NEWSPAPER POST
Settembru 2016 / Għadd 516
No 46
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
Fr. Paul Kierce
Fr. Paul Kierce mssp Fl-20 ta’ Lulju li għadda, irċevejna l-aħbar li Fr. Paul Kierce mar jingħaqad mal-Mulej, wara marda ta’ sentejn u nofs li hu għexha b’ħafna fidi sal-aħħar mumenti. Fr. Paul huwa l-ewwel Awstraljan li ngħaqad mas-Soċjetà tagħna. Niftakar li fl-1973 kien ġie Malta, biex jiltaqa’ ma’ ħabibu li kien jaħdem miegħu l-Awstralja u li kien beda n-novizzjat magħna. Kienet l-okkażjoni li biha l-Mulej sejjaħlu għall-ħajja reliġjuża. Wara sena novizzjat, peress li diġà kellu l-istudju tal-filosofija lest, mar Ruma fl-Università Gregorjana, fejn għamel l-istudji tat-teoloġija. Huwa ordna saċerdot fid-9 ta' Lulju 1978. Wara l-ordinazzjoni saċerdotali, kien moderatur tan-novizzi fid-dar tagħna f’Għawdex. Lura fl-Awstralja, huwa kien jagħti servizzi f’diversi parroċċi tas-Soċjetà, fid-djar tal-anzjani u f’parroċċi oħra. Fr. Paul mar darbtejn il- Pakistan, fejn għallem il-filosofija fis-seminarju Kristu Re f’Karaċi. Fr. Paul kien iħobb jaqra ħafna, speċjalment il-letteratura Ingliża u l-istorja tal- Knisja. Issa għandna membru ieħor fil-Ġenna biex jitlob għalina lill-Mulej. Aħna wkoll inżommuh fittalb tagħna.
Ix-xhar ta' Settembru
Ħolqa Bejn il-Ħbieb
I
x-xahar ta’ Settembru jfakkarna fil-jum meta l-fundatur tagħna, il-Qaddej t’Alla Mons. Ġ. De Piro, mar jieħu l-premju li kien jistħoqqlu mingħand ilMulej li tant kien iħobb.
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Oħloq tbissima...grazzi mill-qalb Pittura riċenti tal-Fundatur minn Frederick Gingell
Kif naħseb li taf, il-kawża tal-beatifikazzjoni tal-fundatur għadha għaddejja. Imma huwa importanti li nkomplu nitolbu lil Alla l-grazzji li għandna bżonn bl-interċessjoni tiegħu. Jekk taqla’ xi grazzja bl-interċessjoni tiegħu, ġentilment nitolbok tgħidilna. Din hija t-talba li tista’ titlob: O Alla Missier, niżżik ħajr għall-grazzji kbar li bihom għoġbok tagħni lill-Qaddej fidil tiegħek Mons. Ġużeppi De Piro, li ħadem bla heda biex jgħin lil min hu fil-bżonn. Nitolbok Mulej, blinterċessjoni ta’ dan il-Qaddej tiegħek, taqlagħli l-grazzja li qed inressaq quddiemek sabiex il-qdusija tiegħu tiġi magħrufa minn kulħadd u jekk inhi r-rieda qaddisa tiegħek, ikun hu gglorifikat fuq l-art bħala wieħed mill-qaddisin tiegħek. Dan nitlobulek permezz ta’ Ibnek Ġesù Kristu Sidna. Ammen. Jekk għandek bżonn kopji ta’ din it-talba, ċempel in-numru...
fondazzjoni librerija Waqqaf Fondazzjoni Librerija, billi toffri darba biss €200. Bl-imgħax tagħhom inkunu nistgħu nixtru kotba ġodda għal-librerija tagħna. Ċempel 79265968 għal aktar tagħrif.
F
r. Edwin Agius mssp ilu missjunarju fl-Awstralja għal dawn l-aħħar 21 sena. Inzerta kien hawn waqt il-maratona u kiteb hekk:
Waqt li kont Malta għal vaganza stajt insegwi mill-qrib il-Maratona Oħloq Tbissima. Bqajt impressjonat b’dak kollu li titlob din l-attività. Minbarra l-preparazzjoni għaliha, stajt nara kemm nies jagħtu sehemhom biex jilħqu suċċess hekk kbir. Ma nistax ma nsemmix lill-organizzaturi u l-membri taċ-ĊAM li dejjem jaraw kif ikollhom suċċess aħjar mis-sena ta qabel; lill-voluntiera, ħafna minnhom bl-esperjenza ta’ missjoni; lill-isponsors, l-istazzjonijiet tat-TV u r-radju; ditti, ħwienet u kumpaniji li taw servizz jew materjal u oġġetti eċċ. u fuq kollox lill-poplu Malti u Għawdxi, li wieġeb b’tant imħabba u ġenerożità’. Grazzi ta’ kollox verament mill-qalb. F’qalbi għidt li dan kollu ġej minn ħsieb ta’ bniedem wieħed: Ġuzeppi De Piro. L-għan tiegħu li jwaqqaf għaqda reliġjuża kien jinvolvi dan kollu. Il-ħsieb tiegħu kien, "Nagħtu lil ħaddieħor dak li San Pawl ta lilna". Barra minn dan kellu ħsieb ieħor, dak li "Naħsbu f’ħutna ta’ barra!" Tmintax-il sena wara mewtu, wara l-gwerra, il-Maltin bdew ifittxu futur barra minn
Malta. Fl-1948 l-ewwel missjunarji MSSP bdew sejrin lejn l-Awstralja, imbagħad il-Kanada u l-Istati Uniti. Fl-Awstralja, fejn qiegħed jien, għandna tliet parroċċi f’Melbourne u d-Dar prinċipali talProvinċjal f’Parkville. F’Sydney imbagħad, barra dar fiċ-ċentru tal-belt, fi Blacktown, għandna ċ-Ċentru La Vallette, li permezz tiegħu nieħdu ħsieb il-Maltin ta’ dawk l-inħawi. Nemmen li kull min b’xi mod ħa sehem fil-maratona, kien ispirat mill-ħsieb nobbli talFundatur tagħna. Dan narah sinjal tal-qdusija tiegħu, li kien bniedem ta’ fidi u li kellu viżjoni mhux biss għal żmienu imma anke għall-futur. Jalla dan l-ideal ta’ Ġużeppi De Piro jkompli jispira żgħażagħ oħra biex iħaddnu l-ħajja missjunarja u lill-Maltin kull fejn ikunu biex jagħtu sehem ħalli jkollna dinja aħjar.
L-inawgurazzjoni tal-Maratona Oħloq Tbissima newspaper post
Aħna Lilkom • 4
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl Fr. Silvio Bezzina mssp Il-Kap tal-Kulleġġ L-attività fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl tibda minn filgħodu kmieni. L-ewwel studenti tal-iskola sekondarja jaslu anke qabel is-7.00am. Jiġu minn kull belt u raħal madwar Malta u arahom bla telf ta’ ħin jinżlu fil-grawnd biex jagħtu daqqtejn ballun qabel isir il-ħin għall-assembly - il-laqgħa formattiva, spiritwali jew liturġika ta’ filgħodu. Hija opportunità tajba biex l-istudent jikseb l-edukazzjoni mhix biss akkademika, iżda li tolqot il-bniedem sħiħ ukoll. Tliet kwarti wara jinġabru l-istudenti tal-iskola primarja, li sa mit-twaqqif tagħha fl-2011, laqgħet 50 tifel fil-Junior 1 u għal tliet snin fil-Junior 4, sabiex tedukahom u tippreparhom ilkoll flimkien, b’ethos wieħed għaċ-ċiklu tas-sekondarja. Illum il-popolazzjoni tal-istudenti tlaħħaq 550. Hu numru kbir, iżda żgħir biżżejjed biex jagħti ċ-ċans li kull tifel ikun magħruf mill-għalliema u mogħti attenzjoni individwali. Il-ħidma akkademika tibda fit-8.15am meta l-istudenti jinġabru għal-lezzjonijiet tagħhom, li normalment jieħdu 40 minuta `l waħda. Il-ħin jitqassam b’dan il-mod sabiex l-istudenti jkollhom opportunità jiffukaw fuq is-suġġetti varji. Kif wieħed jista’ jimmaġina, ċertu suġġetti huma bażiċi, bħattagħlim tal-Malti, l-Ingliż u l-matematika. Iżda mbagħad wieħed ikompli jifrex fuq suġġetti oħra bħax-xjenza, ir-reliġjon, id-drama u l-arti, il-ġografija u l-istorja, it-teknoloġija u l-komunikazzjoni, eċċ. Ittlettax-il suġġett differenti fil-primarja jiżviluppaw fi tletin suġġett fis-sekondarja, xi wħud obbligatorji
Tim tal-futbal
Waqt laqgħa għal-għalliema
u oħrajn magħżula mill-istudenti. Ma’ dawn inżidu wkoll is-suġġetti extra-kurrikulari bħall-kura tal-ġnien, l-atletika, il-filming, il-hockey, il-hand-ball, ir-robotika u oħrajn. L-istudenti jkollhom ukoll l-opportunità li jinvolvu rwieħhom anke fil-kunsill tal-istudenti tal-Eko-Skola, fl-attivitajiet tal-Milied u ta’ Jum ilPremjazzjoni u inizjattivi oħra bħal wirjiet tal-arti u tournaments tal-futbol. Is-suġġetti varji bosta drabi jiġu magħqudin flimkien permezz ta’ temi krosskurrikulari u hekk tiġi maħduma tapizzerija sabiħa li twassal għal żvilupp olistiku. Ir-riżultati tajbin narawhom speċjalment fi tmiem is-sena skolastika u fi tmiem iċ-ċiklu tal-primarja u s-sekondarja, meta jaslu r-riżultati tal-Benchmark u tal-Livell Ordinarju. Nieħdu gost naraw li dawn ir-riżultati jikkomparaw tajjeb ħafna ma’ dawk miksuba minn studenti oħra. Mhux kulħadd huwa l-istess. Bħalma fi ġnien wieħed isib kull xorta ta’ xitel u fjuri, hekk fil-Kulleġġ. Bħalma l-ġardinar jara li jsaqqi u jindokra x-xtieli
skont il-bżonnijiet tagħhom, hekk ukoll fl-ambjent edukattiv. Mhux kulħadd hu fl-istess livell, mhux kulħadd għandu l-istess kapaċitajiet - min għandu talent u ħila, u min għandu xi ħaġ’oħra. Għal dan il-għan il-programm edukattiv fil-Kulleġġ tagħna huwa varjat u jolqot il-ħiliet u l-abbiltajiet tal-istudenti kollha, inklużi dawk bi bżonnijiet speċjali u dawk meqjusa bħala gifted. Kieku kellna nieqfu hawn, konna nkunu tajjeb. Iżda nemmnu li hemm aspetti oħra fil-ħajja talistudent li jridu jiġu indirizzati. L-iżvilupp fiżiku tal-istudent hu wieħed minnhom. Għalhekk nagħtu każ tal-importanza tal-isport, tal-ikel bnin u l-attenzjoni tal-persuna. L-iżvilupp spiritwali jwassal sabiex l-istudent jibni relazzjoni ma’ Alla l-Imbierek. L-iżvilupp soċjali u psikoloġiku jgħinuh jagħraf aħjar lilu nnifsu, l-imġieba tiegħu u l-mod kif jirrelata, jirrispetta u jħobb lil dawk ta’ madwaru. L-għarfien ta’ dawn id-dimensjonijiet jgħinuna nieħdu deċiżjonijiet u nfasslu programm li jinkludi dan kollu, anke fuq bażi ta’ kuljum. Dan kollu jsir taħt id-direzzjoni għaqlija tal-għalliema u l-istaff kollu tal-Kulleġġ, li llum ilaħħaq mal-110 persuni. Il-borma, jgħid il-Malti, fuq tlieta toqgħod. U verament, ma nistgħux nimmaġinaw il-ħidma filKulleġġ tagħna mingħajr sehem il-ġenituri li jsostnu l-ħidma edukattiva. Kemm hu sew li l-ġenituri
jinteressaw irwieħhom fl-iżvilupp akkademiku u olistiku tal-ulied. Dan billi l-ewwelnett ikunu qribhom fix-xogħol tad-dar u jsegwu dak li qed jiġri fl-iskola u wkoll billi jinvolvu rwieħom fl-attivitajiet tal-iskola. X’għaxqa meta l-esperjenza edukattiva ma tkunx biss tal-ulied, iżda wkoll tal-ġenituri. Hekk l-iskola tkun estensjoni tad-dar, u d-dar issir estensjoni tal-iskola. Nirringrazzja lill-għalliema u l-istaff kollu talKulleġġ, flimkien mal-ġenituri u l-istudenti għal din il-missjoni xi drabi diffiċli, imma ċertament sabiħa fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl.
Waqt ħarġa kulturali
Tim tar-robotika
Grupp ta' ġenituri ma' Mons. Grech
Studenti fi klassi tal-primarja
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
newspaper post
Attività extra-kurrikulari
Attività reliġjuża
Il-mission statement tal-Kulleġġ: Aħna, komunità ta’ għalliema, ġenituri u studenti, ispirati mill-kariżma tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, infittxu li nibnu f’kull persuna li tagħmel parti minn dan ilKulleġġ Kattoliku, il-bniedem sħiħ.
Aħna Lilkom • 3