Óolqa Bejn il-Óbieb
No 16
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
Ried isir xbieha ta Kristu - 1 Il-Formazzjoni
Minn żmien għal żmien, is-Superjur Ġenerali u l-membri tal-Kunsill tiegħu jiltaqgħu ma’ dawk li huma responsabbli mid-Djar ta’ Formazzjoni. Din is-sena l-laqgħa saret fil-Perù, fejn isSuperjur kien qed jagħmel il-Vista Kanonika. Għal din il-laqgħa, kienu preżenti Fr. Mark Grima, is-Superjur Ġenerali, Fr. Martin Galea għal Malta u vigarju ġenerali, Fr. Stephen Mifsud għall-Filippini, u Fr. Mario Ramos għall-Perù. Kienu mistiedna għal din il-laqgħa Fr. Salomon u Bros. Nilton u Beto li qed jaħdmu wkoll fil-ministeru tal-vokazzjonijiet. Din is-sena barra li ddiskutew il-fażijiet differenti tal-formazzjoni, taw aktar importanza lil dak il-perjodu li nsejħulu pre-novizzjat.
BORŻA TA’ STUDJU
Jekk nippruvaw infittxu aktar l-ispiritwalità ta’ De Piro, insibu li hu kien jifhem li l-ħajja spiritwali ssib il-qofol tagħha meta wieħed jipprova li ħajtu jibdilha, f’għaqda ta’ mħabba m’Alla “...ma’ dan Alla li fl-unjoni intima tiegħu jrid jibdilna fih”, qal f’waħda mill-prietki tiegħu. U kompla jgħid, “Persuna li tħobb, issir tixbah lil dak li tħobb jew tal-anqas tirsisti biex tkun tixbhu”. De Piro ra f’Ġesù t-triq lejn il-Missier, u allura ried li jiġi mlaqqam fiH. Ħassu li ġie msejjaħ biex jgħix ilħajja ta’ Kristu, fuq il-kliem ta San Pawl “Huwa Kristu li jgħix fija”. Il-fidi nisranija għalih ma kinitx tikkonsisti f’imħabba filantropika lejn l-oħrajn biss. Imma kien iħoss li hija sejħa li trid tbiddlek. Kif qal fi prietka oħra, “...Li jkollna ngħixu l-ħajja ta’ Kristu mhix ideà sabiħa biss, imma hija l-vera ħajja nisranija kif iridha Alla” u fi prietka oħra nsibu “...aħna għandna nixxenqu għall-għaqda m’Alla u aktar ma din l-unjoni nħossuha qrib, aktar ser tikber il-virtù tal-imħabba fina”. U biex jispjega aħjar din l-unjoni darba qal din il-metafora “ Alla juri lilu nnifsu bħala missier li jagħti lilu nnifsu bħala rigal lil uliedu. Imbagħad din l-imħabba ssib il-milja tagħha meta min iħobb isir ħaġa waħda mal-maħbub. Bħalma l-ħadid jinħall bis-sħana, hekk ir-ruħ, meta tirċievi l-Ewkaristija ssir ħaġa waħda ma’ Ġesù”’
Lulju/Awwissu 2013 / G˙add 482 Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com
NEWS PAPER POST
Óolqa Bejn il-Óbieb
Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb, “Found among Sinners” miktub minn Fr Martin Cilia mssp. Pages90 to 92
Tixtieq tħoss il-ferħ li ħassew dawk ilbenefatturi, dakinhar li raw ix-xewqa tagħhom tiġi mitmuma meta bilkontribuzzjoni tagħhom għenu lil Fr. Bernard Falzon fil-formazzjoni tiegħu sabiex sar saċerdot? Mela agħmel bħalhom. Waqqaf Borża ta Studju billi toffri €583 darba biss.
4 Aħna Lilkom
Grazzi kbira lil Alla
Ix-xahar ta’ Lulju ġab miegħu ferħ kbir għas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl ġewwa Malta. Wara diversi snin millaħħar ordinazzjoni ta’ membru tas-Soċjetà f’Malta, din is-sena s-Soċjetà kellha l-grazzja li tilqa’ għandha saċerdot ġdid.
Nhar l-Erbgħa, it-3 ta’ Lulju, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, l-Arċisqof Pawlu Cremona ordna disa’ djakni bħala presbiteri. Fost id-djakni li ew ordnati kien hemm ukoll Fr. Bernard Falzon, membru tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, mis-Siġġiewi. Fr. Bernard ilu jifforma ruħu fis-Soċjetà għal dawn l-aħħar għaxar snin. Madankollu, l-ewwel kuntatt tiegħu mas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl seħħ ferm qabel. Fr. Bernard huwa old boy tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl ġewwa r-Rabat. Huwa kien student tal-kulleġġ bejn l-1995 u s-sena 2000. Kien fil-kulleġġ li, frott il-kuntatt malmissjunarji, kibret fih l-imħabba għall-missjoni u għall-missjunarju. Wara li spiċċa l-Form 5 baqa’ f’kuntatt mas-Soċjetà permezz tal-komunitajiet ta’ żgħażagħ fiċ-CAMYouths. Fis-snin ta’ formazzjoni tiegħu, Fr. Bernard kellu diversi esperjenzi li kabbruh u komplew urewh b’mod dejjem aktar ċar is-sejħa li Alla kien qiegħed jagħmillu. Huwa studja l-filosofija ġewwa l-Università ta’ Malta, u t-teoloġija fil-belt ta’ Manila fil-Filippini fejn għex għal tliet snin. Ġewwa l-Filippini kellu l-opportunità jagħti daqqa t’id fil-missjonijiet tas-Soċjetà kemm ġewwa l-belt ta’ Manila stess, kif ukoll fil-parroċċa ta’ Pagalanggang. Fr. Bernard kellu esperjenza missjunarja fil-Perù fejn tgħallem il-lingwa Spanjola u ħadem mal-missjunarji tal-MSSP għal sena. F’Malta, huwa għamel ukoll esperjenza pastorali maż-żgħażagħ fl-Oratorju ta’ B’Kara. Nitolbukom tingħaqdu magħna fit-tifħir lill-Mulej għar-rigal ta’ vokazzjoni saċerdotali oħra lisSoċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, kif ukoll fit-talb għal aktar vokazzjonijiet. Il-Mulej li beda din l-opra tajba fih, iwassalha sat-tmiem fi Kristu Ġesù. L-Editur Fr. Bernard Falzon iċċelebra l-ewwel quddiesa tiegħu ġewwa s-Siġġiewi, raħal twelidu, flimkien mal-familjari u qraba kif ukoll mal-ħbieb u l-benefatturi tas-Soċjetà. F’Ottubru li ġej Fr. Bernard ser ikompli l-istudji tiegħu fil-Missjoloġija ġewwa Ruma.
Newspaper post
Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Intervista ma’... Fr Martin Cilia MSSP Fr Martin, jekk ma niżbaljax, inti ilek diġà tnaxil sena li qaddist. Tista’ tgħidli fil-qosor x’kienu l-ministeri tiegħek fis-Soċjetà? F’dan iż-żmien tiegħi bħala saċerdot kelli diversi ministeri u kull wieħed kien grazzja. L-ewwel esperjenza pastorali tiegħi kienet fil-parroċċa talQala. Wara dan għal tmien snin kont responsabbli mill-formazzjoni tal-membri l-ġodda tal-MSSP. Fl-istess żmien kont fil-Kunsill ta’ Malta ngħin flamministrazzjoni tas-Soċjetà f’Malta. F’dan iż-żmien kont ukoll ngħallem u nagħmel irtiri Malta u barra minn Malta. Issa f’dawn l-aħħar tliet snin jiena qiegħed immexxi l-Komunità tal-Oratorju.
Qegħdin ma’ num inlaqqgħukom ru m tagħna ill-membri minister f’diversi i tagħho m
Óolqa Bejn il-Óbieb
Jien li ngħix miegħek fl-istess Dar, nista’ ngħid kemm dan iċ-Ċentru hu verament kateketiku. Biss naħseb li tagħmel tajjeb jekk tispjega ftit lill-qarrejja fuq din il-ħaġa. Meta nitkellmu fuq katekeżi qegħdin nitkellmu fuq kif ħa ngħaddu l-Vanġelu lid-dinja tal-lum. Aħna konxji ħafna mill-bżonn ta’ Evanġelizzazzjoni ġdida. FlOratorju l-Kelma ta’ Alla tingħata prijorità assoluta. Mal-Kelma l-katekeżi titlob ukoll ċelebrazzjoni b’liturġija u b’komunità ħajja. Dawn huma l-pedament ta’ dak li qegħdin nagħmu. Kull l-ewwel Tnejn taxxahar ikun hawn katekeżi Biblika. Isiru wkoll erba’
Kif tħares lejn dawn it-tliet snin bħala direttur flOratorju tagħna? L-esperjenza tiegħi fl-Oratorju hija waħda sabiħa ħafna. Il-providenza ta’ Alla magħna kienet dejjem kbira ħafna u rajt ħafna ġenerożità. Nistqarr li fil-bidu ma kienx faċli biex inbiddlu ftit il-mentalità u nagħtu lil dan il-post viżjoni ġdida iżda llum nista’ ngħid li għandna grazzja fuq grazzja, għax barra mill-bidla fiżika li għamel dan il-post saret ukoll bidla fl-istruttura formattiva u fil-mentalità biex illum nistgħu ngħidu li huwa post ta’ talb, formazzjoni, katekeżi u liturġija.
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
korsijiet fis-sena li wkoll isaħħu l-fidi. Għall-grazzja t’Alla l-korsijiet dejjem kellhom attendenza qawwija. Biex jinbena wkoll is-sens ta’ fraternità għandna wkoll komunitajiet ħajjin u gruppi tal-Lectio Divina fejn fi grupp żgħir wieħed jista’ jirrifletti fuq il-Kelma u jaqsam l-esperjenzi ta’ ħajtu. Fl-Oratorju aħna norganizzaw ukoll l-Alpha Course għal dawk li huma ‘l bogħod mill-fidi. Ma’ dawn tajjeb li wieħed jgħid li aħna wkoll nippreparaw it-tfal għas-sagramenti tal-bidu tal-ħajja nisranija u għandna wkoll gruppi għaż-żgħażagħ.
Ftit taż-żmien ilu propju fil-festa tal-Madonna Għajnuna tal-Insara, ġew inawgurati Kjostru u kappella ġdida. X’inhu l-għan ta’ dan il-proġett? Ix-xewqa tagħna dejjem kienet li l-Oratorju jkollu faċċata li tilqgħek meta tidħol mill-bieb prinċipali u għalhekk għamilna funtana u ikona tal-mużajk tal-Madonna li tħaddan il-Kelma. Din is-sena wkoll sar xogħol fis-sagristija li ġiet rinovata u sar ukoll konfessinarju ġdid għas-sagrament tarRikonċiljazzjoni. Wara s-sagristija għamilna kjostru li jintuża għall-komunjoni u l-fellowship. F’dan l-ispazju għamilna wkoll Kappella tal-Adorazzjoni biex wieħed ikun jista’ jsib il-kwiet biex jitlob u jinġabar. Jien nixtieq f’isem il-komunità tagħna tal-MSSP u anke l-Komunità tal-Oratorju ngħid grazzi kbira lil ħafna nies li jaħdmu u li ħadmu biex din il-ħolma sseħħ u fl-istess ħin nistieden lil kull min jixtieq jingħaqad magħna biex jattendi. Wieħed jista’ jsib iktar tagħrif fis-sit elettroniku tagħna: www.oratorjumssp.org
3 Aħna Lilkom