Aħna Lilkom L-esperjenza tiegħi fil-Perù (1) Fr. Frank Cortis mssp
L-ewwel esperjenza sabiħa li kelli, malli mort Aplao, kienet ir-rispett li għadu jgawdi Fr. Frank Cortis, li ħalla ħajtu fil-Perù waqt li kien jaqdi dmiru tliet snin ilu. Ġewwa r-raħal ta’ Aplao fejn Fr. Frank ħadem għal bosta snin, bnew ċentru sportiv u semmewh ‘Ċentru Sportiv Fr. Frank Cortis Balzan´. Din turi kemm kellu rispett u mħabba fil-qlub tan-nies u l-awtoritajiet tar-raħal fejn kien kappillan. It-tieni ħaġa li laqtitni kienet il-Kulleġġ San Tarċisju, li 27 sena ilu Fr. Frank kien waqqaf f’dan il-post tassew fqir. Imbagħad mort Arequipa. Meta Fr. Cortis spiċċa minn Aplao ġie hawn fejn kien responsabbli ta’ dik li tissejjaħ “Aldea Sagrada Familia”, istitut għat-tfal orfni jew bi bżonnijiet speċjali. Meta mort inżur l-istitut inzerta kien jum it-twelid ta’ Fr. Frank. Avolja ilu nieqes tliet snin, it-tfal għadhom jiċċelebraw din l-okkażjoni. L-ewwel kellhom quddiesa mid-Direttur Fr. Alex Busuttil mssp, u wara qasmu kejk waqt il-kant ta’ “Happy Birthday Fr. Frank”. Kien missjunarju li mhux biss ħadem għallpoplu Peruvjan iżda ħalla ħajtu f´dan il-pajjiż fejn għex għal ħafna żmien u fejn illum qiegħed jistrieħ fis-sliem. Kelli l-okkażjoni wkoll li nżur ilqabar tiegħu fejn hu midfun ġewwa l-Perù.
N E WSPAP E R No 36
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
Il-Ħolma tal-Vapur
Għalkemm il-ħolm mhux ta’ min joqgħod fuqu, De Piro kien jgħid: “Wieħed jista’ jintebaħ b’dak li Alla jkun irid minnu anke f’xi ħolma misterjuża”. Ftit qabel ma miet, Mons. De Piro irrakkonta ħolma li darba kellu: Jien sibt ruħi fuq vapur, meta f’daqqa waħda ġralu l-ħsara fl-iskrun. Inżilt fil-baħar biex nirranġah, imma bilkemm ilħaqt Inżilt, li ma nsibx xebba żagħżugħa ħdejja li qaltli: ”Ħalli f’idejja. Issa nieħu ħsieb immexxih jien (il-vapur).” Din id-dehra tal-vapur fil-baħar, lil De Piro għenitu biex jifhem, li jpoġġi lis-Soċjetà’ (li kien għadu kemm beda) totalment tiddependi mill-Ispirtu t’Alla. Infatti hu ħalla miktub hekk: “Bħal żiffa qawwija u ħelwa, l-Ispirtu t’Alla dejjem jimxi magħna fid-diffikultajiet, u jonfoħ fil-qlugħ tad-dgħajsa fqajra tagħna fil-baħar imqalleb”. Kemm l-immaġini tal-Grotta ta’ Betlehem u kemm din tal-vapur, lil De Piro għenuh ikun aktar konvint li Alla jagħżel lill-batut u lill-fqir biex juri l-kobor tiegħu. Il-fiduċja fil-providenza t’Alla mexxietu biex jafda lilu nnifsu taħt it-tmexxija tal-id t’Alla li fiH dejjem ra l-veru fundatur tal-ideat kollha tiegħu.
Int membru fil-Grupp ta’ Talb mssp? Dan il-grupp jitlob għal tliet għanijiet: • Għall-qdusija tal-membri tas-Soċjetà; • Għall-vokazzjonijiet ġodda fi ħdan is-Soċjetà; u • Sabiex meta jrid il-Mulej, naraw lill-Fundatur meqjum fuq l-artali. • Min ikun membru tal-grupp jieħu sehem filquddies, talb, sagrifiċċji, xogħol u suffraġji, filħajja u wara l-mewt, li jsiru mill-membri kollha tas-Soċjetà. Hu mitlub li joffri kuljum il-quddiesa, it-tqarbina u r-rużarju u jgħid it-talba speċjali talGrupp ta’ Talb mssp.
Min jixtieq ikun membru ta’ dan il-grupp jinfurmana u nibagħtulu d-diploma ta’ sħubija. newspaper post Aħna Lilkom • 4
POST
Settembru 2015 / Għadd 505
Aħna Lilkom
Ħolqa Bejn il-Ħbieb
Il-kaxxi ta’ Oħloq Tbissima malli waslu
Il-Maratona Oħloq Tbissima 2015 Productions International (ĊPI) u ċ-Ċentru Animazzjoni Iċ-Ċam Missjunarja (ĊAM) tas-Soċjetà tagħna reġgħu żammew l-appuntament ta’ kull sena, il-maratona “Oħloq Tbissima”.
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com
Bħal kull sena ġew iżuru l-avveniment tant popolari mal-Maltin u l-Għawdxin, l-Eċċ. Tagħha l-President ta’ Malta, is-Sinjura Marie Louise Coleiro Preca; il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni, u fuq kollox għall-ewwel darba kemm ilu li sar Arċisqof ta’ Malta, L-Eċċ. Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna. Il-Maltin u l-Għawdxin għal darb’oħra wrew l-apprezzament ta’ dak kollu li qed tagħmel is-Soċjetà tagħna f’Malta u fil-pajjiżi foqra għax bħas-snin ta qabel reġgħu kienu ġenerużi. Mhux biss, imma tajjeb li ngħidu li din is-sena s-somma miġbura kienet akbar mis-sena l-oħra u telgħet għal €183,417.65. Għalhekk grazzi kbira lil Alla u lilkom, għeżież ħbieb u benefatturi tagħna Kif kien tħabbar, minn dawn il-flus ser jibbenefikaw id-Dar ta’ San Ġużepp ta’ Sta. Venera, kif ukoll il-bosta parroċċi li s-Soċjetà għandha fil-Perù, fil-Pakistan u l-Filippini. Sittin siegħa ta’ trasmissjoni diretta m’humiex ċajta! Jiena u int konna qed naraw kollox fuq l-iskrin tat-televixin ġewwa djarna. Imma biex isiru dawn is-sigħat kollha, kien hemm tim kbir ta’ voluntiera li ħadmu mhux biss dawk is-sigħat, imma tul il-preparazzjonijiet li kellhom isiru qabel. Dawn in-nies kollha żgur li l-ħlas ser jeħduh mingħand il-Mulej. Inkun nonqos jekk ma nirringrazzjax ukoll lill-istazzjonijiet televiżivi u radjufoniċi, lill-midja onlajn, ġurnali lokali kif ukoll lillisponsors, preżentaturi, personalitajiet, kantanti, żeffiena u lil kull min b’xi mod ġie jagħtina daqqa t’id. Ippermettuli nżid nota personali. Kif għidt f’partijiet oħra ta’ din il-ħarġa dan il-fuljett, jien ftit tax-xhur ilu kont il-Perù. Hemm kelli x-xorti nara l-kaxxi li ġew bil-kontejner minn Malta ta’ “OĦLOQ TBISSIMA” L-Editur Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Is-sold għamluh mija D
ejjem xtaqt nara b’għajnejja l-missjoni li s-Soċjetà tagħna għandha fil-Perù. Kienet ħolma li ħsibt li qatt ma kienet sejra sseħħ, imma għarrali! Kien f’Lulju li għadda li din il-ħolma fl-aħħar seħħet! Ngħidilkom il-verità, altru tisma’ fuq dak li qed jagħmlu sħabna fil-Perù’ u altru tara b’għajnejk u tgħix ftit taż-żmien magħhom. Meta bdew idawruni mal-parroċċi mxerrda ‘l hawn u l’hemm, għidt, “Kos hux! F’dawn is-47 sena li ilhom jaħdmu f’dan il-kontinent Sud Amerikan il-Fathers tagħna, is-sold li tawhom il-benefatturi sarrfuh f’mija.” Għax meta tara dak li rnexxilhom jagħmlu, nerġa’ ngħid bil-ġenerożità’ ta’ tant Maltin u Għawdxin u bl-għaraq u l-bżulija, il-Fathers irnexxilhom jagħmlu l-mirakli. Kif qalli wieħed minnhom, “Inti llum qed tara knejjes sbieħ, kliniċi mgħammra b’kollox u servizzi tat-tobba u nfermiera b’xejn, kunsilli ta’ kull għamla f’kull parroċċa, kulleġġi, skejjel, kindergarters, kċejjen biex jitimgħu lill-foqra kull ġimgħa f’kull parroċċa, breakfast kuljum lil mijiet ta’ tfal li filgħodu ma jkunu ħadu xejn qabel ma jiġu l-iskola, tqassim ta’ hampers u kaxxi ta’ “Oħloq Tbissima”
jqaddisha barra fit-triq, kull filgħaxija, wara li n-nies jispiċċaw mill-ftit xogħol li jirnexxilhom isibu. Issir f’kesħa xxoqq il-għadam, kif taf tagħmel hawn fixxitwa. Għad m’għandux knisja jew imqar sala fejn jiġbor in-nies. “Hekk,” kompla jgħidli, “kienet kull parroċċa li għandna f’idejna llum”. Mill-esperjenza issa nista’ nixhed kemm in-nies li qegħdin naħdmu magħhom huma verament fqar. Għeżież benefatturi, f’isem ħuti li qed jaħdmu f’din il-missjoni tal-Perù, ngħidilkom grazzi ta’ kull sold li bgħattulhom. Ejjew inkomplu ngħinu din il-Missjoni, billi titkellmu mal-ħbieb tagħkom ħalli tħajruhom jagħmlu bħalkom.
Aħna Lilkom
Fr. Norbert Bonavia
fid-djar, speċjalment lil persuni morda jew irtirati fi djarhom, istitut għal tfal iltiema jew bi bżonnijiet speċjali u tant servizzi oħra. Imma tajjeb nisħaq li aħna bdejna mix-xejn. Kull fejn għandna llum kien kollu trab u ġebel ma’ kullimkien. Imbagħad il-Father ħadni fejn qed jaħdem hu. Qalli, “Ħalli nagħtik idea ta’ kif sibna kull post li għandna llum”. Ħadni propju taħt muntanja, fejn huwa kappillan. Trab kull fejn tara b’għajnejk u d-djar tan-nies m’huma xejn ħlief griebeġ. Il-quddiesa għadu
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
newspaper post Aħna Lilkom • 3