Sliem Ħajja - Novembru 2018

Page 1

»

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Novembru 2018

“X’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” Mk 10,18 Fil-ħajja nagħmlu ħafna affarijiet, imma mhux bilfors li dak kollu li nagħmlu huwa bżonnjuż. Hafna drabi niffukaw fuq ħafna aspetti, imma dak li huwa essenzjali mhux l-ewwel darba li nħalluh barra. Darba waħda Ġesù, ltaqa ma’ wieħed raġel għani li saqsieh: “X’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” Fi kliem ieħor huwa talbu: X’għandi nagħmel biex insalva ruħi? Din ma kienetx mistoqsija tas-soltu. Fl-istess ħin, turi xewqa li hemm fil-bniedem biex jilħaq l-iskop tal-eżistenza tiegħu. Aħna nafu li dan ir-raġel, filwaqt li kien mill-aħjar, filwaqt li kellu fih ħafna tjubija, quddiem l-istedina u l-isfida ta’ Ġesù, huwa beża u ddeċida li jċedi. B’hekk tilef iċ-ċans li jkun dixxiplu tal-Mulej. Kemm hu faċli li aħna wkoll jiġrilna l-istess. Kultant bħal donnu, nippreferu nibqgħu skjavi, ta’ dak li jassarna u niċċaħħadu mill-libertà li fil-ħajja tant neħtieġu, biex ngħixu. Ir-raġel għani l-kundizzjoni li għamillu Ġesù, sabha bi tqila u iddeċida li ma jagħtix kas, bil-konsegwenza li spiċċa bla futur.

Ejjew għalhekk nfittxu li nkunu għaqlin u għorrief, għax jeħtieġ li nifhmu li dak li mhux etern, mhu xejn. Ejjew nieħdu ħsieb ruħna, ħalli meta nidhru quddiem Alla, nħossuna denji li nidħlu miegħu filħajja ta’ dejjem. Imma biex jirnexxilina naslu għal dan, jeħtieġ li ngħożżu l-grazzja ta’ Alla u nħalluha tmexxina, biex b’hekk it-tajjeb jsir l-għażla tagħna u naħarbu l-ħażin, għax dan iffixkilna jistà. Il-ħażin huwa mezz kif lill-bniedem jfixxklu milli jilħaq l-iskop tal-ħajja tiegħu. Il-Mulej jiżgurana li min iħalli kollox u jimxi warajh jirbaħ jistà jista u mhux jitlef, ejjew għalhekk inħallu f’idejH u nitolbuh jgħinna biex jagħtina l-għerf tiegħu ħalli ma nieħdux żball fid-deċiżjoniet tagħna, ħalli wara li ntemmu l-mixja tagħna fuq din l-art, ningħaqdu ma’ Alla l-imbierek fis-sema, filpost li Alla ħejja għal dawk li jħobbuh. Inselli ħafna għalikom u għall-familji tagħkom. Tkunu mberkin Dun Ewkarist Zammit KAPPILLAN


‘LOVE AND SHINE WITH JOY’ RUTH MUSCAT  ŻGĦAŻUGĦA MILL-PARROĊĊA TAGĦNA

logħob fi gruppi jew fiċ-Ċentru jew barra, f’ġonna li kien hemm viċin. Il-ġurnata dejjem kient tagħlaq għal ħabta tal-4.00pm bit-talba tar-rużarju. Għalkemm l-esperjenza kienet qasira, xorta stajna ninuttaw l-iżvilupp tat-tfal minn meta bdejna, kemm bħala karattru kif wkoll fil-komunita bejniethom.

Dan kien l-messaġġ li ridna nwasslu dan is sajf f’esperjenza ta’ voluntarjat mat-tfal ta’ Wales immexiha misSorijiet Daughters of the Sacred Heart. Fil-Grupp konna tmien voluntiera u morna fil-Komunità ta’ Morriston gewwa Swansea biex norganizzaw Summer camp għattfal b’ etajiet bejn is-sitt u tlettax –il sena. Din l-inizjattiva giet mogħtija mill-Kappillan tal-Parroċċa peress li fil-komunità hemm nuqqas ta’ żgħażagħ li jistgħu jgħinu biex jsiru dawn l-attivitajiet. Għalhekk aħna għamilna mill-aħjar li stajna biex din l-esperjenza tkun waħda li jibqaw jiftakru. Filgħodu l-ġurnata kienet tibda b’ Quddiesa u wara konna niddiskutu valuri li rridu nħaddnu fil-ġurnata ta’ kuljum bħala nsara. Din t-tema konna nagħqduha mal-krafts li kienu se jagħmlu t-tfal. Wara nofsinhar konna norganizaw

L-apprezament li wrejna qabel ma ġejna lura Malta kien wieħed li tibqa tiftakar. Nħossni ferħana li kont parti mill-iżvilupp ta’ din il komunità biex it-tfal jkomplu jikbru fil-fidi, u l’ quddiem jagħtu l-istess servizz bħal ma għamilna aħna lil sħabhom iżgħar minnhom. .

TISLIMA

Il-Parroċċa tagħna tixtieq isellem il-memorja ta’ Dun Eddie Muscat, saċerdot mill-Parroċċa tagħna, li fl-14 ta’ Settembru li għadda, irritorna fid-dar tal-Missier, fis-sema. Dun Eddie, kien eżempju sabiħ ta’ saċerdot li jitlob u li jaqdi b’ ħafna mħabba lin-nies. Nirringrazzjawh minn qalbna tasservizz kollu li tagħna, filwaqt li nitolbu għalih biex il-Mulej jagħtih il-prempju tal-ħajja ta’ dejjem. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

IĊ-ĊIMITERJU TAL-PARROĊĊA Kull nhar ta’ Tnejn matul dan ixFIX-XAHAR TA’ NOVEMBRU xahar issir Quddiesa fl-10.00am. Il-Ħadd 4 ta’ Novembru – Fid9.30am Quddiesa u wara t-tberik tal-oqbra.

Iċ-Ċimiterju jkun miftuħ kuljum mis-7.00am sal-4.00pm. Ma ninsewx li dan il-post huwa

Qaddis, għalhekk inżommu l-ġabra, għax huwa post ta’ talb u nżommuh nadif. Matul dan ix-xahar, ejjew niftakru f’ dawn ħutna fit-talb tagħna.


NIEĦDU ĦSIEB L-ANZJANI TAGĦNA… Fil-Parroċċa tagħna ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi kull nhar ta’Erbgħa fid-9.30am ssir illaqgħa għall-anzjani fil-common room tal-Kripta. F’din il-laqgħa jkollna diversi kelliema li jkellmuna fuq kif

għandna nieħdu ħsieb saħħitna, kif inbegħdu l-perikli mid-dar, fuq id-dimentia etc. Xi ħarġa flimkien ma tonqosx. Wara kull laqgħa nieħdu kikkra kafe flimkien u fl-aħħar Erbgħa tax-xahar jaqsmu birthday cake

dawk li fix-xahar jiċċellebraw għeluq sninhom. Hija xewqa tagħna li aktar anzjani jieħdu sehem f’dawn il-laqgħat. Għalhekk min jixtieq aktar tagħrif, wieħed jista jkellem lil Maria Micallef.

NIRRINGRAZZJAW U NAGĦTU MERĦBA Il-Parroċċa tixtieq tirringrazzja lil Dun Lino Azzopardi fi tmiem il-ħidma tiegħu fil-Parroċċa tagħna. F’dawn l-aħħar sentejn huwa serva b’qalb ġeneruża u ta’ l-kontribut siewi tiegħu f’dak li kien mitlub minnu. Filwaqt li nirringrazzjawh, nawgurawlu minn qalbna fil-ħidma pastorali ġdida li huwa ser jagħmel fi żmien li ġej barra minn Malta. Nagħtu merħba lil Dun Nicholas Dimech, li kif ħabbarna huwa l-Viċi l-ġdid tal-Parroċċa tagħna. Huwa wiċċ familjari għalina, peress li meta kien seminarista, kien għamel esperjenza pastorali fil-Parroċċa tagħna. Nwegħduh il-koperazzjoni tagħna u minn qalbna nilqugħ fostna.


PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ NOVEMBRU Il-Ħamis 1:

Festa tal-Qaddisin kollha Il-Quddies fil-Parroċċa jkun bħal matul il-ġimgħa. Fis-6.00pm: Quddiesa kantata Ħarġa ta’ Ġurnata Għawdex organizzata mill-Parroċċa.

Il-Ġimgħa 2:

It-Tifkira tal-Mejtin kollha Il-Quddies fil-Parroċċa jkun bħal matul il-ġimgħa. Fis-6.00pm: Quddiesa Kantata

Il-Ħadd 4:

Ġabra speċjali b’ risq il-Knisja. Fid-9.30am: Quddiesa fiċ-Ċimiterju tal-Parroċċa u wara jsir it-tberik tal-oqbra.

It-Tnejn 5:

Fl-Uffiċċju Parrokkjali jiftaħ il-booking tal-intenzjoniet tal-Quddies b’ sufraġju għal ħutna l-mejtin. Fis-6.00pm Quddiesa bis-suffraġju għas-saċerdoti mejtin tal-Parroċċa tagħna.

Il-Ġimgħa 9: Fis-6.30pm: Quddiesa għal ħutna l-mejtin li mietu fil-Parroċċa tagħna minn Novembru 2017 sa Ottubru 2018. Fis-7.15pm: Ikla għall-Irġiel, f’ ta’ Ċanti, Ħaż-Żebbuġ. Is-Sibt 10:

Quddiesa u Adorazzjoni għall-Qdusija tas-Saċerdoti fil-Parroċċa tagħna. Fid-9.00pm: Quddiesa u wara adorazzjoni sal-11.00pm.

Il-Ħadd 11:

Fl-10.00am issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof lill-addolexenti tal-Parroċċa tagħna.

Il-Ġimgħa 16: Fis-6.00pm: Quddiesa b’suffraġġju għall-fratelli mejtin. Il-Ħadd 18:

Fid-9.30am: Quddiesa bis-Sagrament tal-Magħmudija. Fil-5.00pm: Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.

It-Tnejn 19:

Adorazzjoni fil-Kripta mmexxija mis-Superjur Joe Fenech mill-10.00am sal-11.00Am.

L-Erbgħa 21:

Fis-7.30pm: Laqgħa tal-Grupp Familji Nsara fiċ-Ċentru Parrokkjali

Il-Ħamis 22:

Fis-7.00pm laqgħa formattiva għall-familji, fil-Kripta.

Il-Ġimgħa 23: Fis-7.00pm laqgħa formattiva għall-familji, fil-Kripta. Il-Ħadd 25:

Festa ta’ Kristu Re. Għeluq tas-Sena Liturġika.

It-Tnejn 26:

Fis-7.00pm laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali.

IL-FAMILJA...FEJN HI MIEXJA? STEDINA GĦALL-FAMILJI KOLLHA Il-Ħamis 22 ta’ Novembru: Ir-realtà tal-familja llum fis-Soċjeta Maltija Kelliema: Mario Micallef – Ġurnalista u Karl Wright – Terrapista tal-familja

Il-Ġimgħa 23 ta’ Novembru: L-isfidi tal-ġenituri fittrobbija tal-ulied Kelliem: Dr Nicholas Briffa – Psikologu u Sesswologu

Dawn il-laqgħat jsiru filKripta tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi mis-7.00pm sat7.45pm.

Ikun hemm child minders biex jieħdu ħsieb it-tfal Investi fil-familja tiegħek...


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.