Aħna Lilkom
NEWSPAPER No 33
Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro
Bro. Carlos Alberto Pacherres Yovera mssp
K
emm ġabitilna ferħ l-ordinazzjoni taddjaknu l-ġdid Carlos Alberto Pacherres Yorer ġewwa l-Perù. Dan iż-żagħżugħ ġej minn familja ta´sitt aħwa u huwa l-iżgħar fosthom. Ingħaqad masSoċjetà Missjunarja ta´ San Pawl fl-2004. Flewwel sentejn tiegħu sar jafna aktar mill-qrib b´mod speċjali l-kariżma tal-fundatur tagħna Ġużeppi De Piro. Kienu sentejn fejn ingħaqad aktar mill-qrib mal-Mulej permezz ta’ ħajja ddedikata għat-talb. Fl-2006 beda n-novizzjat u wara għamel l-istudji tal-filosofija ġewwa Lima. Wara sena ta’ ħidma pastorali fost l-anzjani u ż-żgħażagħ mar il-Filippini biex jagħmel l-istudju tat-teoloġija. Fl-2014 għamel il-Professjoni Perpetwa fejn wiegħed li jibqa’ għal dejjem mas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl biex ikun missjunarju bħal San Pawl ħalli jwassal il-Bxara t-Tajba. Kien propju nhar is-Sibt 25 ta´April, lejliet il-festa tar-Ragħaj it-Tajjeb meta Carlos ġie ordnat djaknu minn Mons. Adreano Tomasi ġewwa l-parroċċa talMadonna tal-Buen Remedio ġewwa Pando. Fr. Carlos ser ikun qiegħed iwettaq il-ministeru tiegħu bħala djaknu ġewwa Arequipa. Nixtiequ ningħaqdu magħkom il-benefatturi biex ngħidu GRAZZI mill-qalb lil Alla għal dan ir-rigal hekk sabiħ li tana fl-MSSP. Inkomplu nitolbu għal xulxin.
Fr. Giovann Cefai mssp, Vigarju Reġjonali newspaper post
Il-Qawwa tas-Salib
I
no.3
l-konvinzjoni li De Piro kellu li Alla fis-salib qatt ma abbandunah, tidher ċara anke meta kienu jitilqulu l-membri mis-soċjetà. Wara li telquh xi wħud huwa kiteb, “ Mill-bidu nett sa llum, kull ġurnata kellha t-toqol tagħha. Kelli d-diżappunti u sofrejt l-umiljazzjonijiet. Tliet studenti li fihom kont ittamajt bil-kbir, telqu, u din weġġgħetni ferm għax kienu jippromettu ħafna. Mill-banda l-oħra l-providenza t’Alla qatt ma naqset li tħaffifli t-toqol tal-ħajja….” Dan il-kliem juri ċar il-kapaċità li kellu li jħoss l-uġiegħ u fl-istess ħin jgħaqqdu ma’ Kristu msallab, b’fiduċja kbira fil-providenza t’Alla. L-attitudni li kellu lejn dawk li kienu jitilqu kienet xi ħaġa li tgħaġġbek. Infatti darba wieħed saċerdot ħabib tiegħu qallu, “M’intix tara li qed jidħku bik u jisirquk?” De Piro bl-kalma kollha wieġbu, “Ma jimpurtax li jitgħallmu b’xejn imbagħad jitilqu. Dak li tgħallmu ma jintilifx. Għalija nkun għamilt ħafna, għaliex għamilt ilġid….” Il-fiduċja li kellu fis-salib imqaddes, ippermettietlu li jesperjenza libertà interna, tant li kien jgħid, “Meta naħdmu għall-glorja t’Alla, l-inkwiet ma jonqosx, imma l-id ħanina tal-Missier tagħna dejjem toħroġ biex tgħinna.” De Piro kien verament iħoss li hu l-lavrant u mhux l-imgħallem, u li din il-ħolma kienet t’Alla u mhux tiegħu. Dak li fil-ħajja tagħna umanament jidher impossibli, għal De Piro kien iżidlu t-twemmin fil-providenza t’Alla. Dan it-tagħrif insibuh fi-ktieb Found among Sinners miktub minn Fr Martin Cilia mssp
Tisma’ min jgħid li jekk ma taħsibx int għall-quddies wara mewtek, ħadd ma jaħseb fik. Mela ħu dan il-parir.
Aħna lesti biex ngħinuk. Għal aktar tagħrif ċempel lil Fr. Norbert Bonavia, 7926 5968 Aħna Lilkom • 4
POST
Mejju 2015 / Għadd 502
Aħna Lilkom
Ħolqa Bejn il-Ħbieb
Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com
Tberik tal-knisja l-ġdida fil-Pakistan mill-Arċisqof ta’ Lahore
F
it-8 ta’ Frar li għadda l-parroċċa tagħna ddedikata lillKonverżjoni ta’ San Pawl, ġewwa l-Pakistan, iċċelebrat ilĠublew tad-Deheb tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħi. Għal din l-okkażjoni ġie l-Arċisqof ta’ Lahore, Mons. Sebastian Shaw. Attendew ħafna nies, bosta minnhom mill-istazzjonijiet missjunarji tal-parroċċa. Wara l-funzjoni tlabna lill-Eċċellenza Tiegħu sabiex ibierek knisja li m’ilhiex wisq li nbniet, iddedikata lil San Ġwann Battista. Hu ġentilment aċċetta. Ħallejna l-parroċċa u morna Asif Town No. 2 fejn qiegħda l-knisja. U l-Arċisqof berikha. Kienet funzjoni kważi privata għax ftit nies indunaw li l-Arċisqof kien telaq mill-parroċċa u mar ibierek il-knisja. F’erba’ kelmiet li qal, l-Arċisqof wera l-apprezzamant tiegħu għall-benefatturi kollha li għenu biex tinbena l-knisja. Faħħar ħafna l-ispirtu missjunarju tal-Maltin li dejjem issibhom lesti biex jgħinu din l-opra hekk importanti tal-Knisja. Faħħar ukoll il-ġenerożità tal-insara tal-inħawi, li minkejja l-faqar li jgħixu fih ma naqsux li jagħtu sehemhom ukoll fil-bini u t-tagħmir tal-knisja. Imbagħad ħeġġeġ lin-nies biex jużawha regolarment, jekk jista jkun anke ta’ kuljum, biex b’hekk jgħixu iktar qrib Alla u jibbenefikaw millgrazzji li Alla jagħti b’mod speċjali permezz taċ-ċelebrazzjoni talEwkaristija. Saħaq li issa għandhom knisja kbira biżżejjed u sabiħa propju f’nofshom. Għall-grazzja t’Alla, ħafna nies qed jużaw il-knisja. Kull filgħodu għadd konsiderevoli jiltaqgħu mal-katekista u jitolbu flimkien. Barra dan, qed isir fiha t-tagħlim tal-katekiżmu. Regoralment, darbtejn fil-ġimgħa, ikollhom il-quddiesa. Fir-Randan għamilna l-Via Sagra. Kull nhar ta’ Ġimgħa jkun hemm quddiesa u wkoll ilqrar. Fiha jsiru ż-żwiġijiet u minn xi daqqiet anke quddies għal ruħ il-mejtin tal-parruċċani. Nieħu l-okkażjoni biex għal darb’oħra nirringrazzja f’isem in-nies tagħna u f’isimna l-missjunarji tal-MSSP għall-appoġġ ġeneruż li dejjem tagħtuna intom il-benefatturi. Din il-knisja rċeviet għajnuna speċjali u sabiħa minn Malta. Jalla l-Mulej iħallaskom bil-mija fil-wieħed.
Fr, Bernard Mangion mssp Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Ċelebrazzjoni f’Sant’Agata
Dun Injazju Micallef mssp
K
ien ġest tassew sabiħ meta fis-6 ta’ April li għadda, aħna l-membri kollha li ninsabu hawn Malta, iltqajna fil-Kappella tal-Mother House, f’Sant’Agata, biex nifirħu mal-erba’ membri tas-Soċjetà li għalqu ħamsin sena saċerdoti, u nirringrazzjaw lil Alla għal dan id-don u għallperseveranza fil-vokazzjoni tagħhom. Il-membri huma Fr. Vincent Magro, Fr. Emanuel Adami, Fr. Bernard Mangion u Fr. Norbert Bonavia.
N
har is-26 ta’ April, Dun Injazju Micallef mssp, mar fejn dejjem xtaq – fil-post fejn jara lil Alla. Għalkemm għal snin twal huwa okkupa karigi għoljin fis-Soċjetà fosthom superjur tad-Dar ta’ San Ġużepp, delegat tas-Superjur Ġenerali, viżitatur fil-missjoni tagħna fl-Awstralja u segretarju ġenerali tas-Soċjetà, Dun Injazju ma ħalla warajh l-ebda binja li tfakkarna fih. Imma Dun Naz ħalla warajh affarijiet ferm akbar minn hekk. Il-benefatturi żgur jibqgħu jiftakru filvisti li kien jagħmlilhom fid-djar tagħhom. Ħalla wkoll eżempji kbar ta’ fedeltà għall-vokazzjoni tiegħu, ta’ servizz ġeneruż lill-oħrajn, u fuq kollox kliem u mudell ta’ mħabba kbira lejn Alla. Din talaħħar jixhdu għaliha dawk li tkellmu dwaru malaħbar tal-mewt tiegħu. Meta xterdet l-aħbar, aħna l-membri tal-MSSP lkoll kellna kelma waħda fuq fommna: “Għandna qaddis fil-Ġenna jitlob għalina.” Waħda mara minn Għawdex, fejn Dun Naz kien għamel għoxrin sena fid-Dar tagħna, qaltli li oħtha tant kienet tara fih bniedem t’Alla li darba wara
Aħna Lilkom
l-quddiesa qaltlu, “Dun Naz, int qaddis!”. Qabeż hu u qalilha, “ Mis-sema `l isfel m’hawnx qaddisin”. Raġel ta’ 62 sena u li kien tifel fid-Dar ta’ San Ġużepp fiż-żmien li Dun Naz kien Direttur tagħha, meta għidtlu, “Lino, taf min miet?...Dun Naz!”, weġibni hekk, “Dak qaddis!”. Ta’ min jgħid li darraġel jiftakru biss meta kien tifel fl-Istitut. Meta dan l-aħħar beda jinsa u jiena staqsejtu xi ħaġa qalli, “Ma niftakarx, għax issa bdejt ninsa. Aħjar, ħalli naħseb biss fiH.” Fl-omelija li għamel il-Vigarju Reġjonali, Fr. Frankie Cini, fakkarna f’sentenza li kien iħobb jgħid Dun Naz: “Jiea nemmen li Alla jaf bija, u nemmen li jħobbni ħafna”.
Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159
Saċerdot ieħor li ċċelebra magħhom il-Ġublew tadDeheb huwa Fr. Ġorġ Scerri. Minħabba li qiegħed il-Missjoni tagħna fil-Perù, dakinhar ma setax ikun magħna. Din il-quddiesa sempliċi ġiet iċċelebrata fl-istess kappella fejn dawn l-erba’ presbiteri min jaf kemmil darba semgħu quddies meta kienu studenti u mbagħad wara, kemm laħqu ċċelebraw huma stess l-Ewkaristija fuq l-istess altar! Il-quddiesa kienet preseduta mis-Superjur Ġenerali, Fr. Mark Grima, li kien hawn Malta mas-Segretarju Ġenerali, għal-laqgħat ta’ kull tliet xhur tal-Kunsill Ġenerali.
newspaper post
Din kienet okkażjoni oħra ta’ fraternità għalina l-membri kollha ta’ dan ir-reġjun. Me setax jonqos li barra li tlabna għal dawn il-ġubilari, tlabna wkoll għal aktar vokazzjonijiet u għall-benefatturi li sostnew lil dawn il-membri, mhux biss tul ilformazzjoni tagħhom imma wkoll issa fil-pajjiż fejn iwettqu l-missjoni tagħhom. Spiċċajna ċ-ċelebrazzjoni billi nżilna flimkien fejn il-qabar tal-Qaddej t’Alla Mons. Ġużeppi De Piro, l-għażiż fundatur tagħna. Hemm kantajna r-Regina Caeli u s-Sancte Paule.
Fr. Joe Borg mssp
Aħna Lilkom • 3