NEWSP A PER
POST
Marzu 2015 / Għadd 500 No 31
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
Fr Beneditt Sant mssp ilu 49 sena fil-missjoni tagħna tal-Awstralja. Wara li kien f’diversi parroċċi tas-Soċjetà, u Vigarju Reġjonali għall-Awstralja, f’dawn l-aħħar snin kien kappillan għall-Maltin ta’ Blacktown u talmadwar, fejn kellu r-residenza tiegħu f’La Valette Club. Issa fl-età sabiħa ta’ 78 sena, jinsab fid-De Piro House f’Sydney.
Fr Mark Demanuele mssp ħadem filparroċċi tagħna fil-Kanada u l-Pakistan, u għal dawn l-aħħar seba’ snin fid-Dar Stella Maris, f’Għawdex. Riċentement inagħqad mal-komunità tagħna tal-Filippini. Hemmhekk huwa qiegħed jattendi għal korsijiet formattivi waqt li jkun ukoll ta’ għajnuna pastorali malkomunità formattiva f’Manila.
Fr Lonnie Borg mssp, qatta’ 16-il sena fil-missjoni tagħna tal-Filippini, fejn fost l-oħrajn, kien chaplain fl-universita’ tal-istat u kien involut sewwa filMoviment Familji Nsara u f’xogħol pastorali fil-parroċċi. Bħalissa jinsab Malta jistenna l-visa għal missjoni oħra.
Minn qalbna nawguraw lil dawn issaċerdoti u nżommuhom fit-talb tagħna. newspaper post
Il-Qawwa tas-Salib
Aħna Lilkom
Ħolqa Bejn il-Ħbieb
M
a tistax titkellem minn spiritwalità vera ta’ xi ħadd jekk fil-ħajja ta’ dak li jkun ma jidhirx ċar il-mod ta’ kif mexa u refa’ s-salib matul ħajtu. De Piro jsejjaħ lis-salib, “l-aqwa għodda kontra l-għedewwa personali”. Hu li kien midħla sew tatteoloġija Pawlina, kien jaf sew li l-messaġġ talmissjunarju hu “Kristu u Kristu msallab…il-qawwa t’Alla u l-għerf t’Alla”. Il-fidi li kellu kienet tisfidah biex jara s-salib bħala sinjal tal-preżenza t’Alla f’ħajtu. Infatti fil-kitba tiegħu nsibu, “In-nisrani biex isib is-salib tiegħu, m’għandux bżonn jieħu xi mixja twila u ta’ strapazz, għax li għandu jfittex mhux xi salib materjali, imma wieħed spiritwali, li qiegħed ħdejh b’mod u manjiera li jekk jipprova jaħrab minnu ma jirnexxilux.” Hawn toħroġ ċar ilgrad ta qdusija ta dan il-bniedem.
Forsi tidher ħaġa stramba meta ngħidu li De Piro sab fis-salib il-messaġġ ta’ kull sitwazzjoni diffiċli li kien jiltaqa’ magħha, biex seta’ jittama kontra kull tama u li jafda fil-ħolm u fis-sejħa tiegħu. Infatti fil-kitbiet tiegħu nsibu, “nirringrazzja ‘l Alla li jiġi jżurna, anki f’mumenti ta’ ferħ, meta xi ħaġa tmur żmerċ għax wara kollox, hu kapaċi juża l-inkwiet li jista’ jinqala’ għall-ġid ta’ dik il-biċċa xogħol li jkollna f’idejna”.
Aħna Lilkom • 4
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com
Jerġgħu jżuruna
G
ħat-tieni darba f’dawn l-aħħar ftit snin, grupp ta’ voluntiera mill-parroċċa tagħna ta’ St James the Apostle, ġewwa Melbourne, żaru l-missjoni tagħna ġewwa l-Filippini biex hemmhekk qattgħu ġimgħatejn ta’ servizz fost il-foqra li magħhom jaħdmu l-MSSP f’dan il-pajjiż. Huma kienu akkumpanjati minn Fr Jude Pirotta MSSP, li huwa l-kappillan ta’ din il-parroċċa. F’dan il-perjodu l-grupp kellu kuntatt man-nies li jgħixu flisquatters qrib id-dar tagħna ġewwa Manila, kif ukoll mal-ħidma mwettqa mis-sorijiet ta’ Mother Theresa ma’ persuni b’diżabilità u anzjani abbandunati. Biss il-biċċa l-kbira tal-esperjenza għaddewha ġewwa l-parroċċa li għandna fiż-żona ta’ Bataan, fejn hemm Fr Joe Cremona bħala kappillan. Tlabna lil tnejn minnhom jaqsmu l-esperjenza tagħhom magħna. Nathan qalilna hekk: “Din kienet waħda mill-isbaħ esperjenzi fil-ħajja tiegħi. Fiha stajt niltaqa’ mal-fqir u l-imwarrab, kif ukoll stajt napprezza aktar lil dawk li jagħtu ħajjithom biex jieħdu ħsieb lil dawn in-nies. Fuq livell personali skoprejt kemm hi fqira l-fidi tiegħi. Ħafna drabi ninkwieta fuq il-ħmerijiet tal-ħajja tiegħi u ninsa’ l-isfidi kbar li nies foqra jiffaċċjaw kuljum.” Min-naħa tagħha Helene qasmet dan magħna: “Jien dħalt għal din l-esperjenza bix-xewqa li fiha niltaqa’ ma’ dawk li huma inqas fortunati u nipprova nagħmel differenza fil-ħajja tagħhom. Meta bdejna nidħlu fl-esperjenza bdejt ninduna kemm il-faqar li bdejt nara kien qed jisfida dak li kont nemmen fih. Fl-aħħar mill-aħħar indunajt li minkejja l-faqar kollu li kont qed nara madwari, il-vera faqar kien fija! Qabel il-Filippini jien kont nimmaġina l-wiċċ ta’ Kristu b’ċertu mod. Wara din l-esperjenza ntbaħt kemm il-wiċċ ta’ Kristu għandu dehriet differenti: ta’ raġel jew mara, kbir jew żgħir... Il-wiċċ ta’ Kristu jinsab f’dawk kollha li lesti li jħarsu lejn il-bnedmin ħuthom bl-istess imħabba li kellu hu, f’dawk li lesti jisimgħu n-niket li jġorru f’qalbhom l-imweġġgħin, f’dawk li lesti jiftħu dirgħajhom għall-imwarrbin. Il-wiċċ ta’ Kristu jrid jidher fija u fik.” Ċertament din kienet esperjenza li ħalliet impatt qawwi fil-ħajja ta’ dawn iż-żgħażagħ. Jalla l-Mulej jibqa’ jħeġġeġ oħrajn li jidħlu għal esperjenzi bħal dawn biex iduqu ftit mis-sbuħija tal-ħajja missjunarja. Fr. Hector Attard mssp Superjur Reġjonali Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Fr Jude Pirotta flimkien mal-grupp
Aħna Lilkom
Volontarjat fil-Perù H
u ferm diffiċli li tiddeskrivi u tispjega s-sentimenti ta’ dak li tħoss qalbek meta tara ‘l ħafna familji fqar li jgħixu fid-diversi parroċċi ġo Arequipa fil-Peru’. Kif se tagħmel sens mill-uċuh imdejqa u nkwetati talommijiet, imħallta mal-uċuh daħqana tat-tfal moħħ ir-riħ, jiġru u jilagħbu? Grupp ta’ 27 persuna, immexxija minn Fr Louis Mallia MSSP, li jieħu ħsieb l-attivitajiet taċ-ĊAM, f’San Ġużepp, Sta Venera, ivvjaġġajna lejn Arequipa, il-Peru’, f’nofs Awwissu 2014 u għal tliet ġimgħat wettaqna xogħol ta’ għajnuna fost in-nies foqra f’Arequipa, li jgħixu fil-parroċċi mmexxija minn seba’ saċerdoti tal-MSSP. Hu fatt illi l-għajnuna li tajna lill-familji, matul dawn it-tliet ġimgħat, mhux se tbiddel il-ħajja tagħhom ta’ kuljum minn waħda fqira għal waħda komda u sikura. Iżda bla dubju se jkunu jgħixu ħajja ftit aħjar u tajnihom ftit kuraġġ u wrejnihom li m’humiex waħedhom iżda hemm min jaħseb fihom anke mill-bogħod. Il-membri tal-Grupp CAMiguitos 2014 konna ilna niltaqgħu regolarment għal kważi sena biex nippreparaw, bil-mod il-mod, għal din iż-żjara. Barra l-importanza illi nsiru nafu lil xulxin sew, għax konna se ngħixu flimkien għal erba’ ġimgħat, bit-tajjeb u d-difetti ta’ kull wieħed u waħda minna, irċevejna taħriġ fil-lingwa Spanjola, biex inkunu nistgħu nikkomunikaw mill-aħjar possibli man-nies tal-lokal, kif ukoll insiru midħla taddrawwiet u l-ħtiġijiet ta’ kuljum biex ngħixu hemm
f’ambjent u natura totalment differenti minn Malta. Waħda mid-diffikultajiet li konna nafu li faċli stajna niffaċċjaw hemm, hi l-problemi ta’ saħħa li l-altitudni tikkaġuna fil-ġisem. Din tolqot kemm lil dawk ta’ ċerta età u anke liż-żgħar. Il-fatt li wieħed jibda jgħix f’għoli ferm aktar milli hu mdorri hawn f’Malta, ħafna drabi jikkaġuna problemi żgħar ta’ saħħa iżda li wieħed irid jidra u jaddatta għalihom. Allura kien f’loku li nkunu ppreparati. Fit-tħejjijiet li għamilna qabel tlaqna lejn ilPerù, konna ħadna ħsieb li niġbru diversi prodotti tal-ikel, ħwejjeġ, logħob tat-tfal, mediċini, affarijiet tal-iskola eċċ, li bihom imlejna żewġ kontejners, biex inqassmuhom lill-familji. Dawn il-kontejners intbagħtu ġimgħat qabel, ħalli l-affarijiet laħqu waslu f’Lima u sibnihom ġo Buenos Aires, ġo Arequipa, il-bażi tal-MSSP fejn konna qed noqogħdu aħna l-membri tal-grupp. Ma’ dawn l-affarijiet, konna ġbarna wkoll ‘il fuq minn €30,000, li ttrasferejna lejn l-Perù biex il-grupp seta’ jużahom biex nixtru affarijiet ta’ ħtieġa biex inqassmu lill-familji fil-bżonn. Go Arequipa, nqsamna fi tmien gruppi żgħar biex inżuru d-diversi familji fil-bżonn, imferrxin fiddiversi parroċċi tal-MSSP. Dawn il-parroċċi huma
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Aħna Lilkom
mmexxija, fost l-oħrajn, minn Fr Giovanni, Fr Victor, Fr George, Fr Alex, Fr Marcello, Fr Kola u Fr Pedro li ilhom snin twal hemmhekk jagħtu dan is-servizz uniku. B’kollox, il-grupp CAMiguitos 2014, qassamna għajnuna lil madwar 160 familja differenti jew ‘il fuq minn 400 persuna. Flimkien ma’ ħwejjeġ u ikel, inkludejna affarijiet bażiċi bħal sodod, saqqijiet, imwejjed, siġġijiet, borom u kukers tal-gass li nxtraw minn hemm, bil-fondi li konna ġbarna minn Malta u bgħatna hemmhekk. Id f’id maż-żjarat lill-familji, konna norganizzaw filgħaxijiet, diversi festi għall-mijiet ta’ membri ta’ dawn il-parroċċi: ommijiet u missirijiet u t-tfal, l-anzjani, eċċ. Għal min jaħdem kien l-uniku mod biex nagħtuhom iċ-ċans li niltaqgħu u fejn kien hemm bżonn, ngħinuhom. Konna nieħdu ħsieb li nsajru aħna stess, għalihom. Konna nippreparaw ikel popolari Malti, bħall-għaġin il-forn, ross il-forn u Hot Dogs. Waqt il-festi qassamna kwantità ta’ toys, ħwejjeġ u hampers lill-Peruvjani li kienu jattendu bi ħġarhom. Ma kienx jonqos logħob u żfin malmużika t’hemmhekk li huma tant iħobbu.
Naħseb li l-aħħar ġranet li konna hemm kienu l-aktar diffiċli għax wara tliet ġimgħat tibda ssir taf lin-nies sew u huma jintrabtu miegħek. Ilferħ u l-apprezzament li wrew il-Peruvjani lejna l-Maltin, għall-fatt li morna hemm minn daqshekk bogħod biex ngħinuhom, diffiċli li tinsih u twarrbu minn quddiem għajnejk. L-aħħar erbat ijiem ġol-Perù għaddejnihom ingawdu l-ġmiel u l-paċi tal-muntanji Andes li hu ambjent ħafna differenti minn dak li nafu, bħal ngħidu aħna l-Alpi. Il-meravilji u l-istorja li ssib ġo fihom, postijiet bħal Cusco, Machupichu, Colca, Aplao u ħafna postijiet oħrajn li isimhom ma niftakrux, hu diffiċli li tifhimhom u tispjegahom. Is-sbuħija u s-seħer tagħhom mhux faċli tesprimih, jekk ma’ tkunx hemm qed tarahom b’għajnejk. Min għadu ma għamilx esperjenza bħal din inħeġġu li jagħmilha għax żgur tħoss li ħadt aktar milli tajt.
Joe Borg newspaper post
Aħna Lilkom • 3