Avviżi 8 ta' Mejju 2022

Page 1

Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi

Avviżi Tal-Kommunità

Ir-Rabà Ħadd tal-Għid/Jum il-Vokazzjoniet

8 ta’ Mejju 2022

____________________________________________________________________________________ 

Għada l-Ħadd, niċċelebraw il-festa tal-Madonna ta’ Pompei. Fil-5.30pm nitolbu t-talba tar-Rużarju u s-Supplika tal-Madonna quddiem Ġesù Ewkaristija u wara nirċievu l-Barka Sagramentali. Fis-6.00pm ikollna l-Quddiesa li fiha ser ikollna fostna lid-Djaknu l-ġdid mill-Parroċċa tagħna, id-Dumnikan Ian Zammit biex flimkien miegħu nroddu ħajr lil Alla għal dan ir-rigal sabiħ tas-sejħa u fil-Quddiesa huwa jagħmel l-omelija.

Ilum qed ikun iċċelebrat il-Jum ta’ Talb għall-Vokazzjoniet. Infakkru li din is-sena l-Parroċċa qed tiddedikaha biex bħalha komunità nitolbu aktar mis-soltu għall-Vokazzjoniet Saċerdotali u Reliġjużi mill-Parroċċa tagħna. Għalhekk nitolbu lil Ġesù r-Ragħaj it-Tajjeb biex jkompli jagħtina fi żminijietna saċerdoti qaddisa biex iqaddsuna u jieħdu ħsiebna. Inħeġġu biex fil-familji tagħna noħolqu wkoll ambjent addattat, biex lil dawk li l-Mulej isejjaħ minn fostna, jaqduh bil-kuraġġ u bil-ferħ. Marbut ma’ dan il-jum ta’ talb għall-vokazzjoniet, illum ħdejn il-bieb ta’ barra tal-Knisja, hemm Grace Gambin, biex minn jixtieq, jgħin biex xi ħadd jsir qassis fil-missjoni, jkun jistà jagħmel dan.

Nhar is-Sibt li ġej 14 ta’ Mejju, fid-9.30am fil-Katidral tal-Imdina, Mons. Arċisqof ser jordna tlett saċerdoti ġodda. Nitolbu għalihom u nirringrazzjaw lil Alla magħhom.

Bil-ferħ navżaw li l-Parroċċa tagħna ser tiġi afdata b’rigal prezzjuz, billi wieħed mid-Djakni l-ġodda li ġew ordnati l-ġimgħa li għaddiet se jkun assenjat fil-Parroċċa tagħna sakemm jiġi ordnat saċerdot is-sena d-dieħla. Dan huwa Fr Gylan Camilleri minn Wied il-Għajn u ser jibda fil-Parroċċa tagħna l-ġimgħa d-dieħla. Nirringrazzjaw lil Alla għal din il-grazzja sabiħa, nitolbu għalih u nilqugħ fostna. Nawgurawlu wkoll peress li nhar it-Tlieta jiċċelebra għeluq sninu.

It-Tnejn/Għada, fid-9.15am issir il-laqgħa tal-anzjani fil-Kripta tal-Knisja.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 21 48 6 35 0

E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org


It-Tnejn/Għada, niċċelebraw il-festa liturġika ta’ San Ġorġ Preca, għalhekk il-Quddiesa tas-6.30pm tkun animata mill-membri tal-Museum, bis-sehem tat-tfal kollha li jattendu ċ-Ċentri tal-Katekiżmu u l-familji tagħhom. Inħeġġu lit-tfal kollha biex jieħdu sehem.

Nhar it-Tlieta fil-5.00pm, fid-Dar Parrokkjali ssir l-laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.

It-Tlieta, fis-7.15pm ser isir laqgħa formattiva għall-ġenituri tal-addoloxenti li ser jirċievu l-Ġriżma tal-Isqof fil-Parroċċa tagħna. Din issir fil-Knisja u nħeġġu l-ġenituri konċernati biex jattendu. Infakkru lill-ġenituri sabiex għal din il-laqgħa jġibu magħhom il-karta tal-parrini.

Nhar il-Ħamis, ser isir Coffee Morning fid-9.00am, fiċ-Ċentru Parrokkjali. Biljetti mingħand il-helpers tal-Knisja.

Nhar il-Ġimgħa bejn is-7.00pm u s-7.30pm ilkoll mistiedna biex bħalha Komunità nieħdu sehem fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija u li ser tkun animata mill-Komunità tas-Sorijiet Agostinjani tal-Parroċċa.

Nhar is-Sibt il-Quddiesa tas-6.30pm ser tkun bis-sehem tal-fratelli tal-Parroċċa, li huma lkoll mistiedna biex jattendu.

Nhar it-Tnejn 16 ta’ Mejju bejn id-9.00am u l-10.00am, s-Superjur Joe Fenech imexxi l-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija fil-Knisja. Kulħadd Mistieden.

Nhar it-Tlieta 17 ta’ Mejju, fil-Quddiesa tas-6.30pm ser nitolbu għal dawk li mietu fil-Parroċċa tagħna bejn Jannar u April li għadda. Il-familjari ta’ dawn ħutna huma mħeġġa li jattendu sabiex nitolbu għalihom.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Xtaqt infakkar biex fil-Knisja, l-mobile jkun dejjem silent jew mitfi u l-ilbies tagħna jkun dejjem xieraq u addattat. Dan jgħodd ukoll f’okkażjoniet bħal tiġijiet jew mument oħra simili. Grazzi dejjem tal-koperazzjoni.

Il-Grupp tal-fratelli tal-Parroċċa, għandhom għal bejgħ pavaljuni li jistgħu jitwaħħlu mal-galleriji tagħna fil-festi ta’ Corpus Domini u l-Qalb ta’ Ġesù. Min jixtieq aktar dettalji jkellem lill-fratelli.

Nirringrazzjaw lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew b’€650 f’donazzjoniet b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Grazzi dejjem lil kulħadd tal-fiduċja u l-ġenerożità tagħkom. Kif forsi innutajtu, matul din il-ġimgħa beda jitellgħa l-ħadid u jintrama l-scaffoding mad-dawra tal-Koppla, sabiex imbagħad fil-ġimgħat li ġejjin, jibda x-xogħol propju.

Fl-aħħarnett għada/llum niċċelebraw Jum l-Omm. Filwaqt li nroddu ħajr lil Alla għar-rigal prezzjuż tal-Ommijiet tagħna, niftakru wkoll fl-Ommijiet mejtin, għalhekk għada/llum fl-10.00am ssir il-Quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ Ħal Qormi. Awguri mill-qalb lill-Ommijiet kollha u nirringrazzjawhom minn qalbna għal dak kollu li huma u għal ħafna dedikazzjoni u servizz li huma jagħmlu fil-familji tagħna.

Fit-talb tagħna nitolbu għal Emanuel Camilleri u Charlize Agius li mietu fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għall-Ommijiet mejtin. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem ….

Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’." 1 Samwel 3, 9

Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.