Avviżi 19 ta' Ġunju 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Corpus Domini

19 ta’ Ġunju 2022

____________________________________________________________________________________ 

Qed niċċelebraw l-festa għażiża ta’ Corpus Domini; tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej. Għada/Ilejla fil-5.00pm nitolbu t-talba tal-Għasar, jiġifieri t-talba ta’ filgħaxija tal-Knisja u fil-5.30pm Quddiesa Kantata bis-sehem tas-saċerdoti, l-abbatini, l-fratelli, il-Kor taż-Żgħażagħ u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina. Fis-6.15pm Purċissjoni b’Ġesù Sagramentat li tgħaddi mit-toroq: Triq San Bartilmew, Spiteri Fremond, is-Sienja, San Bastjan, il-Kunċizzjoni, Santu Rokku, San Bastjan, il-Vitorja u tintemm fil-Knisja Arċipretali bil-Barka Sagramentali. B’turija ta’ mħabba lejn Ġesù Ewkaristija, ikun xieraq li lkoll nieħdu sehem f’din il-purċissjoni u nuru l-fidi tagħna f’dan is-Sagrament ta’ Mħabba. Ikun xieraq li minn fejn tgħaddi l-purċissjoni, it-toroq jiżżejnu bil-qsari, għax ser jgħaddi Ġesù Sagramentat u fit-twieqi jew galleriji tad-djar tagħna tajjeb li narmaw ix-xbieha tal-Qalb ta’ Ġesù.

Għada/llum qed niċċelebraw Jum il-Missier. Nirringrazzjaw lill-missierjiet kolha tal-preżenza u s-sehem siewi tagħhom fil-familji tagħna, tajjeb li ma nonqux mill-istima u rispett tagħna lejhom u fuq kollox nitolbu l-Barka ta’ Alla fuqhom. Infakkru wkoll li għada/llum fl-10.00am ssir Quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ Ħal Qormi b’suffraġju għall-missierijiet mejtin.

It-Tnejn/Għada, mid-9.00am sal-10.00am is-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja ż-Żgħira. Minħabba f’hekk il-Quddiesa tat-8.30am ssir fil-Knisja ż-Żgħira ukoll biex wara nkomplu bl-Adorazzjoni.

Minn nhar it-Tnejn/Għada sa nhar il-Ġimgħa, fil-Parroċċa tagħna ser ikollna Ġimgħa Ewkaristika fil-Knisja ż-Żgħira. Fl-4.00pm tibda l-Adorazzjoni bit-talba tar-Rużarju u wara sas-6.00pm ikun ħin għal talb fis-skiet. Fis-6.05pm nitolbu t-talba tal-Għasar u fis-6.30pm mit-Tnejn sal-Ħamis il-Quddiesa ta’ filgħaxija tas-6.30pm ssir fil-Knisja ż-Żgħira stess, biex wara ‘l Quddiesa nkomplu b’nofs siegħa adorazzjoni li tkun animata minn diversi gruppi u għaqdiet tal-Parroċċa; it-Tnejn mill-Ministri tat-Tqarbin, it-Tlieta mill-Katekisti u l-grupp Ħobż tal-Ħajja, l-Erbgħa mill-abbatini u l-grupp ta’ talb għall-vokazzjoniet u l-Ħamis miż-żgħażagħ tal-Kor u tal-Grupp IMPACT. F’dawn il-jiem tal-Ġimgħa Ewkaristika, ilkoll mħeġġa biex nsibu ftit ħin u mmorru fis-skiet fil-Knisja ż-Żgħira biex naduraw u nitkellmu ma’ Ġesù Ewkaristija.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 35 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


Il-Ġimgħa, niċċelebraw il-festa għażiża tal-Qalb ta’ Ġesù. Filgħodu mis-7.00am sal-12.00pm ikollna nofs ta’ nhar sħiħ ta’ Adorazzjoni fil-Knisja ż-Żgħira u fil-11.30am nitolbu t-talba tar-Rużarju mill-Grupp tat-Terzjarji Karmelitani u fl-12.00pm nagħlqu bil-Barka Sagramentali. Filgħaxija fis-6.00pm nitolbu t-talba tal-Għasar fil-Knisja u fis-6.30pm ikollna Quddiesa kantata bis-sehem tas-saċerdoti, abbatini, fratelli, l-Kor taż-Żgħażagħ u tfal tal-Ewwel Tqarbina. Fis-7.15pm toħroġ il-purċissjoni b’Ġesù Sagramentat mill-knisja akkumpanjata mill-Banda San Sebastjan. Din tgħaddi min dawn it-toroq: Triq San Bartilmew, il-Kbira, San Bastjan, San Bartilmew u tintemm fil-Knisja bil-Barka Sagramentali.

Nhar l-Erbgħa fis-7.30pm ssir l-laqgħa tal-Grupp Familji Nsara fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Il-ġbir li ser issir fil-weekend li ġej ser ikun karita, biex ngħinu lill-Papa Franġisku biex jkompli jgħin lill-pajjiż fqar tad-dinja u dawk li jkunu għaddejjin mis-sitwazzjoniet diffiċċli f’pajjiżhom.

It-Tnejn 27 ta’ Ġunju, fl-4.00pm ssir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani fil-Knisja ż-Żgħira li tibda bit-talb tar-rużarju u wara tkompli b’laqgħa formattiva.

Dawk it-tfal subien, minn sebà snin ‘il fuq u li jixtiequ jkunu abbatini fil-Parroċċa tagħna huma mitluba li jieħdu formula mis-sagristija u jkellmu lil Fr Nicholas.

Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew b’€535 f’donazzjoniet b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Navżaw li sa issa għal dan il-proġett inġabret is-somma sabiħa ta’ €125,831. Grazzi dejjem lil kulħadd tal-fiduċja u l-ġenerożità tagħkom. Ninsabu fi tmiem tal-ewwel fażi tal-proġett, dak tal-scaffolding u jekk Alla jrid fil-ġimgħat li ġejjin, nibdew t-tieni fażi li tikkonċerna x-xogħol propju ta’ manutenzzjoni tal-Koppla, xogħol li għandu jieħu madwar tlett xhur. Bħal issa qed nitkellmu wkoll ma xi kumpaniji marbuta max-xogħol li hemm bżonn jsir kemm fuq il-kalmatita ta’ sajjetti tal-koppla u sistema ġdida ta’ dawl għall-koppla u l-kumplament tal-knisja. Inkomplu nħeġġu lil kulħadd sabiex inkomplu nkunu ġenerużi, kulħadd kif jistà, kif ngħidu dejjem napprezzaw, il-ftit mingħand il-ħafna. Grazzi dejjem lil kulħadd.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Fit-talb tagħna nitolbu għal ħutna Chalie Barbara u Cristina Attard li mietu fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għall-Missierijiet mejtin. Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’." 1 Samwel 3, 9

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.