Avviżi 22 ta' Mejju 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Is-Sitt Ħadd tal-Għid

22 ta’ Mejju 2022

____________________________________________________________________________________ 

It-Tnejn/Għada, issir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani. Din tibda fl-4.00pm bit-talba tar-Rużarju fil-Knisja ż-Żgħira u wara tkompli b’laqgħa formattiva minn Patri Ivan Scicluna. O.Carm.

Nhar it-Tnejn/Għada, bejn is-7.00pm u s-7.30pm issir in-Nofs Siegħa mal-Kelma fil-Knisja. Din il-lectio Divina tkun bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħadd u tkun miftuħa għal kulħadd.

Nhar il-Ħamis, fis-7.15pm issir l-aħħar laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina, fil-Knisja. Il-ġenituri huma mħeġġa biex jattendu.

Nhar il-Ġimgħa bejn is-7.00pm u s-7.30pm ilkoll mistiedna biex bħalha Komunità nieħdu sehem fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija. Din ser tkun animata mill-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa.

Il-Grupp taż-Żgħażagħ tal-Parroċċa, l-IMPACT, ser jorganizza Pasta Buffet nhar is-Sibt li ġej mis-7.00pm ‘l quddiem, fis-Sala taċ-Ċentru Parrokkjali. F’din l-attività tintwera l-finali tac-Champions League fuq big screen. Dettalji u biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali jew minn fuq il-paġna ta’ facebook tal-grupp taż-żgħażagħ.

Il-Parroċċa ser toffri l-Kors ta’ Kana għall-għarajjes bi tħejjija għas-Sagrament ta’ Żwieġ. Dan il-Kors jibda l-Ħadd 25 ta’ Settembu u huwa mibni fuq għaxar laqgħat li jsiru l-Ħadd bejn l-10.00am u l-12.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali. Biex wieħed jagħmel dan il-kors huwa mitlub li jimla formula mill-Uffiċċju Parrokkjali waqt il-ħinijiet tal-ftuħ. Aktar dettalji issibuhom minn fuq il-paġna tal-facebook tal-Parroċċa u minn fuq in-noticeboards tal-Knisja.

Navżaw li ir-rivista FLIMKIEN ser tkompli toħroġ, wara l-waqfa tal-pandemija, imma issa qed tkun ippublikata b’format ġdid u ser tibda titqassam ukoll fid-djar permezz tal-posta. Din ser tirċevuha fil-jiem li ġejjin. Min jixtieq issibuha ukoll online fuq il-website http://www.flimkien.mt .

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 35 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


Nirringrazzjawl lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew b’ €1,000 f’donazzjoniet b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi dejjem lil kulħadd tal-fiduċja u l-ġenerożità tagħkom.

Il-Parroċċa ser torganizza ġita ta’ erbà t’ijiem għal Sqallija. Din ser tkun mill-Ħamis 4 sal-Ħadd 7 ta’ Awwissu. Matul din il-ġimgħa, minn nhar l-Erbgħa ‘il quddiem ser ikollna f’idejna l-programm sħiħ tal-ġita u dettalji oħra mportanti marbuta ma’ din il-vaganza, li hija miftuħa għall-familji kollha. Aktar dettalji mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’." 1 Samwel 3, 9

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.