April 2014 / G˙add 490
No 23
Óolqa Bejn il-Óbieb
AÓna lilkom
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
L-Imħabba Mons. De Piro kien tant mimli bl-imħabba t’Alla u tal-proxxmu li fir-regola oriġinali tasSoċjetà tagħna hu ppropona speċi ta’ “Lectio Divina” fuq il-kliem ta’ San Pawl fuq l-imħabba li nsibu fl-Ittra lill-Kor.1.13(4-7) “L-imħabba taf tistabar” għax bi spirtu kalm taċċetta l-ħażen li wieħed jirċievi. “L-imħabba tħenn” għax tħallas il-ħażen bit-tajjeb. “L-imħabba mhix għajjura” għaliex ma tgħirx għall-ġid tal-oħrajn. “L-imħabba ma tintefaħx” għax ma titkabbarx bil-ġid materjali. “L-imħabba ma titkabbarx” jiġifieri mhux malizzjuża, ambizzjuża jew ħażina għax Alla hu kollox għaliha u tgawdi kollox fih. “Ma tfittixx dak li hu tagħha” għax ma tqis xejn tagħha personali għax Alla huwa kollox ghaliha. “Ma tinkorlax” għax ma tpattihiex u ma żżommx f’qalbha għall-ħsarat li jsirulha.
“Ma tifraħx bil-ħażen” u dejjem tara li taħseb dejjem tajjeb fuq ħaddieħor. Wara din ir-riflessjoni, kompla jagħti direttivi oħra tassew sbieħ lil-membri: “Kull wieħed għalhekk għandu joqgħod attent u jkun prudenti kif jitkellem fuqu nnifsu u fuq l-oħrajn. Qatt m’għandu jbaxxi l-istima tal-aħwa anzi dejjem għandu jqis lill-oħrajn bħala aħjar minnu u jkun dejjem attent li jagħti l-istima li tixraq lil kull wieħed.” Aktar ‘l isfel kompla jispjega: “Mingħajr ma wieħed imur lil hinn minn dak li jiflaħ, ħa jfittex kull wieħed li jaqta’ x-xewqat tal-oħrajn u jkun attent u pront biex jgħin u jaħji lil min jitlob l-għajnuna tiegħu u anke lil min ma jitlobhiex meta jkun jaf li dak li jkun ser jagħmel ikun milqugħ tajjeb minn ħutu.” “B’dan il-mod ta’ kif tingħex l-imħabba, ilmissjunarju jkollu l-kuraġġ li jista’ jgħid il-kliem malAppostlu Missierna, “B’hekk jien nogħġob lil kulħadd f’kollox bla ma nfittex l-interessi tiegħi imma tal-ħafna biex isalvaw.” (1 Kor 10,33) Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb, “Found among Sinners” miktub minn Fr. Martin Cilia mssp
Ħafna Maltin iħobbu jagħmlu pellegrinaġġ għal Lourdes Ftit ilu, is-Superjur Ġenerali tagħna, Fr. Mark Grima, flimkien ma’ Fr. Mario Micallef, Segretarju Ġenerali, kellhom l-okkażjoni sabiħa li jikkonċelebraw mal- Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Wara l-quddiesa kellhom ħin biex ikellmuh personali.
Jekk fi ħsiebek tmur jew taf lil min irid imur, ċemplilna. Jien ser immexxi pellegrinaġġ ta’ ħamest ijiem bejn id-9 u l-15 ta’ Lulju. Jekk xtaqt tmur f’dati oħra ċemplilna xorta ħalli ngħinuk. Fr. Norbert Bonavia T: 7926 5968
4 Aħna Lilkom
NEWS PAPER POST
Óolqa Bejn il-Óbieb
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP | M: 7926 5968 | E: norbertbonavia@gmail.com
Jiktbilna Fr. Pierre Bonnici mssp mill-Pakistan Għoxrin sena ilu ċċelebrajt il-festi tal-Ġimgħa Mqaddsa għall-ewwel darba fil-Pakistan. Niftakar li ma tantx kont impressjonat. Madwarna, id-dinja għaddejja mingħajr kas ta’ xejn li dawn kienu ġranet tant solenni għalina l-insara.
L-Għid kien ġurnata tax-xogħol bħall-oħrajn għax dak iż-żmien l-unika vaganza fil-Pakistan kienet il-Ġimgħa. Nies ġew għall-festi iżda kollox kien jidher bla kulur f’għajnejja – jien li kont imdorri bil-purċissjonijiet u s-solennità li biha konna niċċelebraw din il-Ġimgħa f’Malta. Minn dak iż-żmien, jien inbdilt u xi ftit anki s-sitwazzjoni nbidlet. F’Ħadd il-Palm nibdew iċ-ċelebrazzjonijiet b’purċissjoni kollha entużjażmu bin-nies ixejru l-friegħi u jġorru xi nkwatru ta’ Ġesù. L-isbaħ ħaġa imma tkun id-devozzjoni, il-kant u t-tifħir li jsir tul il-purċissjoni. F’Ħamis ix-Xirka ż-żgħażagħ jirreċtaw l-Aħħar Ċena waqt il-quddies ta’ filgħaxija u mbagħad wara l-quddies kulħadd jaqsam flimkien l-ikel li jkun ġab miegħu. Fil-Ġimgħa l-Kbira jkollna nagħmlu tinda barra għax il-knisja ma tesax in-nies kollha li jiġu għall-Via Sagra. Din id-darba wkoll iż-żgħażagħ jirreċtaw ilpassjoni u l-mewt ta’ Ġesù. Fil-Vġili tal-Għid nibdew barra bin-nar u x-xemgħa tal-Għid. Ma tantx jieħdu pjaċir jiġu bil-lejl in-nies minħabba li hawn ma tantx hawn sigurtà iżda minn sena għall-oħra n-nies dejjem iżidu bil-mod il-mod. Il-Ħadd filgħodu mbagħad nispiċċaw b’quddies iffullat
Newspaper post
kullimkien. Donnok tħoss li ċ-ċelebrazzjoni hi Alleluja tremenda li tvenven kullimkien. Is-sitwazzjoni fil-parroċċi nbidlet frott ta’ tant tagħlim, paċenzja u perseveranza min-naħa talmissjunarji li ġew qabli. Min-naħa tal-MSSP millbidunett konna nagħmlu kollox bl-aħjar mod possibli. Il-frott ta’ dan jidher fil-parroċċi kollha fejn ħdimna aħna u anki diversi oħrajn li tgħallmu minna. Mhux aħna biss, naturalment. L-ordnijiet l-oħra u l-missjunarji l-oħra kollha kienu jagħmlu l-istess. Illum jagħmluh il-qassisin lokali li ħadu posthom. U jien inbdilt ukoll – għax bil-mod il-mod bdejt nara kemm il-festi għal dawn in-nies. Fr Mifissru ark Gridawn m a m p Dawn nies li kuljum jgħixussl-passjoni u s-salib, li t-tama tagħhom biss fi Kristu Rxoxt. Hu privileġġ u rigal minn Alla li nista’ naqsam dan iż-żmien magħhom. Nieħu din l-okkażjoni biex ngħid grazzi kbira lilkom għeżież benefatturi, li dejjem tiftakru fina fit-talb u talġenerożità tagħkom magħna.
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Beatifikazzjoni tal-Fundatur
Óolqa Bejn il-Óbieb
Meta nżur lill-benefatturi, domanda li jagħmluli ħafna hija, “Fejn wasalna fil-kawża tal-beatifikazzjoni talFundatur?” Għalhekk għamilt din l-intervista lil Fr Tony Sciberras mssp, li hu l-viċi postulatur tal-kawza. L-Editur Fr Tony, għalfejn il-kawża ta’ kanonizzazzjoni talFundatur tagħna? Wieħed għandu mnejn jaħseb li l-MSSPs miġbura għall-Kapitlu Ġenerali tal-1982 qablu unanimament li jitolbu lill-Arċisqof ta’ Malta biex jibda l-Kawża ta’ Kanonizzazzjoni ta’ Mons De Piro għax il-biċċa l-kbira tal-istituti reliġjużi jagħmlu hekk. Fil-każ tagħna ma kienx hekk assolutament. Dak li mmotivana biex nagħmlu t-talba lill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca kien it-twemmin tagħna li l-Fundatur jista’ jiġi ppreżentat bħala mudell ta’ ħajja nisranija, illum. Fil-fatt għalina Mons De Piro huwa: is-saċerdot li kien mogħti għad-Djoċesi ta’ Malta u għall-Knisja inġenerali; iċ-ċittadin dedikat għal pajjiżna; il-missier għal bosta fqar u ltiema; u għax kellu viżjoni universali tal-Knisja, waqqaf is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Jien għandi l-impressjoni li jrid ikun hemm ċerta fama ta’ qdusija fost il-poplu biex tinbeda kawża ta’ kanonizzazzjoni. Fil-każ tal-Fundatur hemm tali fama? Huma n-nies li juru li persuna hi qaddisa u mhux ilKongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin; irid jinstab li l-Poplu ta’ Alla qed ifittex l-interċessjoni tal-persuna studjata. Għalkemm id-devozzjoni lejn De Piro tista’ tikber aktar, min-numru ta’ nies li jitolbu l-interċessjoni tiegħu, mill-ittri li nirċievu u n-nies li jiġu jżuru l-qabar tiegħu, hawn f’Sant’Agata, jidher ċar li diversi huma dawk li jqisu lill-Monsinjur bħala l-bniedem ta’ Alla. Wara li s-Soċjetà tagħna talbet lill-Arċisqof Mercieca biex jibda l-kawża tal-Fundatur deher li Mons Arċisqof għamel il-homework tiegħu u sab li De Piro jista’ jiġi ppreżentat lill-fidili bħala mudell għalihom. Jidher ukoll li l-Eċċellenza Tiegħu sab li l-fama ta’ qdusija ta’ De Piro teżisti fil-poplu ta’ Alla. Wara dan x’għamel l-Arċisqof? Jien ġejt ippreżentat lill-Arċisqof bħala l-postulatur u hu approvani. Jien issa kelli nkun il-persuna li sservi bħala punt ta’ referenza għal dak kollu li jkun meħtieġ fil-kawża. Wara dan l-Arċisqof waqqaf it-Tribunal. Dan hu tim ta’ tliet persuni adatti biex jieħdu f’idejhom, f’isem l-Arċisqof
Fr Tony Sciberras mssp, flimkien ma’ uffiċjali oħra tal-Kurja, jieħu l-ġurament ta’ postulatur fil-ftuħ tal-Proċess Djoċesan.
innifsu, ix-xogħol tal-kawża sakemm din tkun għadha fl-Arċidjoċesi. Fil-fatt dawn irċevew mill-postulazzjoni d-dokumenti kollha miktuba mill-Fundatur innifsu u dawk mibgħuta lilu. Lill-membri tat-Tribunal ingħatalhom ukoll dak il-materjal kollu li jista’ jitfa’ dawl fuq il-persuna talMonsinjur u żmienu. Il-postulazzjoni tat lit-Tribunal anke lista ta’ persuni li għexu qrib il-Fundatur, jew dawk li kellhom informazzjoni dwaru minn ħaddieħor. Skont il-proċess tal-kawżi jekk il-persuna inkustjoni tkun ippubblikat xi materjal dan jingħata lil xi teoloġi li jistudjawh biex jaraw jekk ikunx jaqbel ma’ dak li kienet tgħallem il-Knisja fi żmien il-persuna konċernata. Fil-każ ta’ materjal mhux ippubblikat dan jitqiegħed quddiem kummissjoni storika u din tagħmel rapport kritiku dwaru. De Piro kellu minn dan il-materjal? Jekk iva, minn liema minnhom? U ġie studjat mit-teoloġi u l-esperti storiċi? Il-Fundatur tagħna ma jidher li ppubblika l-ebda materjal. Skont l-ewwel membri tas-Soċjetà, bejn l-1922 u l-1933 hu ħareġ “San Pawl: Almanakk tal-Istitut talMissjoni”, imma billi hu ma ffirma l-ebda artiklu ta’ din il-pubblikazzjoni, allura ma nistgħux inkunu ċerti mill-awtur ta’ dan il-materjal. Jiġi perkonsegwenza li anqas dan ma jista’ jitqies bħala ppubblikat minnu. Minkejja dan kollu aħna xorta waħda tlabna li titwaqqaf kummissjoni teoloġika ħalli tistudja l-materjal kollu miktub mill-Fundatur. Iż-żewġ teoloġi magħżula mit-Tribunal iddikkjaraw b’mod l-aktar ċar li l-kitbiet ta’ Mons De Piro kienu f’sintonija sħiħa ma’ dak li kienet tgħallem il-Knisja fil-bidu tas-seklu li għadda.
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Mons. Arċisqof G. Mercieca, flimkien ma’, dak iż-żmien Fr Mario Grech u delegat tal-Arċisqof fil-Proċess Djoċesan, jispezzjonaw il-materjal li kellu jintbagħat il-Vatikan.
Materjal mhux ippubblikat imma miktub minn De Piro għandna ħafna. Għad għandna ppreservati ħafna u ħafna ittri miktuba minnu lill-familjari u lill-membri tal-Ġerarkija lokali u Vatikana, u viċi versa. Ngħożżu b’imħabba diversi karti li hu kiteb f’mumenti varji ta’ ħajtu u meta kien irid jagħmel xi għażla kbira. Fl-Arkivju tas-Soċjetà għad għandna bosta prietki tiegħu. Ħallielna wkoll ħafna materjal konness mal-ħidmiet differenti tiegħu. Dan il-materjal mhux ippubblikat ġie studjat minn tliet esperti tal-istorja u dawn taw il-vot tagħhom dwaru. Ir-riżultat kien għal darb’oħra wieħed pożittiv. Fil-fatt l-Arċisqof Mercieca ddeċieda li jagħmel il-pass ta’ wara. Liema pass? Peress li l-vot tat-teoloġi u dak tal-esperti storiċi kienu pożittivi, l-Arcisqof ta’ Malta bagħat jistaqsi lillKongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin il-permess tagħha biex hu jibda l-kawża. Il-Kongregazzjoni tat in-nulla osta tagħha. Fil-25 ta’ Ottubru 1987 L-Arcisqof Mercieca ppubblika editt li nqara fil-knejjes kollha ta’ Malta. Fih ħabbar li kien ġie mitlub biex jagħti bidu għall-Kawża ta’ Mons Ġużeppi De Piro. Fl-istess digriet Mons Arċisqof ukoll talab lil dawk kollha li seta’ kellhom xi materjal relevanti għall-kawża biex jgħadduhulu. Talab ukoll lil dawk li kellhom xi oġġezzjoni għall-kawża biex jgħidulu b’dawn ir-riservi tagħhom. Billi ma waslet l-ebda riserva, ingħata bidu għall-kawża b’ċerimonja privata li saret fis-7 ta’ Ottubru 1988, fil-Knisja ta’ Sant’Agata, ir-Rabat, immexxija mill-Eċċellenza Tiegħu l-Arċisqof Mercieca. Għaliha attendew il-membri tasSoċjetà u l-uffiċċjali li kellhom jagħtu sehemhom fil-kawża. Dawn tal-aħħar anke ħadu l-ġurament ta’ fedeltà lejn il-Knisja u l-Liġi tagħha. Mill-ftuħ tal-kawża ‘l quddiem il-Fundatur beda jissejjaħ “il-Qaddej ta’ Alla, Ġużeppi De Piro”. Liema kien il-pass ta’ wara? Jekk id-dokumenti għandhom importanza kbira filkawżi tal-qaddisin, in-nies li jkunu għexu qrib il-persuna
konċernata, jew dawk li jkunu semgħu biha u dwarha, huma relevanti daqshekk ieħor - xi drabi informazzjoni essenzjali ma tinkisibx mill-karti imma minn xhieda ħajjin. Propju minħabba f’hekk il-postulatur ressaq quddiem itTribunal diversi persuni. Dawn tal-aħħar, mgħejjuna minn domandi mħejjija mill-istess Tribunal, irrakuntaw dak kollu li kienu raw u semgħu huma direttament, jew qalilhom ħaddieħor, dwar il-Qaddej ta’ Alla. X’sar wara dan kollu? Wara l-ġbir tax-xhieda l-uffiċċjali tat-Tribunal għamlu spezzjoni tal-qabar tal-Fundatur biex setà jiġi verifikat li ma kienx hemm venerazzjoni diżordinata lejn Mons De Piro. Imbagħad, u eżattament fil-25 ta’ Jannar 2003, ilmaterjal kollu kemm hu nġabar u ġie ssiġillat mill-Arċisqof innifsu f’quddiesa fil-Katidral tal-Imdina. Permezz ta’ din iċcelebrazzjoni ngħalaq l-ewwel stadju tal-Kawża, il-Proċess Djoċesan. Għandi nifhem li mbagħad inbeda t-tieni stadju jew ilProċess Appostoliku, dak fil-Vatikan! Preċiżament. Fil-bidu ta’ dan it-tieni stadju jintgħażel postulatur li jkun joqgħod Ruma, jew qrib. Kien intgħażel Mons Charles Scicluna, illum Isqof Awżiljarju ta’ Malta. Jien sirt il-viċi postulatur. Il-Kongregazzjoni ċċekkjat jekk kinux waslulha d-dokumenti kollha. Meta sabet li kollox kien f’postu għażlet dak li jgħidulu r-relatur. Dan, flimkien mal-postulatur u l-viċi, jieħu ħsieb iħejji l-istudji kollha li jiġu studjati mitteoloġi u l-Kardinali biex jistgħu jgħidu jekk il-persuna studjata tkunx għexet il-virtujiet insara b’mod sħiħ. Aħna wasalna hawnhekk? Iva, aħna qegħdin propju f’dan l-istadju. Bħalissa qed isir studju fuq ix-xhieda u għadha kif tlestiet biografija ġdida, liema studji jingħataw lit-teoloġi u l-kardinali ħalli jaraw il-Fundatur tagħna jistħoqqlux li jibda jissejjaħ venerabbli. Illum li Mons Scicluna qiegħed Malta, intagħżel ħaddieħor bħala postulatur? Iva, ftit taż-żmien ilu ntagħżel Fr Josef Sciberras, li hu l-postulatur ġenerali tal-Ordni Agostinjan, l-Ordni tiegħu. Tagħmel xi appell lill-qarrejja? Hemm bżonn li nitolbu aktar il-bżonnijiet tagħna lill-Mulej bl-interċessjoni tal-Qaddej ta’ Alla, Ġużeppi De Piro. Qala’ ħafna grazzji żgħar il-Fundatur tagħna. Nibqgħu nitolbuh dawn il-grazzji, u nitolbuh ukoll xi grazzja kbira. Il-miraklu għadu meħtieġ għall-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni.
3 Aħna Lilkom