Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
Il-Ħames Ħadd tal-Għid
15 ta’ Mejju 2022
____________________________________________________________________________________
Aħbar sabiħa għall-Knisja f’Malta hija li illum/Ilbieraħ Mons. Arċisqof ordna tlett saċerdoti ġodda. Nirringrazzjaw lil Alla u nitolbu għalihom u nitolbu wkoll għall-aktar vokazzjoniet saċerdotali u reliġjużi mill-Parroċċa tagħna.
Nhar it-Tnejn/Għada, bejn id-9.00am u l-10.00am, s-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja. Kulħadd Mistieden.
Nhar it-Tlieta, fil-Quddiesa tas-6.30pm ser nitolbu għal dawk ħutna li mietu fil-Parroċċa tagħna bejn Jannar u April li għadda. Il-familjari ta’ dawn ħutna huma mħeġġa li jattendu sabiex nitolbu għalihom.
Nhar l-Erbgħa fis-7.30pm fiċ-Ċentru Parrokkjali ssir il-laqgħa tal-Grupp Familji Nsara.
Nhar il-Ġimgħa bejn is-7.00pm u s-7.30pm ilkoll mistiedna biex bħalha Komunità nieħdu sehem fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija u li ser tkun animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
It-Tnejn 23 ta’ Mejju, ssir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani. Din tibda fl-4.00pm bit-talba tar-Rużarju fil-Knisja ż-Żgħira u wara tkompli b’laqgħa formattiva minn Patri Ivan Scicluna. O.Carm.
Il-Ħamis 26 ta’ Mejju, fis-7.15pm ssir l-aħħar laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina, fil-Knisja. Il-ġenituri huma mħeġġa biex jattendu.
Il-Grupp taż-Żgħażagħ tal-Parroċċa, l-IMPACT, ser jorganizza Pasta Buffet nhar is-Sibt 28 ta’ Mejju mis-7.00pm ‘l quddiem, fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali. F’din l-attività tintwera l-finali tac-Champions League fuq big screen. Dettalji u biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew minn fuq il-paġna ta’ facebook tal-grupp.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org