Ahna Lilkom Ottubru 2013

Page 1

Jum il-funeral Óolqa Bejn il-Óbieb

No 18

Riflessjonijiet Spiritwali fuq il-ħajja u l-ħidma ta’ Mons. Ġ. De Piro

Solidarjetà mal-batut

L-Opri Pontifiċji Missjunarji

Il-Papa Franġisku nhar il-11 ta’ Mejju ltaqa’ mad-diretturi nazzjonali ta’ 120 pajjiż differenti mxerrdin mad-dinja kollha. Il-Papa saħaq fuq l-importanza li permezz tal-Opri Pontifiċji Missjunarji l-Evanġelju jibqa’ jasal flimkien mat-tjubija ta’ Alla lil diversi nies li għadhom ma jafux bi Kristu.

Fid-diskors tiegħu l-Papa saħaq ukoll li d-dimensjoni missjunarja tal-Knisja mhix xi ħaġa fakultattiva imma li kull mgħammed hu missjunarju. Waqt li fakkar il-kliem imqanqal ta’ San Pawl, “Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-evanġelju” (1 Kor. 9, 16) huwa rringrazzja lid-diretturi għall-ħidma li qed iwettqu fil-Knisja. Fr. Victor Livori mssp ġie maħtur mis-Santa Sede direttur nazzjonali tal-Opri Pontifiċji Missjunari fil-Perù fis-26 ta› Frar 2011 u dan għal perjodu ta› ħames snin.

Fit-talb Ġużeppi De Piro tgħallem iħobb, jaħfer, iservi, jobdi u jħalli lilu nnifsu jiġi ffurmat minn idejn il-Ħallieq. It-talb għalih kien il-passaġġ li jgħinu jara wiċċ Alla fl-istorja, f’ħutu u fuq kollox f’ruħu stess. Ittalb wessagħlu l-viżjoni tar-realtà li jkun fi żgur fl-idejn tal-imħabba t’Alla. Imma aħna nafu li t-talb mhux il-għan fih innifsu, imma l-mezz. Mezz biex permezz tiegħu nħobb aktar lil Alla u lill-proxxmu. Infatti f’waħda mill-prietki tiegħu nsibu propju dan il-ħsieb: “L-imħabba t’Alla trid tkun il-kawża li tressaqna aktar lejn il-proxxmu”. Fit-talb insibu l-imbuttatura radikali lejn l-oħrajn, għax il-vera talb jitlob servizz lill-oħrajn. Fi prietka oħra nsibu dan il-kliem tant preċiż. “Dawk li għandhom demm nisrani fil-vini tagħhom, b’mod naturali jħossu f’qalbhom ixxewqa li jgħinu lill-proxxmu. Din ix-xewqa ġejja millistess xewqa li jixtiequ jimxu wara l-Imgħallem Divin”. B’dan il-mod it-talb ma jibqax xi ħaġa personali imma jinbidel f’solidarjetà mal-batut. Infatti De Piro jasal biex jgħid, “..wieħed jista’ jasal biex jeżenta ruħu missawm, u atti oħra spiritwali, imma qatt milli jħobb u jgħin lill-proxxmu”.

Ottubru 2013 / G˙add 484 Editur: Fr Norbert Bonavia MSSP M: 7926 5968 E: norbertbonavia@gmail.com

NEWS PAPER POST

Żewġ Djakni Ġodda fil-Perù Óolqa Bejn il-Óbieb

Bro. Nilton għandu 37 sena. Għamel l-istudji tal-filosofija flInstituto Superior de Estudios Teologicos Juan XXIII, ġewwa Lima. Wara li għamel sena ta’ formazzjoni pastorali ġewwa waħda millparroċċi tagħna f’Arequipa, mar il-Filippini fid-dar internazzjonali ta’ formazzjoni li s-Soċjetà għandha hemm, fejn għal erba’ snin kompla l-istudji tat-teoloġija fl-Maryhill School of Theology. Huwa issa ġie assenjat biex jaħdem fid-dar tal-formazzjoni li għandna f’Lima kif ukoll biex jagħti servizz fil-parroċċa li għandna f’din l-istess belt, fejn hemm jaħdmu Fr. Salomon Cruzado bħala kappillan u Fr. George Scerri bħala assistent. Bro. Mario Alberto, li għandu 33 sena, matul il-formazzjoni tiegħu, segwa l-istess passi li mexa fuqhom Bro. Nilton. Bro. Mario Alberto ġie issa assenjat biex tul iż-żmien tad-djakonat ikun filparroċċa ta’ Buenos Aires, f’Arequipa, ma’ Fr. Giovann Cefai. Dan l-avveniment ferraħ mhux ftit li dawk il-benefatturi Maltin u Għawdxin li għenu liż-żewġ studenti billi offrew Borża ta’ Studju. L-Editur

Dan it-tagħrif insibuh fil-ktieb, “Found among Sinners” miktub minn Fr Martin Cilia mssp

Trid tgħix ġurnata ma’ missjunarju?

Dan tista tagħmlu billi tagħżel ġurnata għażiża għalik, darba biss fis-sena, tibbukjaha minn qabel u toffri €25 biex dakinhar tipprovdi l-għixien ta’ missjunarju u tgħinu jlaħħaq max-xogħol pastorali u soċjali tiegħu. Il-missjunarju joffri għalik; • il-quddiesa skont l-intenzjoni tiegħek; • it-talb tal-Uffiċċju Divin ta’ dak il-jum; • l-appostolat ta’ matul dik il-ġurnata. Ibgħat il-ħlas flimkien ma’ din il-formola lil: Fr. N. Bonavia, L-Oratorju MSSP, Triq San Ġiljan. B’Kara Jiena_______________________________________________ u li noqgħod ______________________________________________ noffri €25

 4 Aħna Lilkom 

Jekk fit-28 ta’ April li għadda aħna, il-membri tas-Soċjetà li qegħdin Malta, fraħna bl-ordinazzjoni tad-djakonat ta’ Bro. Clinton Farrugia, xejn inqas ferħu sħabna li qed jaħdmu fil-Perù. Mhux biss għax f’Malta kellna dan l-avveniment hekk sabiħ, imma għax huma wkoll fit-22 ta’ Ġunju, kellhom żewġ studenti li l-Isqof Mons. Adriano Tomasi, Isqof Awżiljari ta’ Lima, ordnahom djakni. Dawn huma Bro. Nilton Bardales Pezo u Bro. Mario Alberto Laura Pinares.

Firma: ______________________________________________

Newspaper post

Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159


Fr Benedict Sant mssp

Qegħdin ma’ num inlaqqgħukom ru m tagħna ill-membri minister f’diversi i tagħho m

Óolqa Bejn il-Óbieb

Jien tlabt lil Fr. Sant jgħidilna ftit fuq ħajtu speċjalment kemm ilu jaħdem bħala missjunarju fl-art tal-Awstralja. Wieħed irid japprezza li diġà ilu 41 sena sħaħ jaħdem flAwstralja u għalkemm mhux żgħir fl-età għadu jagħti kull għajnuna possibbli. L-Editur. Inġedded il-memorji Wara li ordnajt saċerdot jien kont responsabbli minn grupp ta’ tfal u żgħażagħ li kienu jippreparaw ruħhom biex isiru membri tas-Soċjetà tagħna. Aħna konna nokkupaw parti mid-Dar ta’ S. Ġużepp. Imma ħames snin wara, fil-5 ta’ Settembru 1965, ħallejt Malta fi triqti lejn l-Awstralja. L-ewwel xogħol tiegħi kien fil-parroċċa ta’ St. Bernardette fin-North Sunshine. Is-subborg kien mimli bil-Maltin u l-Għawdxin. Ix-xogħol tagħna kien varjat ħafna. Konna ngħixu man-nies kontinwament. Għal kull bżonn kienu jħabbtu l-bieb tagħna. Dak iż-żmien ma’ tantx kien hemm għajnuna għall-emigranti minnaħa ċivili. Aħna konna mmorru magħhom kullimkien: il-qorti, għand l-avukat, għand it-tabib u konna wkoll nimlewlhom ħafna formoli. F’kelma waħda konna qassisin u ħaddiema soċjali. Biss kienet parroċċa ħajja u attiva. F’din il-parroċċa kien hemm u għad hemm skola mmexxija mis-sorijiet Agostinjani Maltin. Dak iż-żmien konna tliet qassisin.

F’Sydney NSW... Fl-aħħar tas-sena 1969 ġejt assenjat f’parroċċa li kellha s-Soċjetà f’Horsley Park f’Sydney. Hawn mill-ġdid kellna ħafna Maltin, speċjalment Melliħin u Mġarrin. Nies li kienet tħobb ħafna l-parroċċa u fetħu buthom biex jibnu l-knisja u d-dar fejn jgħix ilqassis għax ma kien hemm xejn. Il-kappillan kien Fr. Claude Borg mssp. Ftit xhur wara li wasalt, Fr. Borg ġie msejjaħ Malta u jien ħadt ix-xogħol tiegħu. Konna nagħmlu xogħol mal-parruċċani mhux biss ta’ Horsley Park, imma wkoll ma’ eluf ta’ Maltin li kienu jgħixu fil-madwar. Dawn kienu jqisu l-parroċċa ta’ Horsley Park bħala tagħhom. Ix-xogħol fl-isptarijiet kien qawwi ħafna. Konna nżuru l-isptarijiet ta’ Liverpool li kien kbir ħafna u anke ta’ Fairield u ż-żewġ subborgi l-oħra li kienu fil-qrib, jekk tirraġuna kif jirraġunaw huma, għax fil-fatt kienu ftit u xejn ‘il bogħod. Konna nżuru lil kull dar...tal-Maltin u mhux. M’għandniex xi ngħidu, il-festa ta’ Marija Bambina kienet tgħaqqad lill-Maltin kollha. Din kienet okkażjoni biex il-Maltin minn kull naħa jiġu ħalli jiltaqgħu flimkien. La hemm il-Maltin u l-Għawdxin

Soċjetà Missjunarja tà San Pawl -Sant’Agata, Rabat, Malta, Tel: 2145 4503 / Stella Maris, Żebbuġ, Gozo, Tel: 2155 1159

issib il-logħob tan-nar li kien l-għors ta’ kulħadd. Dan l-aħħar imbagħad kienet daħlet l-użanza li jorganizzaw il-ballijiet. Din l-attività kienet issir qrib il-festa titulari u kienet xi ħaġa vera għal qalb il-Maltin. Perjodu f’Malta Fil-kapitlu ġenerali tas-sena 2000 ġejt magħżul bħala wieħed mill-kunsillieri tas-Superjur Ġenerali u Superjur tad-Dar ta’ Sant’Agata. Imma l-missjoni tal-Awstralja baqgħet dejjem għal qalbi. Infatti malli spiċċaw is-sitt snin erġajt lura l-Awstralja. Għall-ewwel mort fejn kont f’Horsley Park, imma minn hemm mort fejn qiegħed fil-preżent, fi Blacktown.

Blacktown, Ċentru “La Valette” F’din l-erja, hawn madwar disat elef Malti. Ma jistax ikun ma nsemmux il-kisba kbira u monumentali tal-Maltin li hi ċ-Ċentru ta’ La Valette. Kien il-mibki Fr. P. Baron, Kappuċċin, li bl-għajnuna tal-Maltin u l-kumitat li kellu miegħu, xtraw propjetà ta’ seba’ ettari u nofs. Hemm bnew kappella fejn is-Sibt u l-Ħadd issir quddiesa bil-Malti. Matul is-sena jsiru l-funzjonijiet kollha bil-Malti. Il-kappella hija mfittxija ħafna għaż-żwiġijiet u magħmudijiet. Jiena għandi l-fakultajiet daqs kappillan ieħor. Barra l-pastorali fil-kappella, indur il-morda fid-djar u fl-isptar. Però naħseb li s-sbuħija ewlenija ta’ dan il-post hija s-sala kbira, imfittxija minn ħafna Maltin għall-attivitajiet li jsiru matul is-sena kollha. Din is-sala hi mmexxija minn kumitat u għaqda ta’ voluntiera li huma vera dedikati. Huwa magħruf bħala ċ-Ċentru Malti anke mill-awtoritajiet ċivili. Ġew iżuruna Presidenti, Prim Ministri u ministri oħra Maltin. Dan l-aħħar kellna żjara tant importanti għax ġie l-Gvernatur tal-Awstralja. Imma l-aqwa laqgħa li ssir hawn hija l-ikla tal-aħħar tas-sena organizzata mill-Kummissarju Għoli Malti għall-Awstralja li fiha jagħmel ġabra u jibgħatha lillPresident ta’ Malta għall-Istrina fejn tidher biċ-ċar il-ġenerożità tal-Maltin.

 3 Aħna Lilkom 


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.