Ahna Lilkom Settembru 2014

Page 1

NEWS PAPER POST

Settembru 2014 / G˙add 494

Ikompli minn paġna 3

Óolqa Bejn il-Óbieb

AĦna lilkom

No 27

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro Dar Stella Maris

Erbgħin sena ta’ servizz f’Ghawdex Fit 30 ta’ Ġunju 1974 infetħet uffiċjalment id-Dar Stella Maris mill-E.T.Mons. Isqof Nikol Cauchi. Għal ħafna snin serviet bħala dar tan-novizzjat. Ilum tilqa’ ħafna Maltin u Għawdxin għal-laqgħat u l-irtiri.

Il-voluntiera li marru l-Pakistan

Grupp għall-Pakistan Dan is-sajf, grupp miċ-CamYouths tas-Soċjetà tagħna bħas-snin ta’ qabel marru jagħmlu xogħol volontarju barra minn Malta. Din id-darba marru fil-missjoni tagħna tal-Pakistan, f’Yuhannabad, Lahore. Il-grupp hu magħmul minn nurses u għalliema tal-lingwi u l-isport. Din il-ħidma żgur ser tħalli l-frott għax ilpreżenza tagħhom fost il-fqar għandha impatt akbar. Diga’ bdejna naraw riklami bil-kliem, ‘Back to School’.Dan ifakkrek l-ewwel ħaġa fl-uniformijiet u fil-kotba. L-istudenti u l-patrijiet tagħna ma jixtrux uniformijiet, imma kotba iva. Il-kotba huma l-għodda fil-formazzjoni spiritwali tagħhom. Titħajjar tkun Fundatur tal-Librerija tagħna? B’donazzjoni darba biss ta’ €200, tkun qed tgħinna nkomplu nkabbru l-librerija tagħna b’kotba ġodda. Tingħata tifkira b’ringrazzjament.

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

Iż-żelu missjunarju Il-ministeru pastorali, it-talb, il-kitba u r-riflessjonijiet kollha juru kemm Mons. De Piro kien bniedem mimli b’żelu missjunarju. Huwa kien iħoss li r-rigal li tah Alla li jikkonsagra ruħu lilu, ma kellux iżommu ghalih, imma jgħaddih lill-Knisja kollha permezz tiegħu. Infatti fl-Almanakk li kien joħroġ kull sena kiteb: “Il-futur tal-missjoni qiegħed f’idejn kulħadd”. Dan iż-żelu missjunarju kien mibni fuq l-għaqda li kellu ma’ Ġesù. Kif kompla jikteb fl-Almanakk, “Il-Mulej Ġesu Kristu għallimna nħaddnu d-dinja kollha”. Biex inkomplu nifhmu aktar kemm kien persważ minn din il-verità, fl-istess okkażjoni jkompli jikteb: “Skont il-pjan t’Alla, m’għandux ikun hemm differenza ta’ razza fil-Knisja Kattolika.”. Biex inkomplu napprezzaw x’żelu kellu għall-missjoni, inġibu silta minn prietka fejn qal: “Il-qassis, appostlu ta’ Kristu, m’għandux jillimita ruħu għal post wieħed, belt waħda, jew għal pajjiżu. Minħabba li d-distanza m’għandhiex tkun ta’ tfixkil, huwa għandu jitlaq pajjiżu, isellem lill-ħbieb, lil tal-familja, lil missieru u lil ommu, u jmur bl-unika arma f’idu: il-Kelma t’Alla”. De Piro xtaq u kien ippjana biex imur jara lil Fra Ġużepp fl-Abissinja, l-ewwel missjunarju tiegħu, imma l-providenza t’Alla kellha pjan ieħor għalih.

Kemm Ħabbewna! • O Ħ LOQ T B I S S I M A 2 0 1 4 •

Xtaqt nibda propju b’dan il-kliem għax verament il-poplu Malti u Għawdxi wera kemm iħobb il-missjoni li qed jagħmlu l-patrijiet tas-Soċjetà ta’ San Pawl f’pajjiżna, permezz tax-xogħol li qed isir mat-tfal fid-Dar ta’ San Ġużepp, u fil-Pakistan, il-Perù u l-Filippini. Kemm kienu sbieħ il-kummenti tan-nies li ċemplu, speċjalment ilĦadd waranofsinhar u li għall-grazzja t’Alla ma kinux ftit. Hekk per eżempju, wara li dik li wieġbet it-telefonata qalet grazzi, il-persuna fuq in-naħa l-oħra qalet, “Grazzi intom għax-xogħol li qed tagħmlu”. Persuna oħra ċemplet u qalet, “Jien qrajt il-fuljett li bgħattulna d-dar, u nixtieq inħallas pompa tal-ilma”. Bħal dawn kellna ħafna, li verament jimlewlek qalbek bil-ferħ. Meta wieħed jara b’għajnejh, kif rajt jien stess din issena fil-Filippini, il-bżonnijiet ta’ dawn in-nies, verament tkun tixtieq tagħmel aktar. Niftakar kemm ferħet dik il-mara meta Fr. Louis xtralha mutur, b’mitt ewro, biex ittella’ l-ilma fid-dar jew il-kmamar fqajra tagħha. Kienet qisha rebħet lotterija kbira. Fost il-ħafna affarijiet oħra li laqtuni fil-Filippini nsemmi ż-żagħżugħ li Fr. Joe

Cremona ħallaslu l-università biex sar għalliem, u li issa qed jgħallem hu stess lit-tfal fqar tar-raħal ta’ Batann fejn hi l-missjoni ta’ Fr Joe. Din l-esperjenza mlietni bil-ferħ u entużjażmu ġdid biex nibqa’ ngħin lil dawn ilpatrijiet li tant qed jaħdmu kull fejn qegħdin fil-missjoni, kif kellkom okkażjoni taraw fil-filmati li wera Fr. Louis, id Direttur taċ-Ċam/CPI. Nixtieq nieħu l-okkażjoni biex ngħid grazzi lillPresident ta’ Malta, lill-Arċisqof, lill-Prim Ministru, lill-Kap tal-Oppożizzjoni, lis-Superjur Ġenerali u lisSuperjur Reġjonali tal-MSSP għall-preżenza tagħhom. Xejn inqas lil tant u tant voluntiera, preżentaturi, kantanti, żeffiena, korijiet, atturi u artisti oħra u lil dawk li ma dehrux fuq il-palk, li kienu ħafna u ħafna u li stinkaw, b’sagrifiċċji personali, biex bħas-snin ta’ qabel bil-grazzja t’Alla rġajna ġbarna s-somma sabiħa ta’ ’l fuq minn €176,000. Naħseb li taqblu miegħi, li l-atmosfera sabiħa li kellna fil-bitħa tad-Dar ta’ San Ġużepp, kompliet żejnet din il-maratona. Grazzi mill-qalb.

Marthese Brincat

Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb, “Found among Sinners” miktub minn Fr Martin Cilia mssp

 4 Aħna Lilkom 

Newspaper post

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Óolqa Bejn il-Óbieb

Minn hawn u minn hemm Fl-14 ta’ Awwissu li għadda grupp ta’ 27 voluntiera marru fil-Perù biex għal xahar sħiħ jintegraw fil-ħajja ta’ komunitajiet differenti. Il-voluntiera ħadmu fis-sitt parroċċi li s-Soċjeta għandha fil-belt ta’ Arequipa. Huma żaru diversi familji fqar, biex jgħinuhom f’kull ma jistgħu. Għal dan il-għan, qabel ma telqu bagħtu kontejner b’diversi oġġetti meħtieġa għad-djar ta’ dawn in-nies.

Il-Filippini Fis-27 ta’ Lulju li għadda fid-Dar tagħna ta’ Formazzjoni fil-Filippini saret quddiesa li fiha ġie aċċettat uffiċjalment Marco Cabatuando bħala pre-novizz. Marco għandu 26 sena, u ggradwa fil-Kimika mill-Università msejħa PUP. Huwa nvolut fil-“Campus Ministry” tal-istess università. Marco ngħaqad maż-żewġ pre-novizzi l-oħra, Alex u Niel, li waslu biex jispiċċaw iż-żmien tal-pre-novizzjat tagħhom. Nitolbu għalihom.

L-Awstralja Biex jiċċelebraw Jum it-Twaqqif tas-Soċjetà fit-30 ta’ Ġunju, sħabna li jaħdmu fil-missjoni talAwstralja ltaqghu flimkien fid-dar tagħna ta’ North Sunshine, fejn wara mument ta’ talb, komplew jaqsmu l-fraternità ta’ bejniethom permezz ta’ ikla.

Il-voluntiera f’laqgħa mas-Superjur Reġjonali tal-Perù

Sunset Mass Fl-Oratorju tagħna l-attivitajiet fix-xhur tas-sajf ma waqfux. Barra l-laqgħat u l-barbiques taż-żgħażagħ u tal-abbatini mal-familji tagħhom, saru ħames “Sunset masses”, fuq l-Irdumijiet ta’ Ħad-Dingli lil gruppi differenti. F’dawn il-quddies attendew aktar minn 500 persuna. Lejliet Santa Marija, patruna tas-Soċjetà tagħna, saret velja ta’ talb fil-ġnien tal-Oratorju.

Marco Cabatuando, wieħed mill-pre-novizzi (bil-qmis bajda)

Xi wħud mill-Fathers tal-Awstralja waqt it-talb

Perù F’Lulju li għadda l-membri tas-Soċjetà tagħna li qed jaħdmu fil-Perù ltaqgħu għal jumejn biex jaraw kif jistgħu japplikaw it-tagħlim tal-‘Evangelium Gaudium’ għallparroċċi tagħhom. L-ewwel ġurnata kienet dedikata għat-talb u riflessjoni personali. Il-ġurnata l-oħra għaddewha fit-tfassil ta’ tliet kummissjonijiet: familja, żgħażagħ u pastorali.Nitolbu għalihom ħalli joħroġ ilfrott mill-ħidma tagħhom.

Mument waqt il-velja ta’ talb qabel l-ordinazzjoni ta Fr. Clinton

Il-Fathers tagħna tal-Perù

Velja Fit-30 ta’ Ġunju, ġurnata importanti għas-Soċjetà tagħna li fiha nfakkru t-twaqqif tagħha, ġiet iċċelebrata velja fl-Oratorju ta’ B’Kara, fl-okkażjoni tarrigal li Alla kien ser jagħtiha bl-ordinazzjoni presbiterali ta’ Fr. Clinton Farrugia. Barra l-membri tal-MSSP, ħadu sehem il-familjari ta’ Fr. Clinton, u lajċi minn diversi entitajiet tal-MSSP. Ikompli fuq paġna 4

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

 3 Aħna Lilkom 


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.