Avviżi 12 ta' Ġunju 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Trinità Qaddisa

12 ta’ Ġunju 2022

____________________________________________________________________________________  Għada/llum 66 tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina waqt Quddiesa li ser tkun fl-10.00am fil-Knisja Arċipretali. Ilkoll mħeġġa biex inżommu lil dawn it-tfal u l-familji tagħhom fit-talb tagħna, sabiex il-ferħ ta’ Ġesù jimmarka tassew il-ħajja u l-qalb tagħhom. Navżaw li l-Quddiesa tad-9.30am u tal-11.00am jsiru fil-Kripta.  Biex napprezzaw aħjar ir-rigal tal-Ewkaristija, l-parroċċa, matul din il-ġimgħa li ġejja ser toffri tlett ijiem ta’ katekeżi fuq dan is-Sagrament ta’ mħabba. Dawn ir-riflessjoni ser isiru fil-knisja mit-Tnejn sal-Erbgħa, fis-7.00pm sas-7.30pm u ser ikunu mmexija minn Fr Mark Zammit. Kulħadd huwa mħeġġeġ biex jattedni.  Nhar il-Ħamis, ser niċċelebraw il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù fiż-Żona tas-Sokkors, in-naħa ta’ St. Thomas hospital. Nibdew b’Quddiesa fis-7.15pm fuq barra fit-Triq tal-Bajjada (naħa ta’ fuq, fejn hemm id-daħla tal-garaxxijiet) u wara purċissjoni qasira b’Ġesù Sagramentat fit-toroq tal-inħawi. Dawk li jgħixu f’din iż-żona huma mħeġġa biex jattendu u jieħdu sehem.  Nhar il-Ġimgħa, bejn is-7.00pm u s-7.30pm ilkoll mistiedna biex bħalha Komunità nieħdu sehem fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija. Din ser tkun animata mill-Grupp tal-Ħniena Divina.  Nhar il-Ħadd niċċelebraw il-festa għażiża ta’ Corpus Domini; tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej. Fil-5.00pm nitolbu t-talba tal-Għasar u fil-5.30pm Quddiesa Kantata bis-sehem tas-saċerdoti, l-abbatini, l-fratelli, il-Kor taż-Żgħażagħ u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Fis-6.15pm Purċissjoni b’ Ġesù Sagramentat li tgħaddi mit-toroq: Triq San Bartilmew, Spiteri Fremond, is-Sienja, San Bastjan, il-Kunċizzjoni, Santu Rokku, San Bastjan, il-Vitorja u tintemm fil-Knisja Arċipretali bil-Barka Sagramentali. B’turija ta’ mħabba lejn Ġesù Ewkaristija, ikun xieraq li lkoll nieħdu sehem u minn fejn tgħaddi l-purċissjoni, it-toroq jiżżejnu bil-qsari. Fit-twieqi jew galleriji tad-djar tagħna tajjeb li narmaw ix-xbieha tal-Qalb ta’ Ġesù.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 35 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


 Nhar il-Ħadd il-Quddiesa tal-11.00am tkun bis-Sagrament tal-Magħmudija.  Nhar il-Ħadd niċċelebraw Jum il-Missier, fl-10.00am ssir Quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ Ħal Qormi b’suffraġju għall-missierijiet mejtin.  It-Tnejn 20 ta’ Ġunju, mid-9.00am sal-10.00am is-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja ż-Żgħira.  Mit-Tnejn 20 sal-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju, fil-Parroċċa tagħna ser ikollna Ġimgħa Ewkaristika u din se tkun fil-Knisja ż-Żgħira, għalhekk dik il-ġimgħa mit-Tnejn sal-Ħamis il-Quddiesa ta’ filgħaxija tas-6.30pm ssir fil-Knisja ż-Żgħira, biex wara ‘l Quddiesa tkompli b’nofs siegħa adorazzjoni li tkun animata minn diversi gruppi u għaqdiet tal-Parroċċa.  Il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju, niċċelebraw il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Filgħodu mis-7.00am sal-12.00pm ikollna nofs ta’ nhar sħiħ ta’ Adorazzjoni fil-Knisja ż-Żgħira u filgħaxija fis-6.30pm fil-Knisja Arċipretali jkollna Quddiesa kantata u wara purċissjoni b’Ġesù Sagramentat li tintemm fil-Knisja bil-Barka Sagramentali.  Dawk it-tfal subien, minn sebà snin ‘il fuq u li jixtiequ jkunu abbatini fil-Parroċċa tagħna huma mitluba li jieħdu formula mis-sagristija u jkellmu lil Fr Nicholas.  Il-ġabra speċjali li saret il-Ħadd li għadda b’risq il-proġett tal-manutenzjoni tal-Koppla kienet ta’ €1,756. Nirringrazzjaw ukoll lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew b’€1,020 f’donazzjoniet b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi dejjem lil kulħadd tal-fiduċja u l-ġenerożità tagħkom.  Dawk l-għarajjes li f’Settembru li ġej jixtiequ jagħmlu l-kors ta’ Kana fil-Parroċċa, huma mitluba li jimlew formula mill-Uffiċċju Parrokkjali waqt il-ħinijiet tal-ftuħ. Infakkru lill-għarajjes li huwa suġġerit li l-kors ta’ Kana isir sentejn qabel iż-żwieġ.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


 Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ġentilment jixtieq jistieden lin-nies ta’ Ħal Qormi, biex jagħtu d-demm, għada/Illum, mit-8:30am sas-1:00pm fil-mobile blood donation unit li ser ikun fi Triq il-Wied, Ħal Qormi. Infakkru li biex nagħtu d-demm tkun trid tiġi ippreżentata l-karta tal-identità. 

Fit-talb tagħna nitolbu għal ħutna Agnes Vella, Joseph Falzon u Emanuel Falzon li mietu fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għall-mejtin kollha. Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’." 1 Samwel 3, 9

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.