Sliem u Ħajja - Marzu 2018

Page 1

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Marzu 2018

KELMA TAL-KAPPILLAN

Xi jrid Alla minnha? Għeżież tiegħi, l-paċi magħkom! Huwa ta’ ferħ kbir għalija li niltaqa magħkom u naqsam il-ħsiebijiet u xewqat tiegħi fil-bidu tal-ħidma pastorali tiegħi, f’din il-parroċċa għażiża ta’ San Sebastjan, f’Ħal Qormi. Meta Mons. Arċisqof wrieni x-xewqa tiegħu li nibda naqdi din il-parroċċa, jiena għaraft li għandi nobdi u naċċetta. Wieħed jifhem u jemmen li fix-xewqa tas-superjuri, għandu jagħraf ir-rieda ta’ Alla għalih. Għalhekk ħassejt li għandi nintelaq f’ idejn Alla u naċċetta din it-talba permezz tal-Knisja. Dan imlieni qalbi bil-ferħ, għax naf li apparti l-koperazzjoni tagħkom l-Qriema, Alla żgur li mhux ser jonqos millgrazzji tiegħu. Jiena konvint li fil-parroċċa tagħna hawn ħafna u ħafna tajjeb u dan irridu nibżgħu għalih u ngħożżuh, imma fl-istess ħin, kontinwament irridu nistaqsu lilna nfusna u ngħidu: Xi jrid Alla minnha? Għalhekk il-missjoni tiegħi magħkom, fil-komunità tagħna, trid tkun dejjem mottivata min din ix-xewqa, ħalli tabilħaqq nkunu l-qaddejja tal-Mulej. Jeħtieġ għalhekk li nħallu l-Kelma ta’ Alla tkun dik li tmexxina u turina t-triq fejn irridu nimxu, ħalli b’hekk nkunu nistgħu nkunu Parroċċa skont il-Qalb u x-xewqa ta’ Ġesù. Nixtieq nwassal kelma ta’ apprezzament u gratitudni għal ħidma siewja, li ħuti s-saċerdoti jwettqu f’ din

il-parroċċa, flimkien ma’ numru sabiħ ta’ operaturi pastorali li b’tant mħabba u dedikazzjoni jagħtu ħajjithom għall-qadi tal-komunità. Fl-istess ħin, nixtieq nagħmel sejħa biex kulħadd jħossu parti min din il-parroċċa, ħalli tabilħaqq ngħixu flimkien bħal aħwa kif irridna Ġesù, u nkunu tassew familja waħda. Ejjew għalhekk ngħożżu lil xulxin, billi nuru rispett lejn l-oħrajn u nkunu ta’ sostenn għal min qegħed ibati u jeħtieġ l-għajnuna tagħna. B’dan il-ħsieb f’qalbna, nistgħu naslu biex niċċellebraw il-qofol tal-mixja tagħna, meta kull nhar ta’ Ħadd, bħala komunita niċċellebraw Jum il-Mulej. Tħallux dan il-jum jasal u ma nersqux lejn l-Ewkaristija. Ġesù jkun għattxan biex jiltaqa magħna. Ma nħalluħx jistenna. Għalhekk nagħmel sejħa qawwija lil dawk li jinsabu fil-bogħod, biex ma jibżgħux jersqu lejn Ġesù, ħalli b’hekk huma wkoll jħossuhom viċin tagħna. B’dawn is-sentimenti f’qalbna, ejjew nibdew flimkien din il-mixja, billi nitolbu lil Alla bl-interċessjoni talmartri San Sebastjan, sabiex jinterċedi għalina u għallParroċċa tagħna, ħalli nkunu tassew komunità ta’ fidi, fejn kulħadd jħossu milqugħ u maħbub. Inselli ħafna għalikom u għall-familji tagħkom. Tkunu mberkin DUN EWKARIST ZAMMIT KAPPILLAN


MATUL IR-RANDAN Nissieħbu ma’ Ġesu fil-mixja tiegħu fiddeżert, biex kif huwa rebaħ il-qawwiet tal-ħażen bit-talb u l-penitenza, hekk aħna wkoll nirbħu t-tentazzjonijiet talħażen li magħhom niltaqgħu f’ħajjitna. Huwa żmien li nindmu u nikkonvertu dejjem aktar mill-ħażen tagħna.

Nitilqu l-ħażen biex induru lejn Alla f’ubbidjenza ta’ wlied, u lejn ħutna f’imħabba li taf tgħin u taqdi. Huwa żmien li fih noffru lilna nfusna ma’ Kristu f’sagrifiċċju ta’ mħabba lejn Alla u lejn xulxin. Ngħixu d-dmirijiet tal-ħajja ġdida li rċivejna fil-Magħmudia. Bil-qawwa talIspirtu s-Santu, ngħixu l-ħajja ta’ Kristu Rxoxt, għall-glorja tal-Missier.

FIL-FAMILJA TAGĦNA INGĦAQDU MA’ KRISTU BIL-MAGĦMUDIJA Ben Borg Zoeh Borg Jeshua Peplow Vella Kenzie Magro Scicluna Janson Zammit Gellel Kai Grech NIFIRĦULHOM

DAĦLU FIL-ĦAJJA TA’ DEJJEM Emidio Azzopardi – 50 sena John Casha – 89 sena Marianna Buhagiar – 79 sena Lawrence Seychell – 79 sena Antonia Borg – 80 sena Vincent Caruana – 67 sena Anthony Farrugia – 75 sena Paul Mifsud – 83 sena

Maria Darmanin – 87 sena Pio Chircop – 82 sena NITOLBU GĦALIHOM U NAGĦTU L-KONDOLJANZI LILL-FAMILJARI TAGĦHOM.


EŻERĊIZZI TAR-RANDAN FIL-PARROĊĊA TAGĦNA

Eżerċizzi għal kulħadd mit-Tnejn 5 ta’ Marzu sal-Ħamis 8 ta’ Marzu fid-9.00a.m. fil-Knisja Parrokkjali. Imexxi Fr Reuben Vella. Eżerċizzi għall-miżżewġin u għall-koppji għarajjes mit-Tnejn 12 ta’ Marzu sal-Ħamis 15 ta’ Marzu fis-7.15p.m. fil-Kripta. Imexxi Fr Brendan Gatt.

“Mulej, għand min immorru?

Inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem.” Ġw 6, 38


PROGRAMM GĦAX‑XAHAR TA’ MARZU Il-Ġimgħa 2

L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Ikun tajjeb ħafna li nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Lectio Divina għal kulħadd fis-7.00p.m. fil-Knisja Parrokkjali.

Il-Ħadd 4

It-3 Ħadd tar-Randan tas-Sena B.

It-Tnejn 5

Jibdew l-eżerċizzi għal kulhadd. Isiru kuljum fid-9.00a.m. fil-Knisja Parrokkjali sal-Ħamis 8 ta’ Marzu.

Il-Ġimgħa 9

Lectio Divina għal kulħadd fis-7.00p.m. fil-Knisja Parrokkjali.

Il-Ħadd 11

Ir-4 Ħadd tar-Randan tas-Sena B. Ċelebrazzjoni tal-Magħmudija fid-9.30a.m.

It-Tnejn 12

Jibdew l-eżerċizzi għall-miżżewġin. Isiru kuljum fis-7.15p.m. fil-Kripta sal-Ħamis 15 ta’ Marzu.

Il-Ħamis 15

Lectio Divina għal kulħadd fis-7.00p.m. fil-Knisja Parrokkjali.

Il-Ġimgħa 16 Fis-6.00p.m. ikollna l-Quddiesa u wara l-pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur. Il-Ħadd 18

Il-5 Ħadd tar-Randan tas-Sena B. Fil-5.00p.m. ikollna l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.

It-Tnejn 19

Solennita ta’ San Ġużepp. Ikun tajjeb ħafna li nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

L-Erbgħa 21

Laqgħa tal-Gruppi Familji Nsara fis-7.30p.m. fiċ-ċentru parrokkjali.

Il-Ħamis 22

Lectio Divina għal kulħadd fis-7.00p.m. fil-Knisja Parrokkjali.

Il-Ġimgħa 23 Tifkira tal-Imqaddsa Marija wieqfa ħdejn is-Salib ta’ Ġesu: id-Duluri. Ikun tajjeb ħafna li nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Filgħodu l-quddies ikun bħas-soltu. Jkollna Quddiesa wkoll f’nofsinhar. Fil-5.30p.m. ikollna l-Quddiesa u wara toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa tadDuluri. Wara l-purċissjoni jkollna Quddiesa oħra. Il-Ħadd 25

Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej. Nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa. Fid-9.00a.m. ikollna l-purċissjoni ta’ Ħadd il-Palm mill-Knisja ż-Żgħira sal-Knisja Parrokkjali. Fid-9.30a.m. ikollna l-Quddiesa bħas-soltu.

It-Tnejn 26

It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa. Fis-7.00p.m. ikollna l-Via Sagra fit-toroq ta’ madwar ix-Shopwise.

It-Tlieta 27

It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa. Pageant tal-Passjoni fuq iz-zuntier.

L-Erbgħa 28

L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa.Pageant tal-Passjoni fuq iz-zuntier.

Il-Ħamis 29

Ħamis ix-Xirka. Fit-7.45a.m. ikollna l-Uffiċċju tal-Qari u t-Talb ta’ Filgħodu fil-Knisja ż-Żgħira. Fl-4.30p.m. ikollna Quddiesa għat-tfal: it-tfal iġibu magħhom il-Karus ta’ Mħabba. Fis6.30p.m. ikollna l-Quddiesa Solenni ta’ Ħamis ix-Xirka. Wara jibdew il-Visti quddiem l-Artal tar-Riposizzjoni. Fl-10.30p.m. ikollna sahra ta’ talb mal-Mulej Ġesu fil-lejl tal-passjoni tiegħu.

Il-Ġimgħa 30 Il-Ġimgħa l-Kbira. Jum ta’ sawm u astinenza mil-laħam. Fit-8.00a.m. ikollna l-Uffiċċju tal-Qari u t-Talb ta’ Filgħodu fil-Knisja Parrokkjali. Wara nkomplu bit-talb quddiem l-Artal tar-Riposizzjoni. Fit-3.00p.m. nagħmlu t-Tifkira Solenni tal-Mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu. Is-Sibt 31

Sibt il-Għid. Fit-8.00a.m. ikollna l-Uffiċċju tal-Qari u t-Talb ta’ Filgħodu fil-Knisja ż-Żgħira. Fit8.00p.m. ikollna s-Sahra tal-Lejl Qaddis tal-Għid bil-qari tal-Kelma ta’ Alla, biċ-ċelebrazzjoni tal-Magħmudija u biċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija.

Il-Ħadd 1 t’April L-Għid il-Kbir. Il-quddies ikun bhal kull nhar ta’ Ħadd. Wara l-Quddiesa tat-8.00a.m. ikollna l-purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt. F’nofsinhar, fuq iz-zuntier, issir it-talba tar-Regina Coeli u jitbierku l-figolli tat-tfal.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.