Óolqa Bejn il-Óbieb
No 15
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com
NEWS PAPER POST Bro Alex Zammit
Fl-aħħar il-membri ta’ ĊamYouths, komunitajiet ta’ lajċi li jgħixu fl-ispirtu tal-fundatur tal-MSSP, għandhom iċċentru tagħhom bl-isem ta’ Dar ĊAMYouths, li tinsab biswit l-iskola primarja tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat. Biex seħħ dan sar ħafna xogħol biex il-post jinbidel f’dar li fiha hemm dak li hu neċessarju għall-għan tagħhom. Id-dar fiha tlett ikmamar tal-laqgħat fejn waħda minnhom hi uffiċċju prinċipali. Fiha hemm ukoll sala mdaqqsa li tesa’ sa 90 ruħ, armata b’sistema ġdida tas-sound, bi projector u skrin apposta. Il-ftuħ tal-post sar nhar l-20 ta’ April b’quddiesa u t-tberik talpost minn Fr. Louis Mallia, Superjur Reġjonali.
Il-Fundatur kien konvint li l-fidi hija rigal minn Alla, imma mill-banda l-oħra tiddependi minn kemm jien inkun miftuħ għal din il-grazzja. F’waħda millprietki tiegħu nsibu:“Jekk il-bżonn tat-talb huwa kbir, daqshekk ieħor hu diffiċli li wieħed ikun jaf kif għandu jitlob. Jekk il-bniedem iserraħ fuq il-kapaċitajiet tiegħu ma jasal qatt biex isib il-mod kif jitlob”. Hu stess kellu esperjenza personali ta’ dan il-kliem, għalhekk intelaq għar-realtà li hu maħbub minn Alla. Fl-istess ħin huwa kellu jitħabat biex jirbaħ id-debbolizzi tiegħu u jintelaq għal kollox f’idejn Alla. Hu kien jaf li l-bniedem, minnatura tiegħu, huwa dgħajjef. Huwa skjav tal-ħażen, għalhekk irid jingħaqad mal-Mulej. Id-djufija għal De Piro ma kinitx morali biss imma anke fiżika. Għaliex f’ittra li kiteb lill-Arċisqof Mauro Caruana jgħidlu li hu kellu dipressjoni li xorbitlu ħafna mill-enerġija. Biss dan kollu ma tellifx il-kuraġġ li kellu. Dan kien iġibu mittalb. Dak li żammu dejjem għaddej kien it-talb - minn hemm kien jipprova jagħraf ir-rieda t’Alla fl-istorja ta’ ħajtu. Infatti kien iħobb jgħid, “Iġġudikaw kollox mill-għajnejn tal-fidi.” U jkompli jgħid, “Bħal ma’ l-ilma hu neċessarju għas-siġar, hekk it-talb hu għal min jemmen. Sakemm inkomplu għaddejjin bit-talb nibqgħu żguri li ser nissaħħu fil-virtu› u fil-grazzja t’Alla”.
Óolqa Bejn il-Óbieb
Il-kors tal-formazzjoni fis-Soċjetà tagħna għandu diversi fażijiet. Wara li ż-żagħżugħ ikun wera x-xewqa li jingħaqad mas-Soċjetà tagħna u jingħata żmien sew ta’ dixxerniment, jibda’ dak li nsejħulu l-prenovizzjat. Wara dan iż-żmien jiġi aċċettat biex jibda’ s-sena tan-Novizzjat. Imbagħad isegwu tliet snin li fihom l-istudent, filwaqt li jġedded il-wegħdiet evanġeliċi kull sena, jattendi l-kors tal-filosofija u studji oħra fl-Università ta’ Malta. L-istudent, imbagħad, jgħaddi għal perjodu ieħor ta’ formazzjoni fejn l-enfasi hija fuq il-formazzjoni pastorali. Normalment l-istudent ma jibqax residenti fid-Dar talFormazzjoni imma jingħaqad ma’ xi komunità oħra tas-Soċjetà. Din is-sena Br Giovann Tabone u Br Alex Zammit għexu dan iż-żmien ta’ formazzjoni. Br Giovann kien qed jgħin fid-Dar ta’ San Ġużepp, Santa Venera, filwaqt li Br Alex kien fiċ-Ċentru Kateketiku li s-Soċjetà għandha f’Birkirkara. Issa jmiss li huma jagħmlu esperjenza f’waħda mill-missjonijiet tagħna. Fil-fatt, fil-5 ta Lulju, huma jibdew il-vjaġġ għall-Peru’. Meta jiġu lura fi Frar li ġej huma jibdew iħejju ruħhom għall-Filippini biex ma’ studenti tas-Soċjetà minn pajjiżi oħra jkomplu l-istudji tagħhom tat-teoloġija. Lil dawn iż-żewġ studenti tlabnihom jgħidluna kif qegħdin iħarsu lejn din l-esperjenza... Forsi l-kliem mhuwiex biżżejjed biex niddeskrivi kif inħossni quddiem din l-esperjenza missjunarja ġdida fil-Peru’. Żgur li mhux ser ikun faċli li ninqala’ mill-għeruq li rabbejt fil-komunità li għixt fiha għal dawn l-aħħar snin u l-ħbieb u l-familjari ġewwa Malta. Pero› nħoss sejħa ikbar minni mingħand il-Mulej biex nimxi għal esperjenza oħra fil-missjonijiet tagħna ġewwa l-Peru›. F’nofs il-formazzjoni tiegħi nħossni grat li qiegħed ningħata l-possibiltà biex inkompli nikber f’din il-vokazzjoni missjunarja. Bro Alex Zammit Ix-xewqa li nterraq fil-postijiet tal-Missjoni ilha tberren snin, speċjalment meta nisma’ l-esperjenzi tal-missjunarji tagħna. Għalħekk issa għandi l-okkażjoni li ma nibqax spettatur imma jkolli sehem dirett minn din l-esperjenza. B’umiltà u b’rieda soda għalhekk issa li wasal il-mument, nistenna b’ħerqa kbira din l-esperjenza. Mhux għax jiena kapaċi imma nemmen li l-Mulej, li beda din ix-xewqa fija, ikun jista’ jwassalha fit-tmiem. B’qalbi mimlija gratitudni u ħajr ta’ din l-opportunità, nitlobkom biex intom ukoll tkunu parti minn din l-esperjenza billi toffru t-talb tagħkom għalina u għall-missjunarji li jaħdmu fl-għalqa tal-Mulej. Bro Giovann Tabone
Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb, “Found among Sinners” miktub minn Fr Martin Cilia mssp
Infakkar lil dawk li għadhom ma bagħtulix id-dettalji għad-Data base, biex jibagħtuhom.
4 Aħna Lilkom
Broi Giovann Tabone
Il-Formazzjoni Pastorali
Il-Fidi hija rigal
Dar ĊAMYouths
Il-formazzjoni tal-istudenti tagħna hija ntensa u twila. Tixtieq tgħinna? Dan tista’ tagħmlu billi twaqqaf ĠURNATA STUDENTI. F’dik il-ġurnata li tagħżel int, għal 25 sena, l-istudenti tagħna joffru għalik il-quddiesa li jisimgħu, it-talb, l-istudju u dak kollu li jagħmlu, filwaqt li int tkun tajt donazzjoni ta’ €350 għal darba biss.
Ìunju 2013 / G˙add 481 Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP
Newspaper post
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Intervista ma’... Fr Joe Cremona mssp Fr. Joe, jien niftakrek tifel fil-Kulleġġ tagħna u wara fid-Dar ta’ San Ġużepp bħala House Father; imbagħad superjur Reġjonali fil-Peru’, sitt snin Superjur Ġenerali u issa fil-Filippini. Għidilna ftit fuq din il-mixja. L-ewwel ħaġa nixtieq nirringrazzja lilek u lillbenefatturi tal-MSSP talli dejjem timxu magħna fil-ħajja missjunarja tagħna u tal-għajnuna ġeneruża tagħkom. Iż-żmien dejjem jgħaddi u filli tkun tifel, filli tikber u tgħaddi minn diversi esperjenzi li jgħallmuk u jgħinuk biex taħseb fuq il-ħajja tiegħek. Personalment qatt ma ħsibt li ser ngħaddi minn dan kollu, iżda ngħid li l-Mulej
Qegħdin ma’ num inlaqqgħukom ru m tagħna ill-membri minister f’diversi i tagħho m
Óolqa Bejn il-Óbieb
kien dejjem preżenti u Lilu nirringrazzja li dejjem kien miegħi fil-mixja. Ħaġa li nista’ nara li tgħaqqadna hija l-qalb umana tagħna li huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi nibqgħu dejjem bnedmin u naġixxu ta’ bnedmin. Iddiversi sitwazzjonijiet u realtajiet ta’ pajjiżi laqqgħuni ma’ diversi kulturi u mentalitajiet li għinuni u għallmuni ħafna fil-ħajja tiegħi ta’ kif inħares lejn l-affarijiet. Hija l-umanità tagħna li tgħaqqadna u jekk inħarsu lejn dak li jiġri madwarna wieħed jitgħallem kemm hi ħaġa bżonnjuża li nkunu umani ma’ xulxin. X’kien ix-xogħol tiegħek kemm ilek fil-Filippini? Meta wasalt hawn bdejt bl-istudju tal-lingwa, li ma kinitx faċli għax għandha struttura u grammatika differenti minn dak li aħna mdorrijin biha. Wara bdejt naħdem f’diversi movimenti ekkleżjali, bħall-Catholic Family Movement, in-Neo-Katekumenat, l-ICPE u oħrajn. Kont ukoll ngħin f’diversi parroċċi ta’ Manila, iżda l-aktar fil-parroċċa tat-Trinità Mqaddsa ġewwa Balik-Balik, Manila. Din il-parroċċa fiha popolazzjoni ta’ aktar minn 200,000 persuna. Fl-2005 bdejt naħdem fil-parroċċa ta’ Pagalanggang, Bataan, waħda mill-provinċji qrib Manila.
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Għidilna ftit fuq din il-parroċċa ta Bataan aħjar. Il-parroċċa ta’ Pagalanggang hija ddedikata lil Santa Katarina ta’ Lixandra. Twaqqfet fl-2005 mill-Isqof Socrates Villegas D.D. Tinsab madwar sagħtejn karozza ‘l fuq minn Manila. Aħna mill-bidu tfajna l-attenzjoni tagħna għallformazzjoni tal-persuna sħiħa, bi programm li jgħidulu “empowerment” tal-persuna, fil-livelli ta’ ħajja ta’ fidi u tal-familji. Hawn għandna diversi movimenti ekkleżjali li jagħmlu parti mill-ħajja tal-parroċċa. Barra dan qed ngħinu lin-nies jiżviluppaw it-talenti tagħhom. Allura norganizzaw korsijiet ta’ biedja organika u l-għamla ta’ demel organiku (għax il-parruċani huma fqar u jgħixu mill-agrikoltura), korsijiet ta’ snajja għal min m’għandux xogħol, skola tal-mużika b’orkestra żgħira magħha, boroż ta’ studju għal żgħażagħ li ma għandhomx mezzi biex jistudjaw (diġà għandna diversi li spiċċaw jew ser jispiċċaw l-istudju) u għajnuna fil-ħlas ta’ sptarijiet u mediċini. Dan kollu nistgħu nagħmluh bl-għajnuna li nirċievu minn Malta permezz ta’ “Oħloq Tbissima” u mill-voluntiera Maltin u oħrajn li jiġu hawn. Għajnuna oħra tiġi permezz tal-istituzzjonijiet tal-gvern lokali, f’dak li huma skejjel, edukazzjoni ċivika, saħħa u ħidma soċjali. Għandna wkoll programmi żgħar oħra, biex dejjem nagħtu opportunità lil dawn in-nies fqar li naħdmu magħhom.
X’inhu l-aħjar proġ]ett li għamilt u x’hemm aktar f’moħħok li fi ħsiebek tagħmel? L-aħjar proġetti huma dejjem dawk ta’ formazzjoni taħt diversi għamliet spiritwali jew le, għax din tgħinna biex nitkellmu l-istess lingwa u tqiegħdna flimkien biex naħdmu għal skop wieħed. Hekk per eżempju dan l-aħħar bdejna nevanġelizzaw permezz talmużika (grazzi lill-Komunità Clusters ta’ ĊAM Youths u taċ-ĊAM ta’ Malta). Ħafna huma t-tfal u l-ġenituri li qed jinteressaw ruħhom f’dan il-programm minkejja d-diffikultà biex tidħol din il-mentalità. Missier qalli li jixtieq li ibnu jidħol f›dan il-programm biex ma joqgħodx jigri barra. Il-lum uħud miż-żgħażagħ bdew jgħallmu l-mużika liż-żgħar. Proġett ieħor li qed naħdmu fuqu hu ċentru ta’ tagħlim tal-Bibbja. Dan mhux daqshekk faċli, għax innies għidilhom jiġu għal quddiesa jew għal xi sagrament imma mhux biex jitgħallmu l-Bibbja. Imma bil-mod u bil-grazzja t’Alla naslu. Proġett ieħor huwa dak tat-tagħlim tas-snajja, korsijiet qosra mmexxija minna flimkien mal-gvern lokali u d-dipartiment tal-edukazzjoni (għaċ-ċertifikati u liċenzji fejn hemm bżonn) lil diversi persuni li ma għandhomx xogħol. Dan jirrikjedi l-finanzi kontinwi biex inkunu nistgħu norganizzaw il-korsijiet fuq bażi permanenti. Mill-esperjenza nistgħu ngħidu li kienu diversi persuni, missirijiet ta’ familji, li sabu xogħol u llum qegħdin f’qagħda aktar stabbli. Nirringrazzja lil Alla ta’ dan kollu u lilkom li dejjem lesti biex tgħinu. Intom parti minn dan il-ħidma kollha. Intervista mill-Editur
3 Aħna Lilkom