Ahna Lilkom April 2015

Page 1

Aħna Lilkom

NE W S P A PER

April 2015 / Għadd 501 No 32

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Il-Qawwa tas-Salib Mietu 15-il ruħ fil-Pakistan

I

t traġedja li ġrat ix-xahar l-ieħor fil-Pakistan quddiem knisja kattolika u oħra Anglikana, ixxukkjat lid-dinja. Xejn inqas lilna l-membri tal-MSSP għax qrib ħafna tal-post fejn seħħet it-traġedja hemm Dar talFathers tagħna. Aħna tlabna lil Fr. Gerald Bonello, MSSP, Superjur Reġjonali, biex jgħidilna ftit l-esperjenza tiegħu talattakk terroristiku. “L-attakk sar ftit wara l-omelija. Mietu 15-il persuna, fosthom nies tas-sigurtà. L-isplużjonijiet saru madwar 300 metru `l bogħod minn fejn noqogħdu aħna, ġo knisja Kattolika u f’oħra tal-Anglikani. Fil-ħin talisplużjonijiet jien kont id-dar, u meta smajthom mort filpost. Kien hemm konfużjoni sħiħa, b’ħafna nies feruti. Fl-20 ta’ Marzu sar il-funeral tal-vittmi, b’nies minn reliġjonijiet differenti li ngħaqdu flimkien biex jagħtu l-aħħar tislima. Bħalissa s-sitwazzjoni f’Youhanabad bdiet tikkalma, u ċ-ċelebrazzjonijiet tal-quddies isiru normali. Iż-żona li ngħixu fiha hi relattivament kwieta meta mqabbla ma’ żoni oħra fil-Pakistan. Imma l-Insara fil-Pakistan huma biss 2% fost il-Musulmani. Naf b’uħud mill-Insara li ma javvanzawx fix-xogħol minħabba t-twemmin tagħhom. Ħaġa li tinkwetak hi li 28% tal-baġit tal-pajjiż imur għall-armata minħabba t-terroriżmu u l-inkwiet ta’ dan il-pajjiż ġar mal-Indja.

no.2

F

orsi tidher ħaġa stramba meta ngħidu li De Piro sab fis-salib il-messaġġ ta’ kull sitwazzjoni diffiċli li kien jiltaqa’ magħha! Mhux biss, imma kull meta sab ruħu f’kobba mħabbla, baqa’ jżomm sod fil-fiduċja tiegħu f’Alla. Is-salib ta’ Kristu kien iservih ta’ konvinzjoni li f’mumenti ta’ insigurtà jew ta’ dlam, fil-waqtiet li kien iħossu waħdu, fil-fallimenti, Alla kien dejjem hemm għalih. Dan narawh ċar meta kellu jiffaċċja l-mewt ta’ wħud millfamiljari tiegħu. F’dan il-mument kien kapaċi jgħaqqad l-umanità mal-ispiritwalità. “Hija ħaġa naturali għalina li nibku meta jkollna qalbna maqsuma bid-dulur, imma meta Alla jippermetti li nbatu, dan l-istess dulur isir itteżor tagħna.” Hekk kiteb lil oħtu wara mewt fil-familja. De Piro kien iħoss li Alla għażlu biex iwettaq biċċa xogħol, imma mbagħad kien hemm mumenti meta r-riżultati ma tantx kienu inkoraġġanti. Imma kien hawn fejn kienet tidher sew il-qdusija ta’ dan il-bniedem, għax mhux l-ewwel darba li ħassu miexi fi triq mudlama, b’fiduċja biss f’Alla, anke meta beda jħoss li donnu Alla stess mhux jinteressah f’dak li qed jagħmel. Kien hemm mumenti f’ħajtu meta ħassu waħdu, minsi, imwarrab u saħansitra ħass li daħqu bih anke membri talKnisja. Din il-konvinzjoni li fis-salib Alla qatt ma jabbandunah tidher ċara wkoll meta kienu jitilqulu l-membri mis-Soċjetà, u meta kellu jafda biss fil-providenza għal kull opra li kellu. Dan it-tagħrif insibuh fi-ktieb Found among Sinners miktub minn Fr Martin Cilia mssp

Min jaf kemm sar ġid permezz ta’ dawn ilħames saċerdoti. Jekk tgħin lil min irid isir saċerdot, int ikollok parti minn dal-ġid.

Waqqaf Borża ta’ Studju billi tħallas €600 darba biss. newspaper post

PO S T

Aħna Lilkom • 4

Aħna Lilkom

Ħolqa Bejn il-Ħbieb

D

an l-aħħar Ms. Doris Cannataci kisbet il-lawrija ta’ Ph.D. millGreenwich School of Theology, min-North West University of South Africa. It-titlu tat-teżi tagħha hu, “The Cult of St. Paul in Malta - an evaluation of the contributions of Mons. J. De Piro and St. G. Preca”. Għalhekk jiena tlabtha tiktbilna xi ħaġa fuq Mons. De Piro. Hi qaltli hekk: Jiena nikkunsidrakom bħala:

Monument ħaj

li ħalla Mons. De Piro

Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com

Waqt li kont qiegħda nagħmel ir-riċerka dwar il-Mons. De Piro għat-teżi tiegħi, iżjed ma bdejt naqra u nipprova nidħol fil-fond, bdejt niskopri iżjed u iżjed min kien u x’kien Mons. De Piro. X’minjiera u x’rikkezza ta’ persuna! Fost il-ħafna u ħafna affarijiet li l-aktar laqtuni nsemmi l-ewwelnet il-fidi u l-imħabba kbira li kellu għal Alla u kif kien kapaċi jbiddel in-nobiltà tiegħu f’karattru nobbli ta’ umiltà eċċezzjonali. Minflok ma għex fil-kumdità tal-palazz sabiħ u lussuż li trabba fih u jibqa’ jgawdi kull xorta ta’ servitù, għażel li jagħti ħajtu għall-fqir u l-batut. It-tfal orfni u inqas privileġġjati sabu fih “Missier.” Kien jieħu ħsieb lil dawn b’mod ħolistiku; jagħraf ilbżonnijiet tagħhom materjali kif ukoll spiritwali. Fid-diversi istituti li tagħhom kien direttur, kemm bniet kif ukoll subien, kien jara li jitgħallmu mhux biss suġġetti akkademiċi iżda wkoll xi sengħa u affarijiet prattiċi tal-ħajja. Kien jaħseb għall-futur ta’ kull tifel u tifla f’kull istitut, biex meta jasal iż-żmien li joħorġu għad-dinja taxxogħol, isibu fejn jaħdmu u min jaċċettahom. Mons. De Piro kien jirnexxilu jagħmel dan bl-imħabba li kellu għalihom, bil-fiduċja li kellu fil-providenza t’Alla, bil-perseveranza, bit-talb, u fuq kollox bl-eżempju tiegħu u kif kien jitratta magħhom. Ħaġa oħra li tant laqtitni dwar Mons. De Piro hi l-ispirtu missjunarju li kellu wisq għal qalbu u kemm ħadem u bata biex waqqaf is-Soċjetà ta’ San Pawl. Iż-żelu missjunarju li kellu wasslu li jagħmel xi ħaġa konkreta biex jgħin lil dawk il-Maltin li kellhom iħallu lil art twelidhom biex isibu x-xogħol f’pajjiżi barranin. Lil dawn huwa xtaq jibagħtilhom saċerdoti u katekisti biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet spiritwali ta’ dawn l-emigranti. Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Aħna Lilkom

50 sena ilu

Minn qalbi nirringrazzja lill-Mulej tar-rigal tas-saċerdozju. Xejn inqas lil Marija, il-kumpanja tiegħi, matul dawn il-ħamsin sena. Grazzi wkoll lis-Socjetà, lill-familjari u l-benefatturi ta’ kemm għenuni kemm ili naħdem fil-missjoni.

D

an ix-xahar ġab ħafna ferħ lil ħames saċerdoti tagħna, għax fit-3 ta’ April kellhom il-Ġublew tad-Deheb mill-Ordinazzjoni Presbiterali tagħhom. Din l-okkażjoni kienet ta’ ferħ ukoll għall-familjari tagħhom, għas-Soċjetà tagħna, u għall-benefatturi li għenuhom tul il-formazzjoni tagħhom, u li komplew jagħtuhom tul dawn il-50 sena. Is-saċerdoti huma:

Fr. George Scerri

Minn qalbi ngħid grazzi `l Alla u lil Ommu Marija li sostnewni tul dawn il-ħamsin sena ta’ saċerdozju kull fejn ħdimt, speċjalment fil-kulleġġ tagħna, mal-benefatturi u fid-Djoċesi.

Li tkun saċerdot t’Alla hija l-isbaħ sejħa li bniedem jista’ jkollu. Għalhekk niżżi ħajr lil Alla ta’ 50 sena ħidma li tani, għall-glorja tiegħu u għall-ġid tal-oħrajn.

Fr. Norbert Bonavia

Fr. Vincent Magro

F’dawn il-ġranet ta’ ċelebrazzjoni tal-Ġublew tad-Deheb talordinazzjoni saċerdotali tiegħi, inħoss biss sens ta’ gratitudni lejn Alla u lejn dawk li nfluenzawli ħajti għat-tajjeb f’dawn is-snin ta’ saċerdozju.

Nirringrazzja `l Alla li ħabbni tant li tani kollox, fosthom issaċerdozju u l-perseveranza għal dawn il-50 sena. Miraklu kontinuwu. NirringrazzjaH ukoll li bagħatli erwieħ ġenerużi biex jimxu miegħi kull fejn kont.

Fr. Bernard Mangion

Fr. Emmanuel Adami

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

newspaper post

Aħna Lilkom • 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.