Ahna Lilkom September 2018

Page 1

Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB

Fr. Bernard Mangion Fr. Bernard huwa mill-Mosta. Ta’ erbataxil sena daħal aspirant tas-Soċjetà. L-istudji sekondarji għamilhom fil-Kulleġġ San Alwiġi. Wara n-novizzjat, attenda l-Università ta’ Malta għall-istudji għas-saċerdozju. Ordna saċerdot fit-3 ta’ April 1965. Sentejn wara sar Rettur tal-Kulleġġ tagħna fir-Rabat. Tul ittmintax-il sena li dam rettur, nistgħu ngħidu li poġġa l- pedamenti li fuqhom għadu miexi l-Kulleġġ illum.

Ġużeppi De Piro Missjunarju Spiritwalità missjunarja (iv) Il-Kariżma missjunarja fit-twemmin ta’ De Piro Il-Qaddej ta’ Alla mhux biss kien jgħix ir-rieda tal-Mulej. Hu kien iwettaqha b’kuraġġ, qawwa, u saħħa interna. De Piro sa minn meta kien seminarista Ruma kien juri biċ-ċar li fiżikament ma kienx ta’ saħħa kbira. Kellu jitlob lill-Isqof Pace biex jippermettilu jordna saċerdot f’nofs it-tielet sena Teoloġija. Imma d-determinazzjoni li wera

Fl-1984 ġie assenjat għall-missjoni filPakistan. Tul dawn is-snin, Fr. Bernard ma qgħadx bi kwietu. Barra x-xogħol pastorali, intalab diversi drabi mill-awtoritajiet Ekleżjastiċi biex jippjanta knejjes, seminarju, djar reliġjużi u l-proġett kbir tal-Aruj-eMariam Renewal Centre. Dan il-post jista’ jospita sa 150 ruħ għal irtiri, seminars, korsijiet ta’ aġġornament u laqgħat internazzjonali. L-isqfijiet tal-post għażluh ukoll biex ikun l-ewwel rettur tas-seminarju interdjoċesan għall-filosofija fejn dam tmien snin rettur. Fis-sena 2000 intgħażel bħala Superjur Ġenerali tas-Soċjetà. Dam jaqdi f’dan ilministeru għal 12 il sena. Fi żmienu fost l-oħrajn, inbdiet il-missjoni fil-Filippini. Wara li spiċċa dan il-ministeru huwa rritorna lejn ilPakistan fejn dam sitt snin. Issa li Fr. Bernard ġie lura Malta qiegħed ikompli l-ministeru tiegħu mal-komunità Pakistana f’Malta. waqt it-twettiq tal-ministeri tiegħu kienet xi ħaġa fenomenali. Altru li ried ikollu saħħa ġewwinija kbira biex fl-istess ħin, u waqt li jaffaċċja bosta diffikultajiet, il-Qaddej ta’ Alla jmexxi sitt istituti ta’ karità, jagħmilha ta’ segretarju tal-Arċisqof Caruana, ikun Rettur tas-Seminarju Maġġuri, jagħti sehmu fil-ħajja politika ta’ pajjiżna, u joħlom, jippjana u anke jagħti bidu għas-Soċjetà Missjunarja tagħna! Dwar il-qawwa li wera l-Fundatur fittwaqqif u t-tkabbir tas-Soċjetà, Patri Alexander Bonnici OFM Conv., jikteb hekk fl-ewwel volum tal-ħajja ta’ De Piro: “Il-ħajja tiegħu hi xhieda li Alla nebbħu biex iwaqqaf Socjetà. Imma, meta sar ċert minn dan, l-ebda parir kuntrarju u lanqas ittkasbir ta’ dawk li ma fehmuhx ma kellhom il-ħila jreġġgħuh lura jew jaqtgħulu qalbu…”. FR TONY SCIBERRAS MSSP

Ikompli.

Grupp ta’ Talb mssp. L-għan tal-grupp hu t-talb għall-qdusija tal-membri tas-Soċjetà, għallvokazzjonijiet u ħalli naraw il-Fundatur fuq l-artali. L-imsieħba jibbenefikaw mill-ġid spiritwali talmembri MSSP filwaqt li jintalbu joffru l-quddies u t-tqarbin ta’ kuljum u jgħidu t-talba tal-grupp. Jekk tixtieq tingħaqad mal-Grupp, ikkuntattjana għal aktar tagħrif.

NEWSPAPER POST

Aħna Lilkom • 4

NEWSPAPER POST

Settembru 2018 / Għadd 538

Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com

L-“IVA” ta’ 120 sena ilu

I

lkoll nafu li matul il-ġurnata jkollna ħafna okkażjonijiet fejn irridu ngħidu iva jew le. Imma hemm okkażjonijiet u ċirkustanzi meta l-iva jew le li ngħidu jġibu magħhom effett serju, ta’ responsabiltà u ġieli wkoll dejjiemi fuq il-ħajja tagħna.

Hekk ġralu Ġużeppi De Piro, meta 120 sena ilu, fil-Knisja tal-Ġiżwiti tal-Belt, waqt li kien qed jitlob is-supplika tal-Madonna ta’ Pompej ma’ sħabu l-universitarji, ħass li għandu jgħid IVA lil Alla, biex isir saċerdot. Dan sar ukoll wara li kien għamel novena ta’ talb lill-Madonna biex tilluminah x’ser jagħmel. Din l-iva kellha konsegwenzi oħra marbutin magħha. Kellu jħalli warajh karriera ta’ avukat. Fil-fatt kien diġà ilu sena u nofs li beda dan l-kors fl-università. Tilef ukoll l-opportunità li jirnexxi fil-pittura, għax ta’ erbatax-il sena kien diġà ħa premju minn idejn Lord Mountbatten għal xogħol li daħħal għal kompetizzjoni. Xejn inqas, il-ħajja komda fid-dar ta’ ommu, il-Barunessa De Piro. Minflok, għażel li jmur joqgħod fl-istitut ta’ San Ġużepp jew mal-membri tas-Soċjetà fiddjar tal-bidu li ma kienu xejn speċjali. Wara dan iż-żmien kollu, nirringrazzjaw lil Alla li għenu jagħżel li jgħid iva, għax ilkoll nafu kemm, bil-grazzja t’Alla, fi ftit snin li

għex, irnexxielu jagħmel għat-tfal orfni, għal Malta u għall-Knisja meta waqqaf isSoċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, hekk li llum il-kariżma tiegħu hi mxerrda ma’ diversi postijiet tad-dinja. L-EDITUR

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Inawgurazzjoni tal-Kumpless Sportiv tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl

Nhar il-Ħadd it-22 ta’ April 2018, fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl seħħ il-ftuħ uffiċjali tal-Kumpless Sportiv li jinkludi grawnd bit-terf artifiċjali, track tal-gomma u padiljun sportiv. Il-ftuħ li sar minn Fr Silvio Bezzina mssp, Rettur tal-Kulleġġ flimkien ma’ numru ta’ studenti, u mbierek mis-Superjur Ġenerali Fr. Mark Grima mssp, kien avveniment mistenni mill-istudenti, ġenituri u għalliema tal-Kulleġġ, għax wassal fi tmiemu proġett mixtieq minn ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ studenti. Il-grawnd l-antik, mibni 40 sena ilu, kien tar-ramel, u għalkemm meta

nbena kien wieħed mill-aħjar, iż-żmien għamel tiegħu u l-esiġenzi tal-lum huma differenti. L-idea żviluppat u saret realta’ wara li seba’ snin ilu ġiet mibnija u miftuħa l-iskola primarja tal-Kulleġġ. Hekk il-Kulleġġ bħalissa qed jeduka 550 student, bi staff ta’ 115-il persuna. Ix-xogħol ta’ ppjanar, attenzjoni arkeoloġika, bini, tagħmir u bżonnijiet oħra, it-tpoġġija ta’ terf artifiċjali u t-track ħa madwar tliet snin. L-aħħar xhur kienu xhur ta’ ħidma kontinwa, u permezz tagħhom kompla jinbena entużjażmu fost l-istudenti u kull min kien involut.

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Aħna Lilkom ĦOLQA BEJN IL-ĦBIEB

Wara introduzzjoni mill-preżentaturi, is-Sa Debbie Scerri u s-Sur Joe Dimech, l-istudenti kantaw l-innu tal-Kulleġġ, kliem ta’ Fr. Pierre Bonnici mssp u mużika ta’ Fr. Karm Debattista mssp. Fr. Silvio għamel l-indirizz tiegħu, segwit mis-Sur Norman Darmanin Demajo (President MFA), is-Sur Joe Vella (Mdina Knights), Dr Keith Cilia Debono (PTA), u Fr. Frankie Cini mssp. Erba’ mużiċisti, studenti tal-Kulleġġ daqqew musical interludes. Fr. Silvio, flimkien ma’ student minn kull sena fil-Kulleġġ qatgħu ż-żigarella, u nkixfu żewġ lapidi li jfakkru dan l-avveniment u l-ħidma flimkien mal-Malta Football Association u Mdina Knights Football Club. Dan għaliex, bi ftehim li sar bejn il-Kulleġġ u l-MFA, li ra lill-MFA tgħin lill-Kulleġġ biex ipoġġi terf artifiċjali fil-grawnd, l-Imdina Knights Football Club jistgħu jitħarrġu u jikkonsidraw il-grawnd tal-Kulleġġ bħala l-Home Ground tagħhom. Fr. Mark Grima mssp mexxa talba, u bierek ilkumpless sportiv. L-avveniment tal-ftuħ uffiċjali tal-grawnd sar ukoll f’kollaborazzjoni mal-festival Altofest ta’ Valletta 18. Artisti u korjografi Naplitani mexxew dan il-festival, u involvew madwar 200 student tal-Kulleġġ, kif ukoll il-plejers tal-Imdina Knights, f’żifna li rathom jagħmlu użu kreattiv mill-grawnd, u ħolqu spettaklu sabiħ, ferrieħi u grandjuż. Fil-Kulleġġ dejjem emminna fil-valur ta’ edukazzjoni holistika, dik li tagħti priorita’ lilliżvilupp sħiħ tal-istudent. L-isport jgħin lillistudenti biex jiżviluppa fiżikament, u jagħtih NEWSPAPER POST

opportunita’ jibni ħbiberija sabiħa ma’ sħabu tal-klassi u tal-iskola. Jgħinu wkoll iserraħ il-menti tiegħu, u jiffoka fuq eżercizzju fiżiku li jaqtgħu xi ftit mill-istress tal-istudju. Permezz tal-proġett, l-istudenti jistgħu jgawdu grawnd full size (90m x 45m), bi track tal-gomma ħamra madwaru, b’tul ta’ 335 metru. Miegħu hemm ukoll court tal-volleyball u ieħor tal-basketball. Hekk l-istudenti ma jħarsux biss lejn logħob tal-futbol, iżda wkoll lejn dixxiplini sportivi oħra, inkulża l-atletika. Il-padiljun sportiv, mibni maġenb il-grawnd, joffri daħla b’veduta fuq il-grawnd, u jinkludi tliet dressing rooms kbar, uffiċċji, board room u żewġ fitness halls u viewing gallery. Kemm il-grawnd, kif ukoll il-padiljun huma aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet spjeċjali. Kif wieħed seta’ jistenna, meta nbeda ix-xogħol, instabu diversi katakombijiet. Dawn il-fdalijiet arkeoloġiċi kollha ġew preservati skont l-istruzzjonijiet tasSovraintendenza tal-Wirt Storiku u Kulturali, u xi wħud huma viżibbli għall-viżitaturi u accessibbli għal aktar studju. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod għenu sabiex jinbena dan il-kumpless sportiv. Lillkomunità kollha tal-Kulleġġ: edukaturi, studenti, ġenituri u eks-studenti; lis-Socjetà Missjunjarja ta’ San Pawl li tkompli tinvesti fil-Kulleġġ; lillħaddiema, kuntratturi u professjonisti kollha li taw is-sehem tagħhom; lill-MFA u Mdina Knights FC; u lill-benefatturi kollha.

FR. SILVIO BEZZINA MSSP RETTUR Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.