Sliem u Ħajja - Ġunju 2018

Page 1

»

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Ġunju 2018

KELMA TAL-KAPPILLAN

Kemm ħadt gost niltaqà magħkom Fil-jiem li għaddew aħna s-saċerdoti konna impenjati bittberik tal-familji. Fadlilna biss parti żgħira mir-raħal li jekk Alla jrid ser nagħmluha f’Ottubru li ġej. Nixtieq l-ewwelnett nirringrazzja mill-qalb lis-saċerdoti tad-disponibiltà tagħhom, biex it-tberik ikun jistà jsir u nżuru l-familji tal-parroċċa tagħna. Nirringrazzja wkoll lill-helpers tal-Parroċċa, li kienu magħna fit-tberik u li kienu juruna t-triq fejn irridu mmorru u fejn irridu nżuru. Fit-tberik, aħna s-saċerdoti, tassew apprezzajna li tagħtuna l-ħin tagħkom, li lqajtuna fil-familji tagħkom u li tajtuna ċ-ċans insiru nafukom aktar mill-viċin. Għalija bħala Kappillan ġdid, żgur li kien mument sabiħ li kont qed nistenna, biex permezz tiegħu, inkompli nibni ħbiberija sabiħa magħkom. Fit-tberik indunajt kemm fil-parroċċa tagħna għandna ħafna familji tajbin, li tassew qed jimpenjaw ruħhom biex iħobbu lil xulxin u jagħtu l-aħjar trobbija lit-tfal tagħhom. Aktar kemm tkellimt magħkom mill-viċin, aktar stajt nosserva kemm xi drabi l-isfidi li għandkom mhumiex żgħar. Dan jidher l-aktar fl-istress li ġġib magħha l-ħajja tal-familja u x-xogħol. Aktar kemm tkellimt mal-ġenituri, aktar indunajt kemm iħobbu lill-familja, lil uliedhom u kemm tassew għalihom lesti li jagħmlu kollox.

Naturalment, fil-ħajja mhux kollox ward u żahar, għalhekk fit-tberik kelli ċ-ċans ukoll li mmiss ma’ feriti li hemm fil-qlub tan-nies u l-familji, jew minħabba solitudni, jew minħabba nuqqas ta’ mħabba, kif ukoll minħabba mard u xi kura partikolari. Lil dawn in-nies mhux biss inwiegħdhom il-faraġ u l-viċinanza tiegħi, imma wkoll t-talb, biex il-Mulej iħarishom f’dak kollu li jeħtieġu. Ħaġa li ħeġġiġt fil-familji kollha li żort kienet: » Biex ma ngħixux mingħajr il-Quddiesa tal-Ħadd. Bħala nsara ma nistgħux ngħaddu mingħajr ilJum tal-Mulej. » Fil-familji tagħna naraw li dejjem inħobbu lil xulxin u nfittxu dejjem dak li jgħaqqadna, dak li huwa ta’ ġid, mhux dak li jagħmlilna l-ħsara. » Biex it-tfal u l-addoloxenti tagħna jattendu l-Museum jew fiċ-Ċentru tad-Duttrina, biex jiffurmaw ruħhom bħala nsara aħjar. Nafda fil-Qalb ta’ Ġesù l-familji kollha tal-parroċċa tagħna, biex Ġesù jberikhom, iħarishom u jipproteġihom minn dak kollu li jista’ jagħmilhom l-ħsara. Inselli ħafna għalikom u tkunu mberkin. DUN EWKARIST ZAMMIT KAPPILLAN


PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ ĠUNJU Il-Ġimgħa 1

L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikun tajjeb ħafna li llum nieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa

Il-Ħadd 3

Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù.

It-Tnejn 4

Fid-9.30am ikollna Quddiesa għat-tfal ta’ year 1, 2 u 3 tal-iskola primarja u għall-ġenituri tagħhom.

Il-Ġimgħa 8

Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Fis-6.30pm issir il-Quddiesa u wara jkollna l-purċissjoni bl-Ewkaristija. Ikun tajjeb ħafna li llum nieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

Is-Sibt 9

Festa tal-Qalb bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija.

Il-Ħadd 10

Fil-Quddiesa tad-9.30am ikollna ċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.

It-Tnejn 11

Fis-7.15pm issir Quddiesa fi Triq tal-Bajjada (in-naħa ta’ fuq). Wara jkollna purċissjoni bl-Ewkaristija fit-toroq ta’ dawk l-inħawi.

Il-Ġimgħa 15 Fis-7.00pm ikollna Quddiesa u wara ħarġa għall-irġiel kollha fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier. Il-Ħadd 17

Il-11 -il Ħadd taż-żmien matul is-sena. Illum niċċelebraw ukoll Jum il-Missier. Fid-9.30am issir Quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Ħal Qormi. Fil-5.00pm ikollna l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.

It-Tnejn 18

Fl-10.00am, fil-kripta tal-knisja, issir siegħa adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech.

L-Erbgħa 20

Fid-9.15am ikollna Quddiesa għat-tfal ta’ year 4, 5 u 6 tal-iskola primarja. Ikun tajjeb ħafna li l-ġenituri jattendu.

Il-Ħadd 24

Solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista. Illum ħutna l-qriema tal-Parroċċa ta’ San Ġorg jiċċelebraw il-festa tal-Qaddis Patrun tagħhom. Nawgurawlhom u nifirħu magħhom.

Il-Ġimgħa 29 Solennità tal-Appostli San Pietru u San Pawl. Ikun tajjeb ħafna li llum nieħdu sehem fiċĊelebrazzjoni tal-Quddiesa. Il-ħin tal-quddies ikun bħal ta’ kuljum.


ESPERJENZA TA’ ABBATI MILL-PARROĊĊA TAGĦNA

FIL-VATIKAN Jien Andrea. Ilni tmien snin abbati, fil-parroċċa ta’ San Sebastjan. Fissajf li għadda kelli x-xorti sabiħa li nservi bħala abbati fil-Bażilika ta’ San Pietru, fil-belt tal-Vatikan. Konna 25 abbati, minn diversi parroċċi madwar Malta kif ukoll Għawdex. Biex mort nagħmel dan is-servizz, kien jeħtieġ li nattendi l-laqgħat ta’ kull xahar li jagħmel Dun Frans Bonnici. Kelli wkoll eżami li kien jirrikjedi ċertu ammont ta’ studju. Jien tlajt Ruma fit-3 t’ Awwissu flimkien mal-grupp tal-abbatini. Konna noqogħdu fil-Preseminarju Pio X, erba’ passi ‘l bogħod millBażilika. Filgħodu konna nqumu fil-5:30 am, nilbsu malajr u nerħulha lejn il-Bażilika għas-servizz, fejn konna nixegħlu u nippreparaw l-artali, inlestu l-kalċijiet, nimlew l-impuluzzi bl-inbid u l-ilma u nlestu l-albi u l-pjaneti għas-saċerdoti. Fis-7:00am, kienu jaslu s-saċerdoti fis-sagristija, ngħinuhom jilbsu u kull abbati joħroġ jagħmel is-servizz mas-saċerdoti. Ta’ min jgħid li dawn is-saċerdoti kienu jiġu minn kull naħa tad-dinja. Jien għamilt servizz ma’ saċerdoti mill-Vjetnam, Spanja, Ġermanja u l-Afrika. Dawn kienu għalija mumenti li ma ninsa qatt. Iżda bla dubju l-ikbar u l-isbaħ esperjenza kienet meta ltqajna mal-Papa Franġisku quddiem ir-residenza tiegħu Santa Marta. Il-Papa sab ħin biex ikellimna wieħed, wieħed u jagħtina kuruna. Din kienet għalija esperjenza unika. Lill-Papa ma rajnihx biss dakinhar, rajnih ukoll fl-udjenza ta’ kull nhar t’ Erbgħa, kif ukoll waqt l-Anġelus li jsir il-Ħadd f’ nofsinhar, fi Pjazza San Pietru. Esperjenza sabiħa oħra

Andrea Fenech

kienet il-Vestizzjoni tal-Abbatini, li saret fil-Cappella del Coro, filBażilika stess.

ta’ Ruma. Bħala grupp kien ukoll ikollna mumenti ta’ talb, logħob u ħin ta’ mistrieħ.

Hemmhekk, il-Kardinal berkilna l-faxxa ħamra li nilbsu kull darba mal-libsa tal-abbati. Dan kien ukoll mument sabiħ għalija għax miegħi kien hemm il-familja tiegħi. Kemm domna Ruma, ma qgħadniex biss fil-Vatikan, iżda kellna wkoll ħafna ħarġiet fejn żorna postijiet ta’ nteress madwar din il-belt tant sabiħa. Morna wkoll Assisi u attendejna għallogħba futbol fl-Istadio Olimpico

Din l-esperjenza għenitni nikber, nimmatura u nagħmel ħbieb ġodda. Minn hawn nixtieq nieħu l-opportunita’ li nirringrazzja lil Dun Frans Bonnici u Dun Mark Ellul li magħhom qsamna din l-esperjenza, lil Dun Lino Azzopardi li jieħu ħsiebna, l-abbatini tal-parroċċa tagħna u lill-kappillan, Dun Ewkarist Zammit li ħeġġiġni biex naqsam din l-esperjenza magħkom.


IL-FESTI TAL-EWKARISTIJA FIL-PARROĊĊA TAGĦNA

L-Erbgħa 30 ta’ Mejju: Fis-7.00pm laqgħa formattiva għall-fratelli tal-Parroċċa li tintemm bl-Adorazzjoni fil-Knisja ż-Żgħira. Il-Ħamis 31 ta’ Mejju: Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù. Fis-6.30pm issir il-Quddiesa. Wara jkollna purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija li tgħaddi minn Triq il-Vitorja, Triq iż-Żinżell, Triq San Dwardu, Triq il-Ġdida, Triq San Bastjan u Triq San Bartilmew. Ilkoll mistiedna nieħdu sehem f’din il-purċissjoni. Il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju: Fis-7.15pm ikollna adorazzjoni fil-Knisja ż-Żgħira mmexxija mill-Katekisti. Il-Ħadd 3 ta’ Ġunju: Bidu tal-Ġimgħa Ewkaristika. Il-Knisja ż-Żgħira tkun miftuħa l-ġurnata kollha għallAdorazzjoni. Fis-7.00pm issir it-Talba tal-Għasar u tingħata l-Barka Sagramentali fil-Knisja ż-Żgħira. It-Tnejn 4 ta’ Ġunju: Fis-7.15pm ikollna adorazzjoni fil-Knisja ż-Żgħira mmexxija mill-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali It-Tlieta 5 ta’ Ġunju: Fis-7.15pm ikollna adorazzjoni fil-Knisja ż-Żgħira mmexxija mill-Grupp tal-Kariżmatiċi. L-Erbgħa 6 ta’ Ġunju: Fis-7.15pm ikollna adorazzjoni fil-Knisja ż-Żgħira mmexxija mill-Gruppi Familji Nsara. Il-Ħamis 7 ta’ Ġunju: Fis-7.15pm ikollna adorazzjoni fil-Knisja ż-Żgħira mmexxija mill-Ministri tat-Tqarbin. Il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju: Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Fis-6.30pm issir il-Quddiesa u wara jkollna l-purċissjoni bl-Ewkaristija li tgħaddi minn Triq San Bartilmew, Triq il-Kbira, Triq San Bastjan u tidħol fil-knisja. Ilkoll mistiedna nieħdu sehem f’din il-purċissjoni. It-Tnejn 11 ta’ Ġunju: Fis-7.15pm issir Quddiesa fi Triq tal-Bajjada (in-naħa ta’ fuq). Wara jkollna purċissjoni bl-Ewkaristija li tgħaddi minn Triq l-Aħwa Żammit, Triq il-Kanun, Triq M. A. Vassalli u lura fi Triq tal-Bajjada.

FIL-FAMILJA TAGĦNA INGĦAQDU MA’ KRISTU BIL-MAGĦMUDIJA: Kristu Elly Schembri Emily Galea Valentina Sammut Maia Farrugia NIFIRĦULHOM

INGĦAQDU FLIMKIEN FISSAGRAMENT TAŻ-ŻWIEĠ: Sean Briffa u Ylenia Grech Ryan Mallia u Ramona Muscat NIFIRĦULHOM

DAĦLU FIL-ĦAJJA TA’ DEJJEM Sebastiana Spiteri (2 t’April 2018) Rosaria (Lucy) Azzopardi (3 t’April 2018) Antonio Falzon (14 t’April 2018) George Mifsud (15 t’April 2018) Rosa Magro (23 t’April 2018) Katerina Borg (25 t’April 2018) Teresa Abela (26 t’April 2018) Philip Bonnici (27 t’April 2018) NITOLBU GĦALIHOM U NAGĦTU L-KONDOLJANZI LILL-FAMILJARI TAGĦHOM.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.