Sliem u Ħajja - Mejju 2018

Page 1

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Mejju 2018

KELMA TAL-KAPPILLAN

Ingergru u nieqfu hemm? Fil-ħajja, l-bniedem, jgħaddi min ħafna mumenti sbieħ, bħal ngħidu aħna; twelid ta’ tarbija, l-Ewwel Tqarbina u l-Ġriżma talIsqof tat-tfal, suċċess fl-istudju u eżamijiet, żwieġ fil-familja u diversi mumenti oħra li għax iferħuna, jibqgħu mmarkati u għeżież għalina. Imma, fil-ħajja, kif lkoll nafu, mhux kollox huwa ward u żahar u allura, mhux l-ewwel darba, li nispiċċaw ingergu, minħabba xi sitwazzjoni jew realta’ li ngħaddu minnha. Xi drabi, ma neskludhiex li jkollna raġuni valida li nagħmlu dan, imma rridu noqgħodu attenti li kemm jista’ jkun ma nkomplux ntaqqlu l-ambjent li nkunu fih, bit-tgergir tagħna. Għalhekk tajjeb li fil-ħajja nippruvaw li:   » Mhux biss naraw dak li huwa negattiv, imma nagħrfu wkoll il-ħafna sabiħ li hawn madwarna. X’ħin toqgħod taħseb ftit, tinduna li għandna ħafna aktar posittivi madwarna.   » Naċċettaw il-fatt, li fil-ħajja, mhux kollox kif irrid jew kif naħsibha jien. Kulħadd għandu l-istil u l-idejat tiegħu.

» Nifhmu li fil-ħajja, billi ngerger u nieqaf hemm, ma nieħdu xejn, allura nistaqsi ftit, x’ nista’ nagħmel aħjar jiena min naħa tiegħi biex l-affarijiet jkunu aħjar, għax faċli naħli l-ħin, ngħid, x’messu jagħmel ħaddieħor u jiena nibqa’ ma nagħmel xejn   » Nkunu aktar ottimisti, ħalli nimtlew bil-kuraġġ biex nagħmlu l-bildiet li hemm bżonn, għax inkella faċli ħafna iżjed li naqtgħu qalbna bittgergir biss. Fl-aħħarnett, ejjew ma ninsewx li n-nisrani, għax jemmen fil-qawwa ta’ Kristu Rxoxt, m’għandux jkun bniedem li joqgħod igerger biss u daqshekk, imma bi kliemu u għemilu jipprova jnissel ferħ u kuraġġ flambjent li jkun fih, għax il-fidi tagħna, fuq dan hija mibnija u mhux fuq in-negattivita. Nselli ħafna għalikom, filwaqt li nitlob biex ilBarka ta’ Alla tkun dejjem magħkom u fuq il-familji tagħkom. Tkunu Imberkin!! DUN EWKARIST ZAMMIT KAPPILLAN


PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ MEJJU It- Tlieta 1

Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Il-ħin tal-Quddies ikun bħal ta’ kuljum. Ikun tajjeb ħafna li llum nieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

Il-Ġimgħa 4

L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikun tajjeb ħafna li llum nieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni talQuddiesa.

Il-Ħadd 6

Is-6 Ħadd tal-Għid. Gabra Speċjali għall-bżonnijiet tal-Knisja

L-Erbgħa 9

Festa ta’ San Ġorġ Preca. Ikun tajjeb ħafna li llum nieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

Il-Ħadd 13

Is-7 Ħadd tal-Għid – Tlugħ il-Mulej fis-Sema. Illum niċċelebraw Jum l-Omm. Fil-Quddiesa tad-9.30am ikollna ċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija. Fid-9.15am issir Quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Ħal Qormi għall-erwieħ tal-ommijiet mejtin kollha.

L-Erbgħa 16

Fis-7.30pm laqgħa tal-Grupp Familji Nsara fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Il-Ħamis 17

Fis-7.15pm, fil-kripta tal-knisja, issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina.

Il-Ħadd 20

Solennita ta’ Għid il-Ħamsin. Il-Quddiesa tal-11.00am tkun bis-sehem tal-adolexxenti u l-ġenitrui tagħhom li qed jitħejjew għas-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Fil-5.00pm ikollna l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.

It-Tnejn 21

Mill-10.00am sal-11.00am s-Sup Joe Fenech imexxi l-adorazzjoni fil-kripta.

L-Erbgħa 23

Fil-5.00pm, fil-knisja, issir il-prova għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina li jattendu ċ-ċentru talkatekiżmu tal-parroċċa.

Il-Ħamis 24

Fl-10.00am issir Quddiesa għall-anzjani kollha organizzata mill-Kunsill Lokali. Fil-5.00pm, filknisja, issir il-prova għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina li jattendu fil-Museum tal-bniet u fil-Museum tas-Subien.

Il-Ġimgħa 25 Jum Ħal Qormi. Fil-5.00pm, fil-knsija, ikollna l-prova tal-aħħar għat-tfal kollha li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Fl-istess ħin isir il-qrar tal-ġenituri. Fis-6.30pm ikollna Quddiesa għall-erwieħ ta’ dawk kollha li mietu fil-parroċċa tagħna fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April. Il-Ħadd 27

Jum iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina fil-Parroċċa. Il-Quddiesa tal-Ewwel Tqarbina issir fl10.00am. Il-Quddies tad-9.30am u tal-11.00am isir fil-kripta.

It-Tnejn 28

Fis-7.15pm, fiċ-ċentru parrokkjali, issir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

Il-Ħamis 31

Festa ta’ Corpus Domini. Fis-6.30pm Quddiesa Kantata u wara Purċissjoni b’ Ġesù Ewkaristija. Lkoll mħeġġa biex nieħdu sehem.

Matul ix-xahar ta’ Mejju, r-Rużarju fil-Parroċċa tagħna jingħad kuljum fil-Knisja Parrokkjali mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.15am u fid-9.00am u fis-6.00pm. Tajjeb li ma ninsewx nitolbu din it-talba fil-familji tagħna.


X’TGĦALLIMT MINGĦAND

OMMI U MISSIERI Għadhom kif għalqu 65 sena miżżewġin, u għadhom l-istess… Jiena l-kbira, minn tlett ulied. Missieri kien u għadu l-eroj tiegħi. Dixxiplina imma b’imħabba. Lillfamilja, qatt ma naqasha f’xejn, ma konniex sinjuri, imma għallimni l-valuri, l-onesta’, r-responsabilta’ u dixxiplina. Ommi, dejjem ddedikat ħajjitha lill-familja. Iddedikat ħajjitha għall-missieri u għal uliedha, dejjem ma’ qalbha. Il-familja l-ewwel u qabel kollox. Missieri u Ommi għallmuni bill-fatti, kif kienu jgibu ruħhom ma’ xulxin. Dejjem kienu hemm għal xulxin. Fil-mard u l-gwaj kollu li kull żwieg iġib miegħu. Jien dan kollu għextu magħhom u sal-lum li xagħari bjad, għadni nitgħallem. Qatt ma tkellmu ħażin, jew offendew lil Alla bi kliemhom. Jagħmlu kollox bl-imħabba. Il-valuri nsara dejjem kienu preżenti, fil-familja tagħna. Għalmuni d-dixxiplina u l-għaqal u nkun responsabbli ta’ għemili. Imma fuq kollox għalmuni, l-imħabba

lejn Alla. M’hawnx spazju biex nikteb dak kollu li nixtieq ngħid fuq ommi u missieri. Irrid ktieb b’ħafna volumi. Biex iddum 65 sena miżżewweġ, b’dawk is-sagriffiċċji kollha, trid kuraġġ kbir u ħafna paċenzja. Imma fuq kollox trid lil Alla. Alla dejjem kien u għadu preżenti fiż-żwieg tagħhom. Għalmuni li ż-żwieg trid taħdem għalih, u tikkumbatti

Patrica Attard

mad-diffikultajiet li jgib miegħu dan is-Sagrament. Ommi u missieri kkommettew ruħhom quddiem Alla, sakemm jsejħilhom fi ħdanu. Jien kbirt, t-tfal iżżewwġu u sirt nanna, imma li għalmuni huma, għadni nħaddnu u ngħożżu. Hemm ħafna affarijiet oħra, imma nagħlaq billi ngħid li m’għandhiex fomm biex nirringrazzja l’Alla ta’ dan irrigal li huma ommi u missieri.


TBERIK U ŻJARAT FIL‑FAMILJI MEJJU: L-ERBGĦA 2: Triq il-Ħabbież, Triq ilĠunġlien, Triq Ġużeppi Ciappara, Triq il-Ġebbieda u Triq il-Mejjilla. IL-ĦAMIS 3: Triq Amleto Spiteri. IL-ĠIMGĦA 4: Triq Ġuże Galea (inkluż Victoria Mansions) u Misraħ 15 ta’ Marzu. IT-TNEJN 7: Triq Ġuże Duca, Trejqet Pascarella, Pascarella Housing Estate u Tal-Ħandaq. IT-TLIETA 8: Triq Spiteri Fremond, Triq l-Armier u Triq l-Istabal. It-Tberik tal-Familji jkompli f’Ottubru 2018 kif ġej: OTTUBRU IT-TNEJN 8: Triq il-Poeżija, Triq ilGħana u Triq Lydda. IT-TLIETA 9: Triq id-Drama u Triq Ġuże Ellul Mercer. L-ERBGĦA 10: Triq Bellic u Triq Ġuże Muscat Azzopardi. IL-ĦAMIS 11: Triq Mario Pace, Triq Nikol Montebello, Triq Marcel Attard Vagnolo

u Triq Dun Ġorġ Fenech. IL-ĠIMGĦA 12: Triq Nikol Baldacchino, Triq Carmelo Camilleri u Triq l-Imdina. IT-TNEJN 15: Triq Ġorġ Agius, Triq Pawlu Farrugia, Triq Fonzu Meli, Triq Dun Alwiġ Psaila u Triq Ġuże Maria Camilleri. IT-TLIETA 16: Triq il-Belt Valletta u Triq l-Erba’ Qaddisin. L-ERBGĦA 17: Triq il-Kaċċatur, Triq in-Nassab, Triq ir-Ragħaj u Triq Armal. IL-ĦAMIS 18: Triq il-Kanun, Triq is-Sebħ, Triq il-Furnar u Triq Marco Montebello. IL-ĠIMGĦA 19: Triq l-Aħwa Zammit u Triq M. A. Vassalli. IT-TNEJN 22: Triq Karm Debono u Triq Tal-Bajjada. IT-TLIETA 23: Triq il-Qasam Sperimentali, Triq Wied il-Kbir, Triq San Vinċenz De Paule, Triq ilBiedja u Triq Francesco Debono.

INFAKKRUKOM: » It-tberik jibda fl-4.00pm. » Huwa ta’ ferħ kbir għalina is-saċerdoti li niġu fil-familji tagħkom u nwasslulkom il-Barka ta’ Alla. Għalhekk tkun ħaġa sabiħa jekk għat-tberik tkunu preżenti fid-dar bħala familja. » Fejn hu possibli napprezzaw li ma tħallux lis-saċerdot iħabbat jew jistenna wara l-bieb. » M’hemmx għalfejn li wieħed jipprepara ikel u xorb. » Min jixtieq ikellem lis-saċerdot għal tul ta’ ħin jew jixtieq li ssir żjara fil-familja tiegħu darb’oħra, għandu jagħmel appuntament. » Min ma jistax ibierek meta jmissu jista’ jagħmel appuntament malKappillan għal darb’oħra. » Inħallu lis-saċerdot iqassam l-ordni tat-tberik kif jixtieq hu. » Min jixtieq jista’ jagħti offerta tattberik u jpoġġiha f’envelope. Il-flus miġbura jmorru għall-bżonnijiet tal-Knisja u l-ħtiġijiet tal-Parroċċa. » Grazzi ħafna li tagħtuna ċans nidħlu fil-familji tagħkom.

FIL-FAMILJA TAGĦNA INGĦAQDU MA’ KRISTU BIL-MAGĦMUDIJA Valentina Maria Vella Cioffi Kayn Sarcia Nina Zammit Durovic Maison Portelli Sebastien Vella Scarlett Micallef Paquiring Jeremy Kitcher Kai Spiteri Matteo Borg NIFIRĦULHOM

DAĦLU FIL-ĦAJJA TA’ DEJJEM Luiga Sammut – 2 ta’ Marzu 2018 Angolina Cauchi – 2 ta’ Marzu 2018 Paul camilleri – 7 ta’ Marzu 2018 Rita Borg – 7 ta’ Marzu 2018 Toussaints Cauchi – 11 ta’ Marzu 2018 Guseppa Camilleri – 16 ta’ Marzu 2018 Angelo Magri – 19 ta’ Marzu 2018 Josephine Azzopardi – 23 ta’ Marzu 2018 Miriana Agius – 26 ta’ Marzu 2018 Theresa Mangion Galea – 31 ta’ Marzu 2018 NITOLBU GĦALIHOM U NAGĦTU L-KONDOLJANZI LILL-FAMILJARI TAGĦHOM.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.