Dicembru

Page 1

Óolqa Bejn il-Óbieb

No 20

Riflessjonijiet spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Imsejjaħ biex Iħobb No.2 Għeżież qraba, benefatturi u ħbieb tagħna Bla dubju ta’ xejn, l-isbaħ okkażjonijiet li ferrħuna lilna l-membri tas-Soċjetà din is-sena, kienu l-ordinazzjonijiet ta’ tliet djakni u ta’ presbiteru. Imma magħna ferħu wkoll dawk il-benefatturi li għenu lil dawn l-istudenti biex waslu sa hawn. Minn dak li rajtu fil-paġna ta’ ġewwa, naħseb li taqblu miegħi li ngħid grazzi kbira lill-Mulej għal dak kollu li sar matul din is-sena. F’din il-paġna ppruvajt infakkarkom ftit dak li l-membri tas-Soċjetà tagħna f’Malta u fil-missjonijiet għamlu għall-glorja t’Alla u b’solidarjetà u għall-ġid tan-nies li qed jaħdmu fosthom. Intom ukoll għandkom sehem mill-attivitajiet kollha li saru, u l-ħafna oħra li ma semmejtx. Għax aħna dejjem ħassejna u konna nafu li hemm intom warajna, kemm bit-talb u kemm bl-għajnuna finanzjarja. Għalhekk hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nerġa’ ngħid grazzi, lilkom għeżież benefatturi tagħna, li ħsibtu fina matul is-sena, min billi offra Borża ta’ Studju, min billi waqqaf Fondazzjoni Studenti, min b’ħaġa u min b’oħra; f’kelma waħda, lil dawk kollha li b’mod jew ieħor kienu ta’ għajnuna għalina. Nixtieq ukoll ngħid grazzi lis-saċerdoti, lin-nutara u lil dawk kollha li bil-parir tagħhom saru benefaturi tagħna. Minn qalbi u f’isem ħuti r-reliġjużi nitlob il-barka t’Alla fuqkom u nwiegħdkom it-talb tagħna. Fr. Norbert Bonavia | Delegat għall-Benefatturi

Ġużeppi De Piro dejjem baqa’ jħares lejn is-sejħa li għamillu Alla għas-saċerdozju bħala rigal u ried li dejjem jibqa’ qrib lejn dak li sejjaħlu. F’wieħed mill-ħarġiet tal-Almanakk tal-Istitut talMissjoni, li kien joħroġ kull sena, kiteb hekk, “Aħna ġejna maħluqa biex inħobbu `l Alla”, u “... li Alla jagħti lilu nnifsu kompletament lil dawk li jħallu kollox għall-imħabba tiegħu”. Tant kien għaraf il-kobor tas-sejħa li għamillu Alla, li tista’ tgħid li Ġesù kien il-ħajja u l-mudell tiegħu li fuqu mexa. F’waħda mill-prietki tiegħu, filwaqt li jagħmel referenza għal dak li kien qal Santu Wistin fuqu nnifsu jgħid, “Hu li tah kull ma kellu, riedu li jagħtih dak li kien” u fuq il-kliem tal-profeta Isaija, meta qal, “Inti qatt ma jogħġbuk issagrifiċċji u l-offerti tal-ħruq. Imma ġisem int tajtni....”. De Piro jkompli, “Verament int tajtni ġisem, qalb u ruħ. Ara jien noffrihomlok, jiena nikkonsagrahom għall-glorja tal-erwieħ”. Għalkemm għidna dan kollu qatt ma naslu biex nifhmu l-fond u l-wisgħa tal-għaqda tiegħu ma’ Alla. Infatti darba qal, “Hu sewwa li ċerti sigrieti tal-qalb jibqgħu magħrufa biss minn Ġesù”. Mill-banda l-oħra l-kitbiet tiegħu juruna li għalih li timxi wara Ġesù jfisser, l-ewwel u qabel kollox, li tkun taf u tagħżel kuljum ix-xewqa unika t’Alla għalik. Minn dak li kitbu fuqu jidher ċar li għalih, li kien saċerdot kien kollox u biżżejjed. Għalhekk hu qatt ma fittex unuri. Għalih li jkun dixxiplu ta’ Krisu kien iċ-ċentru ta’ ħajtu. Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb “Found amongs sinners”, miktub minn Fr. Martin Cila mssp.

Diçembru 2013 / G˙add 486 Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com

NEWS PAPER POST

Xewqa tal-Fundatur issir realtà

Óolqa Bejn il-Óbieb

Żgur li se tagħti rigali għall-Milied u l-Ewwel tas-Sena lil qrabatek u `l ħbiebek. Agħti wkoll rigal lilek innifsek. Waqqaf Ġurnata Studenti, u hekk ikollok min jitlob għalik għal 25 sena. Dan tagħmlu billi toffri €240 darba biss.

 4 Aħna Lilkom 

Newspaper post

Mons. Ġużeppi De Piro kellu mħabba mhux biss lejn il-missjoni imma wkoll lejn il-Maltin li jħallu pajjiżhom biex jaħdmu fl-artijiet imbiegħda. F’ittra li kiteb fl-1916 lil Fr.William Bonnett, wieħed missaċerdoti pijunieri fl-Awstralja, qallu hekk: “Fil-quddies tiegħek tinsiex tiftakar ftit f’dan l-istitut tagħna li qiegħed jitwieled, istitut li twaqqaf għall-missjonijiet barranin....Għad jasal żmien li mmiddu riġlejna anki fl-Awstralja. Forsi għad tara l-ġurnata li fiha jissieħeb miegħek xi missjunarju ċkejken mis-Soċjetà ċkejkna ta’ San Pawl...” Din ix-xewqa tiegħu twettqet meta fl-1948 Dun Wistin Grech mssp kien l-ewwel membru li siefer lejn l-Awstralja fuq il-vapur Strathnaver ma’ 445 emigrant. Dun Wistin mar f’Sydney. Il-bidu xejn ma kien faċli. Sa anke l-Awtoritajiet tal-Knisja ma laqgħuhx, għax ma kinitx għadha waslet ir-rakkomandazzjoni tal-Arċisqof ta’ Malta. Iżda l-Mulej ħaseb mod ieħor, u permezz ta’ Fr. Ciantar, Salesjan Malti f’Melbourne, Fr. Grech beda x-xogħol f’dan l-istat. Bl-għajnuna t’Alla Fr. Grech beda jżur lill-Maltin fi djarhom, jorganizza l-quddies, il-qrar, magħmudijiet u żwiġijiet tal-Maltin. Kull meta kien jidħol xi vapur bl-emigranti minn Malta kien imur ħalli jara jekk għandhomx fejn joqogħdu u jgħinhom isibu lil min jista’ jalloġġjahom, jimlilhom karti biex ikunu jistgħu jibdew jaħdmu u mitt ħaġ’oħra. F’dawn il-mumenti, lill-qassisin Maltin l-emigranti kienu jarawhom anġli. Sintendi Fr. Grech maż-żmien ma baqax waħdu. Bdew tilgħin diversi saċerdoti u anke Brothers oħra minn Malta. Ix-xogħol beda jiżdied. Minbarra f’Melbourne marru fl-istati ta’ Western Australia u fi NSW, f’kelma waħda kull fejn kien hemm il-Maltin. Tista’ tgħid li f’kull stat fejn il-Maltin kienu preżenti, is-saċerdoti ħasbu biex iwaqqfu ċentri għall-Maltin, fejn ikunu jistgħu jiġu mhux biss għall-ħtiġijiet spiritwali, imma wkoll għal dawk kulturali u rikreattivi. Fil-bidu għidna li l-Awtorità Ekkleżjastika f’Sydney ma laqgħetniex. Imma llum il-ġurnata, fdatilna f’idejna parroċċi u żoni mhux biss fejn hemm il-Maltin imma wkoll emigranti minn kull nazzjon. Din il-missjoni tifforma wkoll reġjun. Infatti din is-sena kellhom Kapitlu u Kunsill ġdid iffurmat minn Fr. Ivano Burdian, Superjur Reġjonali flimkien ma’ Fr. John Taliana, Fr. Edwin Agius u Fr. Jude Pirotta bħala assistenti tiegħu. L-Editur Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Il-Familja tal-MSSP matul is-sena 2013...ftit mill-avvenimenti

Djaknu f’Malta Fil-Katidral tal-Imdina, ftit `il bogħod mid-dar fejn twieled ilFundatur, l-E.T. Mons. Arċisqof Pawlu Cremona O.P., ordna djaknu lil Fr. Clinton Farrugia fit-28 ta’ April.

Żewġ djakni fil-Perù Fit-22 ta’ Ġunju fil-Perù, l-E.T. Mons. Isqof Adriano Tomasi, isqof awżiljari ta’ Lima, ordna djakni żewġ studenti Peruvjani. Dawn huma Bro. Nilton Bardales Pezo u Bro. Mario Alberto Laura Pinares.

Ordinazzjoni saċerdotali Fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, nhar it-3 ta Lulju, l-E.T. Mons. Arċisqof Pawlu Cremona, ordna presbiteru lil Fr. Bernard Falzon.

Studenti f’esperjenza missjunarja fil-Perù Fil-5 ta’ Lulju Bro. Alex Zammit u Bro. Giovann Tabone marru għal tmien xhur fil-Perù, biex ikomplu l-formazzjoni pastorali tagħhom. Magħhom hemm ukoll Bro. Michael, student millFilippini li qed jagħmel l-istess esperjenza.

Tberik ta’ Dar Cam Youths Iċ-CAM Youths, li huma parti mill-Gruppi Lajċi MSSP, daħlu fid-dar il-ġdida, wara li kien ilu jinħass il-bżonn tagħha. It-tberik uffiċċjali sar fl-20 ta’ April minn Fr. Louis Mallia Superjur Reġjonali.

Kapitli Reġjonali f’Malta, fl-Awstralja, fil-Perù u fil-Filippini F’dawn l-erba’ postijiet sar il-Kapitlu Reġjonali u bħala Superjuri Reġjonali ġew magħżulin Frs.Frankie Cini (Malta), Ivano Burdian (l-Awstralja), Giovann Cefai (il-Perù) u Hector Attard (il-Filippini).

Żewġ pre-novizzi Filippini Il-familja MSSP fil-Filippini kompliet tikber nhar l-Imnarja li għaddiet, meta żewġ żgħażagħ bdew dak li nsejħulu l-PreNovizzjat mas-Soċjetà tagħna. Dawn huma Alex, gradwat flInġinerija Kimika; u Neil John, gradwat fl-Inġinerija Ċivili.

Dar ġdida fil-Perù Fis-26 ta’ Ġunju ġiet inawgurata residenza ġdida għall-membri tagħna li qed jaħdmu ġewwa l-belt ta’ Arequipa. Id-dar se tkun ta’ sostenn għalihom, għax issa jistgħu joqogħdu taħt saqaf wieħed.

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

Fil-Perù: Laqgħa dwar il-Formazzjoni F’Mejju li għadda fil-Perù, is-Superjur Ġenerali u l-membri tal-Kunsill tiegħu ltaqgħu ma’ dawk li huma responsabbli mid-Djar ta’ Formazzjoni tagħna. Barra li ddiskutew il-fażijiet differenti talformazzjoni, taw aktar importanza lil dak il-perjodu li nsejħulu pre-novizzjat.

Tberik u ftuħ tal-Kjostru fl-Oratorju ta’ Birkirkara Din is-sena fil-festa ta’ Marija Għajnuna tal-Insara fl-Oratorju tagħna f’Birkirkara, qabel id-dħul tal-vara fil-Kappella saret funzjoni żgħira imma sabiħa li fiha tbierek u nfetaħ kjostru ġdid. Dan iservi biex in-nies ikollhom fejn jiltaqgħu wara l-quddiesa f’ambjent sabiħ. Hemm ukoll kappella tal-adorazzjoni.

Oħloq Tbissima Din is-sena kienet il-ħdax-il darba li ġiet organizzata l-maratona “Oħloq Tbissima”, li fiha rġajna rajna l-imħabba t’Alla u l-ġenerożità kbira tal-Maltin u l-Għawdxin.

Fil-Perù: Fr. Alex jinħatar kappillan Peress li l-Parroċċa “Beata Tereża ta’ Kalkutta”, f’Alto Cayma fil-Perù qed tikber b’rata mgħaġġla, l-Arċisqof ta’ Arequipa Mons. Javier del Rio Alba, fit-30 ta’ April, qasam din il-parroċċa fi tnejn u Fr. Alex Busuttil sar kappillan ta’ waħda mill-parroċċi l-ġodda.

 3 Aħna Lilkom 

Grupp miċ-Cam Youths Fil-21 ta’ Lulju, grupp miċ-Cam Youths iffurmat minn għalliema u nġiniera, immexxija minn Fr. Karm Debattista, marru l-Pakistan fejn qed jaħdmu l-patrijiet tagħna, u għal tliet ġimgħat sħaħ offrew ħinhom u t-talenti tagħhom lil nies verament fqar.

Óolqa Bejn il-Óbieb


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.