Avviżi 5 ta' Ġunju 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Għid il-Ħamsin

5 ta’ Ġunju 2022

____________________________________________________________________________________ 

Illum qed niċċelebraw il-festa ta’ Għid il-Ħamsin, għalhekk niftakru fid-don tal-Ispirtu s-Santu li permezz tiegħu aħna nistgħu nwieġbu għall-imħabba ta’ Alla fil-ħajja tagħna. Għada/Illum il-Quddiesa tal-11.00am tkun bis-sehem tal-addoloxent isubien li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof din is-sena filwaqt li l-Quddiesa tas-6.00pm tkun bis-sehem tal-addoloxenti bniet li serjirċievu s-Sarament tal-Griżma tal-Isqof u l-ġenituri tagħhom.

Minn għada/llum, l-Kappella tas-Sorijiet Agostinjani ser tkun miftuħa għall-Quddies bis-sehem tal-pubbliku, għalhekk nhar ta’ Ħadd l-Quddiesa tkun fis-7.15am, mit-Tnejn sal-Ġimgħa tkun fis-6.30am u s-Sibt fis-7.30am.

Nhar it-Tnejn/Għada, bejn is-7.00pm u s-7.30pm issir in-NofsSiegħa mal-Kelma fil-Knisja. Din il-lectio Divina tkun bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħadd li ġej u tkun miftuħa għal kulħadd.

Nhar it-Tlieta wara l-Quddiesa tas-7.30am ser isir il-Vjatku Solenni tal-Morda bis-sehem tal-abbatini u l-fratelli tas-Ssmu Sagrament tal-Parroċċa. Il-Vjatku joħroġ mill-Knisja fit-8.00am u jwassal l-Ewkaristija lil dawk il-morda li joqgħodu fil-parti ċentrali tal-Parroċċa. Aħna lkoll mistedna biex nieħdu sehem f’din il-purċissjoni, biex waqt li qed jitwassal it-tqarbin lill-morda nieħdu sehem fit-talb. Il-Vjatku jintemm fid-9.30am fil-Knisja bil-Barka Sagramentali.

Il-Ħamis, ser ikollna l-ikla għall-irġiel fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Dakinhar il-Quddiesa fil-Knisja tkun fis-7.00pm u mhux fis-6.30pm u wara ikollna t-trasport għall-ikla f’ta’ Ċanti, Ħaż-Żebbuġ. Il-booking jsir mis-Sagristija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali waqt il-ħinijiet tal-ftuħ. Inħeġġu lill-irġiel sabiex jieħdu sehem f’dan il-mument soċjali.

Nhar il-Ġimgħa, bejn is-7.00pm u s-7.30pm ilkoll mistiedna biex bħalha Komunità nieħdu sehem fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija. Din ser tkun animata mill-Grupp tal-Fratelli tal-Parroċċa tagħna.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 35 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
Avviżi 5 ta' Ġunju 2022 by St Sebastian Parish Qormi - Issuu