 3
Mit-Tarzna għall-Altar FR. ĠORĠ SCERRI mssp
F
r. Ġorġ Scerri, minn Ħad-Dingli, huwa t-tieni minn ħdax-il wild ta’ Pawlu u Carmen Scerri. Minn mindu kellu ħames snin kien abbati filparroċċa ta’ Ħad-Dingli. Għat-tagħlim tad-duttrina kien imur il-Mużew sakemm irċieva s-sagrament tal-Griżma. Imbagħad għadda għall-Azzjoni Kattolika tal-istess raħal. Ta’ sittax-il sena għamel l-eżami għat-tarzna u daħal bħala apprentist fis-sengħa ta’ ship fitter u fl-istess ħin beda jistudja fl-istitut superjuri li kellha t-tarzna dak iż-żmien. Bil-formazzjoni li rċieva mingħand il-ġenituri tiegħu, il-lajċi tal-Museum u l-Azzjoni Kattolika, kellu bażi suffiċjenti biex jaħseb fuq il-vokazzjoni tiegħu. Darba ħabib tiegħu li kien jaħdem miegħu fit-tarzna (li llum hu wkoll saċerdot mal-MSSP) stiednu biex jitla’ miegħu l-kunvent ta’ Sant’Agata biex jgħaddi ftit tal-ħin mal-patrijiet missjunarji ta’ San Pawl. Kien biżżejjed għalih li jara żgħażagħ bħalu lebsin is-suttana jistudjaw biex fi żmien qasir isiru saċerdoti. Ma ħasibhiex darbtejn u mingħajr ma ħaseb fil-karriera li kien ser ikollu fit-tarzna bl-istudju li kien qed jagħmel, ħalla kollox u f’Ottubru tal-1957 daħal fin-novizzjat tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Fit-tlieta ta’ April 1965 ġie
ordnat saċerdot fl-istess Soċjetà. Wara tliet snin talab lis-superjuri tiegħu biex imur għall-missjoni fil-muntanji tal-Perù. It-talba tiegħu ntlaqgħet missuperjuri u ntbagħat fil-Perù fejn ilu hemm sebgħa u erbgħin sena. Dejjem żamm f´moħħu l-kliem ta’ Ġesù: “Morru u għallmu lill-ġnus kollha, ħabbru l-Aħbar it-Tajba u għamlu dixxipli tiegħi..........”(Mt. 28, 19...)
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Għalhekk il-programm pastorali tiegħu fil-parroċċi fejn kien, dejjem beda blevanġelizzazzjoni, imbagħad iċ-ċelebrazzjoni tal-Kelma u bħala parti integrali ta’ dan kollu kienet tiġi l-Promozzjoni Umana, iġifieri l-attenzjoni għallbżonnijiet ta’ ħafna fqar li kellu. Din is-sena 2015, Fr. Ġorġ Scerri flimkien ma’ erba´ saċerdoti oħra talMSSP, qed jiċċelebra l-ħamsin sena tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu u għalkemm iż-żmien għadda sewwa minn fuqu, għadu jaħdem pastoralment filmissjoni fil-Perù. Għaldaqstant flimkien ma’ Santa Marija Mtella’ s-Sema, Fr. Ġorġ iħobb jgħid: Ruħi tfaħħar lill-Mulej għax ħares lejn iċ-ċokon tiegħi ..... u għamel ħwejjeġ kbar fija u permezz tiegħi, għax qaddis huwa ismu.
L-Editur
newspaper post Aħna Lilkom • 3